Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0931

    Regolament Tal-Kummissjoni (KE) Nru 931/2004 tat-30 ta’ April 2004 li jistabbilixxi l-valuri fissi fuq l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta’ dħul ta’ ċerti frott u legumi

    ĠU L 169, 1.5.2004, p. 3–4 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/931/oj

    1.5.2004   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 169/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 931/2004

    tat-30 ta’ April 2004

    li jistabbilixxi l-valuri fissi fuq l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta’ dħul ta’ ċerti frott u legumi

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 tal-21 ta’ Diċembru 1994 rigward regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti għall-frott u legumi (1), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1947/2002 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 3223/94 jipprevedi, bl-applikazzjoni tar-riżultati tan-negozjati kummerċjali multilaterali ta’ l-Urugwaj, il-kriterji għall-istipulazzjoni mill-Kummissjoni tal-valuri fissi fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u l-perjodi li huma preċiżati fl-Anness tiegħu.

    (2)

    Bl-applikazzjoni tal-kriterji hawn fuq imsemmija, il-valuri fissi fuq l-importazzjoni għandhom ikunu stipulati fuq il-livelli li jissemmew fl-Anness ta’ dan ir-Regolament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-valuri fissi fuq l-importazzjoni li jissemmew fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stipulati bħalma indikat fit-tabella li tidher fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, tat-30 ta’ April 2004.

    Għall-Kummissjoni

    J. M. SILVA RODRÍGUEZ

    Direttur Ġenerali ta’ l-Agrikoltura


    (1)  ĠU L 337 ta’ l-24.12.1994, p. 66.

    (2)  ĠU L 299 ta’ l-1.11.2002, p. 17.


    ANNESS

    tar-Regolament tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Avril 2004, li jistipula l-valuri fissi fuq l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz tad-dħul ta’ ċerti frott u legumi

    Kodiċi NM

    Kodiċi tal- pajjiżi terzi (1)

    Valur fiss fuq l-importazzjoni

    0702 00 00

    052

    105,3

    204

    36,9

    212

    115,9

    999

    86,0

    0707 00 05

    052

    138,0

    204

    77,1

    999

    107,6

    0709 90 70

    052

    107,0

    204

    56,6

    999

    81,8

    0805 10 10 , 0805 10 30 , 0805 10 50

    052

    46,4

    204

    56,0

    212

    47,9

    220

    37,7

    448

    32,8

    624

    83,5

    999

    50,7

    0805 50 10

    052

    74,2

    204

    86,2

    999

    80,2

    0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

    052

    79,2

    204

    74,2

    220

    80,3

    464

    76,8

    624

    79,1

    662

    38,0

    999

    71,3

    0805 50 10

    052

    73,0

    600

    62,0

    999

    67,5

    0808 10 20 , 0808 10 50 , 0808 10 90

    052

    40,9

    060

    51,8

    400

    101,6

    404

    84,0

    720

    75,3

    999

    70,7

    0808 20 50

    060

    61,1

    388

    98,2

    400

    87,1

    720

    45,5

    999

    73,0


    (1)  Nomenklatura tal-pajjiż stipulata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2020/2001 (ĠU L 273 tas-16.10.2001, p. 6). Il-kodiċi “999” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


    Top