This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R1480
Commission Regulation (EC) No 1480/2004 of 10 August 2004 laying down specific rules concerning goods arriving from the areas not under the effective control of the Government of Cyprus in the areas in which the Government exercises effective control
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1480/2004 ta' l- 10 ta' Awissu 2004 li jistipula regoli speċifiċi dwar oġġetti li jaslu miż-żoni li mhumiex taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern ta’ Ċipru fiż-żoni fejn il-Gvern jeżerċita kontroll effettiv
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1480/2004 ta' l- 10 ta' Awissu 2004 li jistipula regoli speċifiċi dwar oġġetti li jaslu miż-żoni li mhumiex taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern ta’ Ċipru fiż-żoni fejn il-Gvern jeżerċita kontroll effettiv
ĠU L 272, 20.8.2004, pp. 3–10
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 183M, 5.7.2006, pp. 91–98
(MT)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
06/03/2023
|
5.7.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
91 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1480/2004
ta' l-10 ta' Awissu 2004
li jistipula regoli speċifiċi dwar oġġetti li jaslu miż-żoni li mhumiex taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern ta’ Ċipru fiż-żoni fejn il-Gvern jeżerċita kontroll effettiv
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 tad-29 ta’ April 2004 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(12) tiegħu,
Wara konsultazzjoni tal-Kumitat għar-Regolamentazzjoni fuq il-Linja,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 jipprovdi reġim speċjali għat-trattament ta’ oġġetti li jaslu miż-żoni li mhumiex taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru (minn hawn ’il quddiem imsemmija “iż-Żoni”) għaż-żoni fejn il-Gvern jeżerċita kontroll effettiv. |
|
(2) |
L-implimentazzjoni tar-reġim mwaqqaf bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004, dwar oġġetti minn barra dawk li huma kemm miksuba għal kollox fiż-Żoni kif ukoll konformi ma’ l-Anness II ta’ dak ir-Regolament, hija soġġetta għall-addozzjoni ta’ regoli speċifiċi mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 4(12) tar-Regolament. Huwa intenzjonat pero b’mod ċar li dawn ir-regoli speċifiċi għandhom japplikaw għall-oġġetti fl-ambitu tar-Regolament. |
|
(3) |
Huwa neċessarju jiġu pprovduti regoli dettaljati dwar il-forma u l-kontenut tad-dokument li għandhu jinħareġ mill-Kamra tal-Kummerċ Turko Ċiprijotta jew minn xi korp awtorizzat ieħor u dwar kontrolli fir-rigward tal-konformità mar-regoli applikabbli. |
|
(4) |
Huwa wkoll neċessarju jiġu pprovduti regoli dettaljati dwar obbligi ta’ komunikazzjoni għall-Kamra tal-Kummerċ Turko Ċiprijotta jew korp ieħor awtorizzat, l-awtoritajiet tar-Repubblika ta’ Ċipru, u l-awtoritajiet taż-Żona Bażi Sovrana ta’ Lvant f’Ċipru dwar in-natura, l-kwantitajiet, id-destinazzjoni u l-valur ta’ l-oġġetti għal xiex jiġu stabbiliti ċertifikati u li jaqbżu l-linja, kif ukoll kwalunkwe sanzjonijiet applikati jew dazji ta’ importazzjoni li ġew imposti. |
|
(5) |
Saħħa tal-pjanti, sigurtà alimentari u ħtiġijiet oħra ta’ sigurtà jeħtieġ li jiġu garantiti. Il-protezzjoni kontra l-introduzzjoni fil-Komunità u kontra t-tixrid fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti għandha tkun żgurata u regoli dettaljati dwar il-ħruġ ta’ dokumenti relatati mal-kontrolli kif msemmija fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 għandhom jiġu mwaqqfa. Sa t-twaqqif ta’ l-istatus fitosanitarju taż-Żoni dwar l-organiżmi relevanti li huma ta’ ħsara elenkati fl-Anness I jew II tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (2), għandhom jiġu mposti miżuri speċifiċi protettivi jew kontrolli addizzjonali. |
|
(6) |
Għal raġunijiet ta’ sigurtà u sabiex jiġi evitat mill-bidunett kwalunkwe abbuż ċertu kategoriji ta’ oġġetti li huma soġġetti għal restrizzjonijiet jew miżuri ta’ difiża kummerċjali għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 866/2004. |
|
(7) |
Għandhu jiġi ċċarat li fl-eventwalità ta’ trasferiment ta’ oġġetti li joriġinaw fiż-Żoni għal Stati Membri oħra, dawk l-oġġetti għandhom umbagħad għall-għanijiet ta’ VAT jitqiesu li ġew impurtati fir-Repubblika ta’ Ċipru. |
|
(8) |
Huwa wkoll neċessarju jiġi determinat it-tifsir ta’ emerġenzi f’Artikolu 11(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 866/2004, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Regoli ta’ Oriġini
L-oriġini ta’ kwalunkwe prodott għal xiex japplika dan ir-Regolament għandu jiġi determinat skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Komunità.
Artikolu 2
Dokument anċillari
1. Id-dokument anċillari msemmi f’Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
għandu jkun fih il-partikolaritajiet kollha neċessarji biex jidentifikaw l-oġġetti għal xiex huwa jirrelata, b’mod partikolari:
|
|
(2) |
għandu jassigura l-konformità mar-regoli ta’ l-oriġini msemmija f'Artikolu 1 u jiċċertifika b’mod ċar li l-oġġetti għal xiex jirrelata joriġinaw fiż-żoni kif definiti f’Artikolu 1(1) tal-Protokoll Nru 10 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni 2003; għal dak il-għan, qabel ma jinħareġ tali dokument, il-Kamra tal-Kummerċ Turko Ċiprijotta jew kwalunkwe korp ieħor awtorizzat għandu jagħmel il-kontrolli kif meħtieġ biex jaċċerta li l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija mill-produttur u minn min jikkonsenja huma preċiżi. Tali kontrolli għandhom jinkludu ta’ lanqas verifikazzjoni waħda fil-bini tal-produttur. |
Id-dokument anċillari għandu jsir fuq formoli li jikkorrispondu mal-kampjun mogħti fl-Anness I.
2. Operaturi li jitolbu dokument anċillari għandhom jissottomettu applikazzjoni bil-miktub lill-korpi li joħorġu d-dokumenti msemmija hawn fuq. Din l-applikazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
|
(1) |
dikjarazzjoni mill-produttur li biha huwa
|
|
(2) |
dikjarazzjoni minn min jikkonsenja li tikkonċerna d-destinazzjoni ta’ l-oġġetti. |
Il-formola ta’ l-applikazzjoni għandha ssir fuq il-formoli li jikkorrispondu mal-kampjun mogħti fil-Anness II.
3. Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 (2) għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni, il-Gvern ta’ Ċipru, u l-awtoritajiet taż-Żona Bażi Sovrana ta’ Lvant l-ismijiet u t-titoli tal-persuni nkarigati biex jiffirmaw id-dokumenti kif ukoll kampjun tal-firma tagħhom u t-timbru użat.
4. L-awtoritajiet tar-Repubblika ta’ Ċipru għandhom jinfurmaw lis-servizzi tal-Kummissjoni dwar każijiet ta’ dubju raġonevoli dwar il-konformità ta’ l-oġġetti mal-kriterji ta’ l-oriġini. F’tali każijiet, l-awtoritajiet tar-Repubblika ta’ Ċipru għandhom iħallu l-oġġetti jaqsmu l-linja bil-kundizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004, soġġetta għal kwalunkwe miżuri ta’ prekawzjoni li huma meqjusa neċessarji sakemm jiġu mistennija r-riżultati tal-verifikazzjoni sussegwenti.
Jekk jiġi stabbilit li d-dokumenti nħarġu mingħajr ma’ l-kundizzjonijiet ġew sodisfatti kif inhu xieraq, id-dazji u t-taxxi kollha dovuti mar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ l-oġġetti fit-territorju doganali tal-Komunità ser jiġu dovuti, bir-rata applikabbli għall-pajjiżi terzi fin-nuqqas ta’ xi trattament preferenzjali. Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-okkorrenza ta’ dejn doganali u l-irkupru tiegħu għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Artikolu 3
Spezzjoni Fitosanitarja u Rappurtar
1. Fejn l-oġġetti jikkonsistu fi pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra koperti minn Parti B ta’ l-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, esperti indipendenti fitosanitarji maħtura mill-Kummissjoni u li joperaw f’koordinazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ Turko Ċiprijotta għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004, għandhom jispezzjonaw l-oġġetti fl-istadju tal-produzzjoni u għal darb’oħra fi żmien il-ħsad u fl-istadju tat-tqegħid fis-suq.
Fil-każ tal-patata, l-esperti t’hawn fuq għandhom jivverifikaw li l-patata fil-kunsinna ġiet imkabbra direttament minn żrieragħ tal-patata ċertifikati f’wieħed mill-Istati Membri jew minn żrieragħ tal-patata ċertifikati fi kwalunkwe pajjiż ieħor li għalih id-dħul fil-Komunità ta’ patata intenzjonata għat-tħawwil mhux projbita skond l-Anness III tad-Direttiva 2000/29/KE.
Fil-każ ta’ frott taċ-ċitru, l-esperti t’hawn fuq għandhom jivverifikaw li l-frott nstab mingħajr weraq u pedunkuli u jġorr l-marka xierqa ta’ oriġini.
2. Jekk l-esperti t’hawn fuq, sa fejn jafu u sa fejn jista’ jiġi determinat, jistabbilixxu li l-pjanti relevanti, l-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra fil-kunsinna jikkonformaw mal-ħtiġijiet relevanti u l-kontrolli mniżżla fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 kif ukoll mad-dispożizzjonijiet tat-tieni u t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, għandhom jirrapurtaw dak li jsibu, billi jużaw il-kampjun tal-formola ta’.“Rapport ta’ spezzjoni Fitosanitarja” skond Anness III ma’ dan ir-Regolament. Ir- “Rapport ta’ spezzjoni Fitosanitarja” għandu jiġi miżjud bħalha suppliment għad-dokument anċillari msemmi f’Artikolu 2.
L-esperti m’għandhomx joħorġu “Rapporti ta’ spezzjoni Fitosanitarja” dwar pjanti intenzjonati għat-tħawwil, inkluż tuberi ta’ Solanum tuberosum (L.) intenzjonati għat-tħawwil.
3. Huma għandhom konsegwentament jissiġillaw it-trakkijiet u l-mezzi l-oħra ta’ trasport b’tali mod li ma jħallhux kwalunkwe ftuħ tal-kunsinna sakemm taqsam il-linja. L-ebda oġġett kopert mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandu jaqsam il-linja sakemm l-imsemmi rapport ma jkunx mimli kompletament u ffirmat kif imiss minn ta’ lanqas wieħed mill-esperi fitosanitarji msemmija hawn fuq.
4. Mal-wasla fiż-żoni fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru jeżerċita kontroll effettiv, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżaminaw il-kunsinna. Fejn huwa applikabbli, ir-“Rapport ta’ spezzjoni Fitosanitarja” għandu jiġi sostitut minn passaport tal-pjanti, maħruġ f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kummissjoni 92/105/KEE (3) u 93/51/KEE (4).
5. Jekk il-kunsinna tikkonsisti fi jew fiha lottijiet tal-patata, parti xierqa ta’ dawn il-lottijiet għandha tiġi eżaminata fir-rigward ta’ Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. u Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus (Spieckermann et Kotthoff) Davis et al., skond il-metodi stabbiliti tal-Komunità għall-iskoperta u d-dijanjosi ta’ dawk l-organiżmi li jagħmlu ħsara.
Artikolu 4
Sigurtà ta’ Ikel u Prodotti, Oġġetti Falsifikati u Pirata
1. Għall-raġunijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel ċaqlieq u qsiem tal-linja ta’ għalf kompost ta’ l-annimali, adittivi ta’ l-għalf, pre-taħlit, jew kull għalf ta’ l-annimali li fih prodotti li joriġinaw mill-annimali u kwalunkwe prodott li jaqa’ taħt id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni elenkati fl’Anness IV kif ukoll deċiżjonijiet simili adottati fil-futur għandu jkun projbit. Artikoli 6, 7 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (5) għandhom japplikaw mutatis mutandis.
2. L-awtoritajiet tar-Repubblika ta’ Ċipru u l-awtoritajiet taż-Żona Bażi Sovrana ta’ Lvant għandhom jassiguraw li l-oġġetti li jaqsmu l-linja jikkonformaw mar-regoli tal-KE dwar saħħa, sigurtà, protezzjoni ambjentali u tal-konsumatur u fuq il-projbizzjoni tad-dħul ta’ l-oġġetti falsifikati u pirata.
Artikolu 5
Miżuri ta’ Difiża tal-Kummerċ
L-ebda dokument anċillari m’għandu jinħareġ għal oġġetti li huma soġġetti għal miżuri ta’ l-UE ta’ difiża tal-kummerċ, inkluż oġġetti li jinkorporaw materjali soġġetti għal tali miżuri. Din hija bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ l-istrumenti tal-Komunità kontra id-dumping, kontra s-sussidju, salvagwardi jew strumenti oħra ta’ difiża tal-kummerċ.
Artikolu 6
VAT
Fl-eventwalità li oġġetti li joriġinaw fiż-Żoni ser jiġu trasferiti fi Stati Membri oħra, id-dħul tagħhom ta’ qabel fiż-żoni li huma taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern għandu jiġi trattat bħal li kieku kien importazzjoni ta’ oġġetti skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (6) għal xiex is-sid ta’ l-oġġetti jew kwalunkwe persuna oħra nominata jew aċċettata bħalha responsabbli mill-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru għandu jkun reponsabbli għall-ħlas tal-VAT ta’ importazzjoni skond l-Artikolu 21(4) ta’ dik id-Direttiva.
Artikolu 7
Emerġenzi
Emerġenzi oħra fit-tifsira ta’ l-Artikolu 11 (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 għandhom jinkludu kwalunkwe sitwazzjoni jew ċirkostanza li tista tikkawża jew thedded li tikkawża dannu ekonomiku serju u kontinwu lil reġjun fir-Repubblika ta’ Ċipru jew kwalunkwe sitwazzjoni jew ċirkostanza li qegħda toħloq jew thedded li toħloq riskju għall- funzjonament tas-Suq Intern, b’mod partikolari fejn tali theddid jinħoloq bin-non-applikazzjoni fiż-Żoni ta’ dazji ta’ importazzjoni ekwivalenti għal dawk stabbiliti skond it-Tariffa Doganali Komuni dwar materja prima użata fl-iproċessar ta’ l-oġġetti.
Artikolu 8
Obbligi ta’ Komunikazzjoni
1. Il-Kamra tal-Kummerċ Turko Ċiprijotta jew korp ieħor awtorizzat skond l-Artikolu 4 (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 għandha tibgħat lill-Kummissjoni kull xahar it-tip, il-volum, u l-valur ta’ l-oġġetti għal xiex ħarġet id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 2 (1), u dettalji ta’ kwalunkwe irregolaritajiet skoperti u kwalunkwe sanzjonijiet applikati.
2. L-awtoritajiet tar-Repubblika ta’ Ċipru, skond l-Artikolu 4 (2), (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004, għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni kull xahar it-tip, il-volum u l-valur ta’ l-oġġetti li, skond id-dikjarazzjonijiet li jinsabu fid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 2 (1), qasmu l-linja, dettalji ta’ kwalunkwe irregolaritajiet skoperti u kwalunkwe sanzjonijiet applikati, u dettaliji ta’ kwalunkwe tariffi jew dazji li ġew imposti fuq oġġetti soġġetti għal rifużjonijiet ta’ esportazzjoni jew miżuri ta’ intervenzjoni.
3. L-awtoritajiet tar-Repubblika ta’ Ċipru għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni kull tlett xhur it-tip, il-volum, u l-valur ta’ l-oġġetti ta’ liema d-destinazzjoni finali ma kienitx ir-Repubblika ta’ Ċipru skond id-dikjarazzjonijiet li jinsabu fid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 2 (1). Oġġetti li għandhom Stat Membru għajr Ċipru bħalha d-destinazzjoni finali tagħhom għandhom jissemmew separatament.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar l-10 ta' Awissu 2004.
Għall-Kummissjoni
Gunter VERHEUGEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 161, tat-30.4.2004, p. 128.
(2) GU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(3) Text missing 1
(4) Text missing 2
(5) Text missing 3
(6) Text missing 4
ANNESS III
Kampjun tar-“Rapport ta’ l-ispezzjoni Fitosanitarja” msemmija fl-Artikolu 3(2)
ANNESS IV
Elenku ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 4(1)
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/80/KE, kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/429/KE, li timponi kondizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni tat-tin, ġellewż u pistaċċi u ċertu prodotti derivanti minnhom li joriġinaw fit-Turkija jew huma kkunsinnati mit-Turkija |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/79/KE, kif emendata l-aħħar bi 2004/429/KE, li timponi kondizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni tal-karawett u ċertu prodotti derivati mill-karawett li joriġinaw fiċ-Ċina jew huma kkunsinnati miċ-Ċina |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/49/KE, kif emendata l-aħħar bi 2004/429/KE, li timponi kondizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni tal-karawett u ċertu prodotti derivati mill-karawett li joriġinaw fl-Eġittu jew huwa kkunsinnati mill-Eġittu |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/493/KE, kif emendata l-aħħar bi 2004/428/KE, li timponi kondizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni tal-ġewż tal-Brażil fil-qoxra li joriġinaw fil-Brażil jew li huwa kkunsinnati mill-Brażil |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1997/830/KE, kif emendat l-aħħar bi 2004/429/KE li timponi kondizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni ta’ pistaċċi u ċertu prodotti derivati mill-pistaċċi li joriġinaw fl-Iran jew li huma kkunsinnati mill-Iran |
|
— |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/92/KE tal-21 ta’ Jannar 2004 dwar miżuri ta’ emerġenza dwar bżar aħmar u prodotti tal-bżar aħmar |