This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R1756
Commission Regulation (EC) No 1756/2004 of 11 October 2004 specifying the detailed conditions for the evidence required and the criteria for the type and level of the reduction of the plant health checks of certain plants, plant products or other objects listed in Part B of Annex V to Council Directive 2000/29/EC
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1756/2004 tal- 11 ta' Ottubru 2004 li jispeċika l-kondizzjonijiet dettaljati għall-evidenza meħtieġa u l-kriterji għat-tip u l-livell ta’ riduzzjoni tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti ta’ ċertu pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra elenkati fil-Parti B ta' l-Anness V għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1756/2004 tal- 11 ta' Ottubru 2004 li jispeċika l-kondizzjonijiet dettaljati għall-evidenza meħtieġa u l-kriterji għat-tip u l-livell ta’ riduzzjoni tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti ta’ ċertu pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra elenkati fil-Parti B ta' l-Anness V għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE
ĠU L 313, 12.10.2004, p. 6–9
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 247–250
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2022; Imħassar b' 32022R2389
5.7.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
247 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1756/2004
tal-11 ta' Ottubru 2004
li jispeċika l-kondizzjonijiet dettaljati għall-evidenza meħtieġa u l-kriterji għat-tip u l-livell ta’ riduzzjoni tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti ta’ ċertu pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra elenkati fil-Parti B ta' l-Anness V għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti u kontra it-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu13a(5)(c) tagħha,
Billi:
(1) |
Skond id-Direttiva 2000/29/KE, il-kunsinni kollha tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness V tagħha għandhom fil-prinċipju jkunu ssuġġettati għal kontrolli ta’ identità u saħħa tal-pjanti qabel ma’ jitħallew jidħlu fil-Komunità. |
(2) |
Sabiex kontrolli tas-saħħa tal-pjanti jitħallew isiru b' inqas frekwenza, huwa neċessarju jiġu pprovduti kondizzjonijiet dettaljati għall-evidenza, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13a(2) tad-Direttiva 2000/29/KE li l-pjanti, l-prodotti tal-pjanti jew l-oġġetti l-oħra elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness V tagħha, li huma ntrodotti fil-Komunità, jissodisfaw il-kondizzjonijiet mniżżla f’dik id-Direttiva. |
(3) |
Peress illi l-pjanti ntenzjonati għat-tħawwil u pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra li huma soġġetti għall-miżuri adottati skond l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29/KE jippreżentaw riskju għoli għall-introduzzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew prodotti tal-pjanti, it-tnaqqis m’għandhux japplika għalihom. |
(4) |
Kondizzjonijiet speċifiċi huma mniżżla għall-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra li huma soġġetti għal awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni fil-Komunità permezz ta’ deroga skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/29/KE. Għalhekk, l-imsemmija pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra m’għandhomx ikunu soġġetti għal kontrolli tas-saħħa tal-pjanti b'inqas frekwenza. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament għandu japplika għal kontrolli tas-saħħa tal-pjanti pprovduti fl-Artikolu 13a(1)(b)(iii) tad-Direttiva 2000/29/KE dwar pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness V għad-Direttiva 2000/29/KE li joriġinaw f’pajjiż speċifiku, territorju jew parti tiegħu (hawn aktar ’il quddiem il-“prodotti konċernati”), bl-eċċezzjoni ta’:
a) |
pjanti ntenzjonati għat-tħawwil; |
b) |
kwalunkwe pjanta, prodott tal-pjanta jew oġġett ieħor li huwa soġġett għall-awtorizzazzjoni li tippermetti importazzjoni fil-Komunità skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/29/KE; |
c) |
kwalunkwe pjanta, prodott tal-pjanta jew oġġett ieħor li huwa soġġett għall-miżuri temporanji skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29/KE; |
d) |
kwalunkwe pjanta, prodott tal-pjanta jew oġġett ieħor msemmi fl-elenku stabbilit bis-saħħa ta' l-Artikolu 13a(5)(b) tad-Direttiva 2000/29/KE. |
Artikolu 2
1. Kwalunkwe Stat Membru jista’ japplika mal-Kummissjoni biex prodott konċernat ikun soġġettat għal kontrolli tas-saħħa tal-pjanti b’inqas frekwenza. L-applikazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni mniżżla fl-Anness I.
2. B’osservazzjoni għall-kondizzjonijiet f’Artikolu 3 u b’applikazzjoni tal-kriterji f’Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha tipprepara elenku ta’ prodotti konċernati għal xhiex kontrolli tas-saħħa tal-pjanti b’inqas frekwenza jistgħu isiru, u tispeċifika l-livell ta’ inqas frekwenza.
3. Wara konsultazzjoni fil-Kumitat msemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2000/29/KE, il-Kummissjoni għandha tippublika dan l-elenku.
Artikolu 3
Il-prodott konċernat jista’ jkun soġġett għal kontrolli tas-saħħa tal-pjanti b’inqas frekwenza basta li:
a) |
in-numru medju ta’ kunsinni fuq medda ta’ tlett snin tal-prodott ikkonċernat ntrodott fil-Komunità kull sena huwa ta’ lanqas 200, u |
b) |
in-numru minimu ta’ kunsinni tal-prodott ikkonċernat għal xhiex saru kontrolli matul it-tlett snin ta’ qabel hija ta’ lanqas 600, u |
c) |
in-numru ta’ kunsinni tal-prodott konċernat kull sena li nstabu nfettati mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara msemmija f’punt (e) ta’ l-Anness I hija inqas minn 1% tan-numru totali ta’ kunsinni ta’ l-imsemmi prodott konċernat impurtat fil-Komunità; u |
d) |
l-applikazzjoni għall-prodotti konċernati kif imsemmija fl-Artikolu 2.1 hija disponnibbli għand il-Kummissjoni. |
Artikolu 4
1. Il-livell ta’ frekwenza mnaqqsa, kif imsemmija fl-Artikolu 2(2), għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:
a) |
in-numru ta’ kunsinni tal-prodott konċernat miżmuma minħabba l-preżenza ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara inklużi fl-elenku msemmi fil-punt (e) ta’ l-Anness I; |
b) |
il-mobilità stmata ta’ l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara nklużi fl-elenku msemmija fil-punt (e) ta’ l-Anness I fl-iżjed stadju mobbli fejn l-organiżmu jista’ jiżviluppa fuq il-pjanta relevanti jew il-prodott tal-pjanta; |
c) |
in-numru ta’ kunsinni tal-prodotti konċernati fuq xhiex sar kontroll fiżiku tas-saħħa tal-pjanti; |
d) |
kwalunkwe fattur ieħor għal determinazzjoni tar-riskju fitosanitarju min-negozju kkonċernat; |
2. It-tip ta’ frekwenza mnaqqsa għandha tkun espressa bħalha l-persentaġġ minimu tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti li jistgħu jsiru mill-Istati Membri fuq il-prodotti konċernati. Dan il-persentaġġ minimu japplika għal kull Stat Membru għall-kunsinni kollha li jikkonsistu fil-prodotti konċernati mpurtati fit-territorju tiegħu.
Artikolu 5
1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, għall-għan tal-monitoring ta’ l-importazzjoni tal-prodotti konċernati għal xhiex isiru kontrolli tas-saħħa tal-pjanti bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri li qed jimpurtaw għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Isati Membri l-oħra l-informazzjoni elenkata fl-Anness II, l-aktar tard sal-31 ta’ Marzu kull sena.
2. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, u skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 3 u 4, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport u għandha teżamina jekk u b’liema frekwenza kontrolli tas-saħħa tal-pjanti għall-prodotti konċernati jistgħu xorta jsiru b’inqas frekwenza skond dan ir-Regolament.
3. Jekk1% tan-numru totali ta’ kunsinni importati li jikkonsistu fil-prodott ikkonċernat u soġġett għal frekwenza mnaqqsa skond dan ir-Regolament, jinstab nfettat minn kwalunkwe organiżmu elenkat fl-Annessi I jew II tad-Direttiva 2000/29/KE, il-prodott rilevanti kkonċernat għandu jiġi kkonsidrat bħalha mhux iżjed eliġibbli bħalha prodott għal xhiex kontrolli tas-saħħa tal-pjanti b’inqas frekwenza jistgħu jsiru.
Artikolu 6
Fejn, abbażi ta’ l-eżami msemmi fl-Artikolu 5(2), jew il-kunsiderazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3), jew jekk evidenti minn notifiki aktar riċenti ta’ prodotti miżmuma fl-Istati Membri, jidher li l-prodott konċernat ma jissodisfax aktar id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha temenda l-elenku ta’ prodotti konċernati għal xhiex kontrolli tas-saħħa tal-pjanti tista’ ssir b’inqas frekwenza, u tippublika l-imsemmija emenda.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut l-iżjed tard sa l-1 ta’ Jannar 2007.
Artikolu 8
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar il-11 ta' Ottubru 2004.
Għall-Kummissjoni
David BYRNE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/70/KE (ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 97).
ANNESS I
L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 għandu jkun fiha:
a) |
deskrizzjoni tal-prodotti konċernati; |
b) |
l-oriġini tal-prodotti konċernati; |
c) |
l-elenku ta’ l-Istati Membri li jimpurtaw il-prodott konċernat; |
d) |
il-volum ta’ importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti konċernati, espress f’numru ta’ kunsinni u piż jew biċċiet jew unitajiet; |
e) |
l-elenku ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara msemmija fl-Anness I jew II għad-Direttiva 2000/29/KE li jistgħu jsiru fuq il-prodott konċernat; |
f) |
in-numru ta’ kunsinni tal-prodott konċernat miżmuma għall-preżenza ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara msemmija fl-(e); |
g) |
il-mobilità stmata ta’ l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara msemmija fl-(e) fl-iżjed stadju mobbli fejn l-organiżmu jista’ jiżviluppa fuq il-pjanta relevanti jew il-prodott tal-pjanta; |
h) |
in-numru ta’ kunsinni tal-prodott konċernat miżmuma għal raġunijiet oħra għajr il-preżenza ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara msemmija fl-(e); |
i) |
in-numru ta’ kunsinni tal-prodotti konċernati fuq xhiex sar kontroll fiżiku tas-saħħa tal-pjanti. |
Fir-rigward ta’ l-informazzjoni msemmija fil-punti (d), (f), (h) u (i), l-inkartament għandu jipprovdi data li tkopri l-perjodu ta’ lanqas ta’ tlett snin ta’ qabel is-sena li fiha hija sottomessa.
ANNESS II
L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5.1 għandu jkun fiha għal kull wieħed mill-prodotti konċernati:
a) |
in-numru totali ta’ kunsinni mpurtati; |
b) |
in-numru totali ta’ kunsinni kontrollati; |
c) |
in-numru totali u d-dettaliji ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara miżmuma elenkati fl-Anness I jew II għad-Direttiva 2000/29/KE relatati mal-kunsinni mpurtati skond din id-Direttiva; |
d) |
in-numru ta’ kunsinni tal-prodotti konċernati miżmuma għal raġunijiet oħra għajr il-preżenza ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara msemmija f’(c) u d-dettall tagħhom; |