EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1288

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 ta' l- 14 ta' Lulju 2004 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ użu ġdid ta’ addittiv diġà awtorizzat fl-ikel ta’ l-annimali Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10–14 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 50–54 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 24/02/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1288/oj

5.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

50


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1288/2004

ta' l-14 ta' Lulju 2004

dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ użu ġdid ta’ addittiv diġà awtorizzat fl-ikel ta’ l-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar addittivi fl-ikel ta’ l-annimali (1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1756/2002 (2) u b’ mod partikolari l-Artikolu 3, u l-Artikoli 9d(1) u 9e(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi sabiex jintużaw fil-Komunità. L-addittivi msemmija fil-Parti II ta’ l-Anness C ta’ dik id-Direttiva jistgħu jiġu awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien jekk jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet.

(2)

L-użu ta’ astaxanthin-rich Phaffia rhodozyma (ATCC 74219) bħala kolorant għas-salamun u trota ġie awtorizzat proviżorjament mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/98 (3).

(3)

Data ġdida kienet sottomessa sabiex issaħħaħ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għal dak il-kolorant. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni ġew sodisfatti.

(4)

Il-Kumitat Xjentifiku ta’ l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi Użati fl-għalf ta’ l-Annimali ta’ l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) ta opinjoni favorevoli fit-22 ta’ Jannar 2003 dwar l-effikaċità ta’ dak l-addittiv meta użat fil-kategorija ta’ l-annimali tas-salamun u tat-trota. F’ opinjoni oħra adottata fl-1 ta’ April 2004, l-EFSA ikkonkludiet li l-ħmira f’ dak il-prodott mhux organiżmu ħaj u mhux mistenni li jikkawża kwalunkwe konsegwenzi fuq l-ambjent, taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ użu imsemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(5)

L-użu tat-taħlita mikro-organika ta’ Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47) ġiet awtorizzata proviżorjament għaż-żriegħ, għall-ewwel darba, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 (4).

(6)

L-użu tat-taħlita mikro-organika ta’ Saccharomyces cerevisiae (CBS 493.94) ġiet awtorizzata proviżorjament, għall-għoġġiela, għall-ewwel darba, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 u għall-frat għas-smin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 866/99 (5).

(7)

L-użu tat-taħlita mikro-organika ta’ Enterococcus faecium (NCIMB 10415) ġiet awtorizzata proviżorjament, għall-frat, għall-ewwel darba, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 866/99.

(8)

L-użu tat-taħlita mikro-organika ta’ Enterococcus faecium (DSM 7134) u Lactobacillus rhamnosus (DSM 7133) ġiet awtorizzata proviżorjament, għall-għoġġiela, għall-ewwel darba, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2690/99 (6).

(9)

Ġiet sottomessa data ġdida biex issaħħaħ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għal dawk il-mikro-organiżmi. L-evalwazzjoni ta’ dawk l-applikazzjonijiet turi li l-kundizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjonijiet ġew sodisfatti.

(10)

Għalhekk, l-użu mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dawk l-addittivi għandu jiġi awtorizzat.

(11)

Minn barra dan, id-Direttiva 70/524/EEC tipprovdi għall-awtorizzazzjoni fuq bażi proviżorja ta’ użu ġdid ta’ addittiv li huwa diġà awtorizzat sabiex tiġi konċessa għall-perjodu ta’ mhux aktar minn erba’ snin, soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet.

(12)

L-użu tat-taħlita mikro-organika ta’ Enterococcus faecium (DSM 10663/NCIMB 10415)) ġiet awtorizzata proviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħannus (piglets) bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1411/99 (7), għal għoġġiela u tiġieġ għas-smin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1636/99 (8) u għad-dundjani għas-smin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1801/2003 (9).

(13)

Ġiet sottomessa data ġdida biex issaħħaħ applikazzjonijiet sabiex tiġi estiża l-awtorizzazzjoni ta’ l-użu ta’ dak l-addittiv lill-klieb. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni ġew sodisfatti.

(14)

L-EFSA tat opinjoni favorevoli fil-15 ta’ April 2004 dwar is-sigurtà ta’ dak l-addittiv meta użat fil-kategorija ta’ l-annimali tal-klieb, taħt il-kundizzjonijiet ta’ l-użu li jinsabu fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(15)

Għalhekk, l-użu ta’ Enterococcus faecium, kif speċifikat fl-Anness II, għandu jiġi awtorizzat għal perjodu ta’ mhux aktar minn erba’ snin.

(16)

L-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom jkunu meħtieġa sabiex jipproteġu l-ħaddiema milli jkunu esposti għall-addittivi msemmija fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament. Tali protezzjoni għandha tkun assikurata billi tiġi applikata d-Direttiva tal-Kunsilll 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni tal-miżuri li jinkoraġixxu miljoramenti fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (10).

(17)

Il-miżuri pprovduti f’ dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

It-taħlit li jaqa’ taħt il-grupp ta’ “Koloranti, inklużi pigmenti” u “Mikro-organiżmi”, kif imsemmi fl-Anness I, huwa awtoriżżat għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħalha addittivi f’ nutrizzjoni ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu f' dak l-Anness.

Artikolu 2

It-taħlita li taqa’ taħt il-grupp tal-“mikro-organiżmi”, kif imsemmija fl-Anness II, hija awtoriżżata proviżorjament għall-użu bħalha addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu f’ dak l-Anness.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f’ Brussel, nhar il-14 ta' Lulju 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1.

(2)  ĠU L 265, tat-3.10.2002, p.1.

(3)  ĠU L 289, tat-28.10.1998, p. 4.

(4)  ĠU L 191, tas-7.7.1998, p. 15.

(5)  ĠU L 108, tas-27.4.1999, p. 21.

(6)  ĠU L 326, tat-18.12.1999, p. 33.

(7)  ĠU L 164, tat-30.6.1999, p. 56.

(8)  ĠU L 194, 27.7.1999, P. 17.

(9)  ĠU L 264, tal-15.10.2003, p. 16.

(10)  ĠU L 183, 29.6.1989, p.1. (Direttiva emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament ta' l-Unjoni Ewropea u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p.1).


ANNESS I

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni

mg/kg ta’ l-ikel kollu ta’ l-annimali

Koloranti, inklużi pigments

1.   

Carotenoids u xanthophylls

E 161(z)

Astaxantin-rich Phaffia Rhodozyma

(ATCC 74219)

Biomass ikkonċentrat tal-ħmira Phaffia rhodozyma (ATCC 74219), maqtula, li jkollha għall-anqas 4,0 g astaxanthin kull kilogramm ta’ addittiv u b’kontenut massimu ta’ ethoxyquin ta’ 2 000 mg/kg

Salamun

100

Il-kontenut massimu huwa espress bħalha astaxanthin.

Użu permess biss mill-età ta’ sitt xhur ’il quddiem.

It-taħlita ta’ l-addittiv mal- canthaxanthin hija permessa basta li l-konċentrazzjoni totali ta' astaxanthin u canthaxanthin ma taqbiżx 100 mg/kg fl-ikel kollu ta’ l-annimali.

Kontenut Ethoxyquin għandu jkun iddikjarat.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Trota

100

Il-kontenut massimu huwa espress bħalha astaxanthin.

Użu permess biss mill-età ta’ sitt xhur ’il quddiem.

It-taħlita ta’ l-addittiv mal- canthaxanthin hija permessa basta li l-konċentrazzjoni totali ta' astaxanthin u canthaxanthin ma taqbiżx 100 mg/kg fl-ikel kollu ta’l-annimali.

Kontenut Ethoxyquin għandu jkun iddikjarat.

Mingħajr limitu ta’ żmien


Nru KE

Addittiv

Formola kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ l-ikel kollu ta’ l-annimali

Mikro-organiżmi

E 1702

Saccharomyces cerevisiae

NCYC Sc 47

Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae li fih minimu ta’ 5 x 109 CFU/g addittiv

Żriegħ

5 x 109

1 x 1010

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivi u is-sustanza ta’qabel it-taħlit, indika t-temparatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall- pelleting.

Mingħajr limitu ta’ żmien

E 1704

Saccharomyces cerevisiae

CBS 493.94

Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae li fih minimu ta’ 1x 108 CFU/g addittiv

Għoġġiela

6 xhur

2 x 108

2 x 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivi u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temparatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall- pelleting.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Frat għas-smin

1,7 x 108

1,7 x 108

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivi u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temparatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall- pelleting.

Il-kwanità ta’ Saccharomyces cerevisiae fid-doża ta’ kuljum ma tridx taqbeż 7,5 x 108 CFU for 100 kg piż tal-ġisem.

Żid 1 x 108 CFU għal kull 100 kg piż tal-ġisem addizzjonali.

Mingħajr limitu ta’ żmien

E 1705

Enterococcus faecium

NCIMB 10415

Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium li fih minimu

 

Forma mikroenkapsulata:

1 x 1010 CFU/g addittiv

 

Forma mrammla:

3,5 x 1010 CFU/g addittiv

Għoġġiela

6 xhur

1 x 109

6,6 x 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivi u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temparatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall- pelleting.

Forma mrammla li għandha tiġi użata esklussivament minn sostitut għall-ħalib.

Mingħajr limitu ta’ żmien

E 1706

Enterococcus faecium

DSM 7134

Lactobacillus rhamnosus

DSM 7133

Taħlita ta’:

Enterococcus faecium li fih minimu ta’: 7 x 109 CFU/g

u ta’

Lactobacillus rhamnosus li fih minimu ta’: 3 x 109 CFU/g

Għoġġiela

4 xhur

1 x 109

5 x 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivi u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temparatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall- pelleting.

Mingħajr limitu ta’ żmien


ANNESS II

Nru

Addittiv

Formola kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ l-ikel kollu ta’ l-annimali

Mikro-organiżmi

13

Enterococcus faecium

DSM10663/NCIMB 10415

Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium li fih minimu ta’:

 

Forma trab u mrammla:

3,5x1010CFU/g ta’ addittiv

 

Forma miksija:

2,2x1010CFU/g ta’ addittiv

 

Forma likwida:

1x1010 CFU/ml ta’ addittiv

klieb

1 x 109

1 x 1010

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivi u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temparatura ta’ ħażna, il-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna u l-istabilità għall- pelleting.

[à compléter par le service publiant l’acte au J.O: 4 ans à partir de l’entrée en vigueur du ce règlement]


Top