This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R1785
Council Regulation (EC, EURATOM) No 1785/2004 of 5 October 2004 laying down the weightings applicable from 1 January 2004 to the remuneration of officials of the European Communities serving in third countries
Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1785/2004 tal- 5 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill- 1 ta' Jannar 2004 ħar-rimunerazzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li jkunu jaħdmu f'pajjiżi terzi
Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1785/2004 tal- 5 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill- 1 ta' Jannar 2004 ħar-rimunerazzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li jkunu jaħdmu f'pajjiżi terzi
ĠU L 317, 16.10.2004, p. 1–6
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 467–472
(MT)
In force
30.5.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
467 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, Euratom) Nru 1785/2004
tal-5 ta' Ottubru 2004
li jistabbilixxi l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta' Jannar 2004 ħar-rimunerazzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li jkunu jaħdmu f'pajjiżi terzi
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidra ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Kommunitajiet Ewropej u l-kondizzjonijiet ta' l-impieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet, stabbilit bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 13 ta' l-Anness X tiegħu
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Għandhom jitqiesu l-bidliet fl-għoli tal-ħajja fil-pajjiżi barra il-Komunità u jiġu stabbiliti għaldaqstant il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta' Jannar 2004 għar-rimunerazzjoni mħallsa fil-munita tal-pajjiz ta' l-impjieg lill-uffiċjali li jkunu jaħdmu f'pajjiżi terzi. |
(2) |
Il-koeffiċjenti korrettivi, li fir-rigward tagħhom ikun sar il-ħlas fuq il-bazi tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 64/2004 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta' Lulju 2003 (2), jistgħu iwasslu għal aġġustamenti 'l fuq jew 'l isfel retrospettivi fir-rimunerazzjoni. |
(3) |
Għandu jkun hemm provvediment għal ħlas b'lura fil-każ ta' żieda fir-rimunerazzjoni minħabba il-koeffiċjenti korrettivi ġodda. |
(4) |
Għandu jkun hemm provvediment għall-irkuprar ta' ammonti mħallsa żejda fil-każ ta' tnaqqis fir-rimunerazzjoni minħabba l-koeffiċjenti korrettivi ġodda għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2004 u d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
(5) |
Għandu jkun hemm provvediment biex irkuprar bħal dan ikun ristrett għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur qabel id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-koeffiċjenti korrettivi u sabiex l-effetti tagħha jinfirxu fuq perijodu ta' mhux aktar minn tnax-il xahar wara d-data ta' dik id-deċiżjoni, kif inhu l-każ għall-koeffiċjenti korrettivi applikabbli fil-Komunità Ewropea għar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet ta' uffiċjali u aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'effett mill-1 ta' Jannar 2004, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-rimunerazzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li jkunu jaħdmu f'pajjiżi terzi pagabbli fil-munita tal-pajjiż ta' l-impjieg għandhom ikunu kif muri fl-Anness.
Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta' din ir-rimunerazzjoni għandhom ikunu dawk użati għall-implimentazzjoni tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għax-xahar li jiġi qabel id-data msemmija fl-ewwel paragrafu.
Artikolu 2
1. L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħlasijiet b'lura fil-każ ta' żieda fir-rimunerazzjoni minħabba il-koeffiċjenti korrettivi murija fl-Anness.
2. L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti 'l isfel retrospettivi fir-rimunerazzjoni f'każ ta' tnaqqis fil-ħlas minħabba l-koeffiċjenti korrettivi murija fl-Anness għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2004 u d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
L-aġġustamenti retrospettivi li għandhom x'jaqsmu ma' l-irkuprar ta' ammonti mħallsa żejda għandhom ikunu ristretti għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. L-irkuprar għandu jkun mifrux fuq perijodu ta' mhux aktar minn tnax-il xahar minn dik id-d-data.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar il-5 ta' Ottubru 2004
Għall-Kunsill
Il-President
B. R. BOT
(1) ĠU L 56 ta' l-4.3.1968, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1).
ANNESS
POST TA' IMPJIEG |
Koeffiċjenti korrettivi Jannar 2004 |
L-Afganistan (*) |
0,0 |
L-Afrika t'isfel |
69,0 |
L-Albanija |
80,6 |
L-Alġerija |
86,7 |
Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
74,8 |
L-Angola |
117,7 |
L-Għarabja Sawdita (*) |
0,0 |
L-Arġentina |
61,0 |
L-Awstralja |
100,1 |
Il-Bangladexx |
56,7 |
Il-Barbados |
104,7 |
Il-Benin |
87,7 |
Il-Bolivja |
49,9 |
Il-Bosnia u Herżegovina |
74,5 |
Il-Botswana |
74,8 |
Il-Brażil |
58,5 |
Il-Bulgarija |
72,9 |
Il-Burkina Faso |
82,6 |
Il-Burundi (*) |
0,0 |
Il-Kambodja |
64,3 |
Il-Kamerun |
99,1 |
IL-Kanada |
79,5 |
Il-Kap Verde |
75,1 |
Iċ-Ċili |
73,4 |
Iċ-Ċina |
75,9 |
Ċipru |
99,2 |
Il-Ċisġordan — Il-Medda ta' Gaza |
87,8 |
Il-Kolumbja |
55,7 |
Il-Kongo |
129,8 |
Il-Korea ta' Isfel |
88,1 |
Il-Kosta Rika |
72,1 |
Il-Kosta ta' l-Avorju |
107,0 |
Il-Kroazja |
93,9 |
Kuba |
91,5 |
Il-Ġibuti |
96,6 |
L-Eġittu |
45,4 |
L-Ekwador |
69,6 |
L-Eritrea |
42,6 |
L-Estonja |
74,1 |
L-Istati Uniti (New York) |
103,6 |
L-Istati Uniti (Washington) |
100,1 |
L-Etjopja |
69,6 |
Il-Gabon |
113,7 |
Il-Gambja |
35,5 |
Il-Ġeorġja |
81,7 |
Il-Gana |
70,5 |
Il-Gwatemala |
71,7 |
Il-Ginea |
75,4 |
Il-Ginea-Bissaw |
140,8 |
Il-Gujana |
59,0 |
Il-Ħaiti |
85,7 |
Hong Kong |
86,6 |
L-Ungerija |
69,5 |
Il-Gzejjer Fiġi |
72,9 |
Il-Ġzejjer |
81,4 |
L-Indja |
48,5 |
L-Indoneżja |
84,5 |
L-Iżrael |
91,4 |
Il-Ġamajka |
82,5 |
Il-Ġappun (Naka) |
128,7 |
Il-Ġappun (Tokyo) |
137,3 |
Il-Ġordan |
75,0 |
Il-Każakstan |
91,9 |
Il-Kenja |
76,7 |
Il-Laos |
71,2 |
Il-Lesoto |
71,0 |
Il-Latvja |
70,3 |
Il-Libanu |
91,3 |
Il-Liberja (*) |
0,0 |
Il-Litwanja |
73,2 |
Il-Madagaskar |
89,4 |
Il-Malasja |
72,7 |
Il-Malawi |
69,5 |
Il-Mali |
90,4 |
Malta |
96,3 |
Il-Marokk |
84,1 |
Il-Mawrizju |
73,7 |
Il-Mawritanja |
63,0 |
Il-Messiku |
73,0 |
Il-Możambik |
73,7 |
In-Namibja |
81,6 |
In-Nepal |
67,3 |
In-Nikaragwa |
67,4 |
In-Niġer |
86,2 |
In-Niġerja |
70,8 |
In-Norveġja |
128,5 |
New Caledonia |
120,9 |
L-Uganda |
66,9 |
Il-Pakistan |
50,5 |
Il-Papwa-Ginea Ġdida |
74,0 |
Il-Paragwaj |
61,5 |
Il-Perù |
79,8 |
Il-Filippini |
48,7 |
Il-Polonja |
66,2 |
Ir-Repubblika Afrikana Ċentrali |
112,5 |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
140,9 |
Ir-Repubblika Dominikana |
42,7 |
Ir-Repubblika Ċeka |
80,1 |
Ir-Rumanija |
49,5 |
Ir-Russja |
101,3 |
Ir-Ruwanda |
77,1 |
Is-Senegal |
79,1 |
Is-Serbja u Montenegro |
62,9 |
Is-Sierra Leone |
68,8 |
Singapor |
94,7 |
Is-Slovakkja |
80,3 |
Is-Slovenja |
83,4 |
Is-Somalja (*) |
0,0 |
Is-Sudan |
37,9 |
Is-Sri Lanka |
59,1 |
L-Isvizzera |
116,1 |
Is-Surinam |
52,8 |
Is-Sważiland |
68,7 |
Is-Sirja |
56,8 |
It-Tajwan |
87,0 |
It-Tanzanija |
60,0 |
Iċ-Ċad |
114,6 |
It-Tajlandja |
60,7 |
It-Togo |
97,5 |
It-Trinidad u Tobago |
69,7 |
It-Tuniżija |
75,8 |
It-Turkija |
80,7 |
L-Ukraina |
91,4 |
L-Urugwaj |
58,5 |
Il-Vanwatu |
118,9 |
Il-Venezwela |
76,4 |
Il-Vjetnam |
51,0 |
Il-Jemen (*) |
0 |
Iż-Żambja |
47,6 |
Iż-Żimbabwe |
128,1 |
(*) Mhux disponibbli