This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R1250
Commission Regulation (EC) No 1250/2004 of 7 July 2004 amending Regulation (EC) No 2808/98 as regards the dairy premium
1250/2004/KE: Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1250/2004 tas- 7 ta' Lulju 2004 li jemeda r-Regolament (KE) Nru 2808/98 f’dak li jirrigwarda l-primjum għall-prodotti tal-ħalib
1250/2004/KE: Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1250/2004 tas- 7 ta' Lulju 2004 li jemeda r-Regolament (KE) Nru 2808/98 f’dak li jirrigwarda l-primjum għall-prodotti tal-ħalib
ĠU L 237, 8.7.2004, p. 13–13
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 1–1
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (KE) Nru 1250/2004
tas-7 ta' Lulju 2004
li jemeda r-Regolament (KE) Nru 2808/98 f’dak li jirrigwarda l-primjum għall-prodotti tal-ħalib
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (2), jipprovdi b’mod partikolari primjum għall-prodotti tal-ħalib, kif ukoll pagamenti supplimentari fil-forma ta’ supplimenti tal-primjum, li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2004. |
(2) |
Il-primjum għall-prodotti tal-ħalib kien iddaħħal oriġinalment bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/99 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (3), wara t-tnaqqis gradwali tal-appoġġ tas-suq fis-settur tal-ħalib. Il-livell tal-primjum għandu jiżdied kull sena sal-2007, bi tpattija għat-tnaqqis imsemmi fl-appoġġ tas-suq li jseħħ kull sena fl-1 ta' Lulju, data li tikkorrispondi għall-ewwel jum tas-sena tas-suq tal-ħalib. |
(3) |
Għaldaqstant jeħtieġ li għall-primjum għall-prodotti tal-ħalib ikun stabbilit li l-fattur operattiv għar-rata tal-kambju jkun iffissat bħala l-1 ta' Lulju tas-sena li għaliha tingħata l-għajnuna. Għal finijiet ta’ koerenza, jeħtieġ ukoll li jkun ipprovdut li l-istess fattur operattiv li jiġġenera r-rata tal-kambju għandu japplika għall-primjum għall-prodotti tal-ħalib kif ukoll għall-pagamenti supplimentari. |
(4) |
Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi emendat u rettifikat skont dan ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2808/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tas-sistema agromonetarja tal-euro fis-settur agrikolu (4). |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitati ta' ġestjoni kkonċernati. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Għall-primjum għall-prodotti tal-ħalib kif ukoll għall-pagamenti supplimentari msemmija fit-Titolu IV, il-Kapitolu 7, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, il-fattur operattiv għar-rata tal-kambju huwa l-1 ta' Lulju tas-sena li għaliha tingħata l-għajnuna.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 7 ta' lulju 2004.
Għall-Kummissjoni
Franz FISCHLER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.
(2) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 864/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 48).
(3) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).
(4) ĠU L 349, 24.12.1998, p. 36. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2304/2003 (ĠU L 342, 30.12.2003, p. 6).