EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0864

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 864/2004 tad-29 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta' għajnuna diretta skond il-politika komuni ta' l-agrikoltura u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' għajnuna għall-bdiewa, u li jadattah minħabba d-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja fl-Unjoni Ewropea

ĠU L 161, 30.4.2004, p. 48–96 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/02/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0073

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/864/oj

32004R0864



Official Journal L 161 , 30/04/2004 P. 0048 - 0096


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 864/2004

tad-29 ta' April 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta' għajnuna diretta skond il-politika komuni ta' l-agrikoltura u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' għajnuna għall-bdiewa, u li jadattah minħabba d-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja fl-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 37(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll 4 fuq il-qoton [1], anness ma' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-1979, u b'mod partikolari l-paragrafu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni li jikkonċerna r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [4];

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew [5],

Wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi:

(1) Il-firda ta' l-għajnuna diretta għall-produttur u l-introduzzjoni ta' l-iskema ta' pagament wieħed huma elementi essenzali fil-proċess għar-riforma tal-politika komuni ta' l-agrikoltura li hija immirata biex titwarrab il-politika ta' għajnuna fil-prezz u fil-produzzjoni u minflok tiddaħħal il-politika ta' għajnuna għad-dħul tal-bdiewa. Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 [6] introduċa dawn l-elementi għal numru kbir u varjat ta' prodotti agrikoli.

(2) Sabiex tilħaq l-għanijiet li jinsabu fil-qalba tar-riforma tal-politika komuni ta' l-agrikoltura, l-għajnuna għall-qoton, iż-żejt taż-żebbuġa, it-tabakk mhux ipproċessat u l-ħops għandha tkun fil-biċċa l-kbira mifruda u integrata fl-iskema ta' pagament wieħed.

(3) Ir-regoli fuq l-iskemi ta' għajnuna diretta stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom ikunu adattati sabiex jippermettu l-implimentazzjoni fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja.

(4) Fil-perjodu ta' referenza mill-2000 sa l-2002, l-ebda għajnuna diretta għall-produttur tal-qoton ma kienet teżisti. Madankollu, skond l-arranġamenti fis-seħħ waqt dak il-perjodu, l-għajnuna tal-Komunità kienet qed tgħaddi għand il-produtturi permezz ta' l-għajnuna immirata għal dawk li jfesdqu l-qoton.

(5) Integrazzjoni sħiħa fl-iskema ta' pagament wieħed ta' l-iskema preżenti ta' għajnuna fis-settur tal-qoton toħloq riskju kbir ta' tfixkil għall-produzzjoni f'dawk ir-reġjuni tal-Komunità li jipproduċu l-qoton. Għalhekk parti mill-għajnuna għandha tibqa' tiġi magħquda mal-kultivazzjoni tal-qoton permezz ta' pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba għal kull ettaru eliġibbli. L-ammont tagħha għandu jkun ikkalkolat b'tali mod li jiġu assigurati l-kondizzjonijiet ekonomiċi li, f'reġjuni li fihom jitkabbar dak il-prodott tar-raba', jippermettu biex titkattar l-attività fis-settur tal-qoton u biex jiġi evitat li l-qoton jingħata l-ġenb minħabba prodotti oħra. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, huwa ġustifikat li l-għajnuna kollha disponibbli għal kull ettaru għal kull Stat Membru tkun stabbilita għal 35 % tas-sehem ta' l-għajnuna nazzjonali li kienet ingħatat b'mod indirett lill-produtturi.

(6) Il-65 % li jifdal mis-sehem ta' l-għajnuna nazzjonali li kienet ingħatat b'mod indirett lill-produtturi għandha tkun disponibbli għall-iskema ta' pagament wieħed.

(7) Għal raġunijiet ambjentali, għandha tiġi stabbilita żona li sservi bħala bażi f'kull Stat Membru sabiex ikunu limitati ż-żoni li fihom jitkabbar il-qoton. Barra minn hekk, iż-żoni eliġibbli għandhom ikunu restritti għal dawk awtorizzati mill-Istati Membri.

(8) Sabiex il-produtturi u dawk li jfesdqu l-qoton ikollhom l-opportunità li jtejbu l-kwalità tal-qoton, it-twaqqif ta' organizzazzjonijiet inter-dipartimentali għandha tkun imħeġġa, liema organizzazzjonijiet għandhom ikunu approvati mill-Istati Membri. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu iffinanzjati mill-membri tagħhom. Il-Komunità għandha tgħin b'mod indirett l-attivitajiet ta' dawn l-organizzazzjonijiet billi żżid l-għajnuna lil dawk il-bdiewa li jkunu membri ta' l-organizzazzjonijiet.

(9) Sabiex jagħtu spinta lill-provvisti ta' kwalità li jmorru għall-industrija, l-organizzazzjonijiet approvati għandhom ikunu awtorizzati biex jiddistingwu fl-għajnuna li l-produtturi-membri tagħhom ikunu intitolati għaliha skond sistema ta' gradazzjoni li tkun adottata minnhom stess. Is-sistema ta' gradazzjoni, approvata mill-Istati Membri, għandha tieħu kont tal-kriterji li jiġu stabbiliti.

(10) Integrazzjoni sħiħa fl-iskema ta' pagament wieħed ta' l-iskema preżenti ta' għajnuna li hija magħquda mal-produzzjoni għas-settur taż-żebbuġ tista' toħloq problemi f'ċerti reġjuni tradizzjonali li jipproduċu fil-Komunità. Hemm ċertu riskju ta' tfixkil konsiderevoli għall-manutenzjoni tas-siġar taż-żebbuġ, liema tfixkil jista' jwassal għad-degradazzjoni tal-wiċċ ta' l-art u tal-pajsaġġ jew għal impatt soċjali negattiv. Parti mill-għajnuna għalhekk tista' tiġi mgħaqqda mal-manutenzjoni ta' l-imsaġar taż-żebbuġ li jkunu ta' valur ambjentali jew soċjali.

(11) Għalhekk, mill-inqas 60 % tal-medja tal-pagamenti ta' l-għajnuna għall-produzzjoni fis-settur taż-żebbuġ fil-perjodu ta' referenza mill-2000 sa l-2002 għandhom jiġu mibdula f'drittijiet skond l-iskema ta' pagament wieħed; il-kalkolazzjoni tat-titoli għal kull bidwi individwali għandha tkun ibbażata fuq is-snin ta' bejgħ kummerċjali 1999/2000, 2000/01, 2001/02 u 2002/03. Madankollu, raba' mikri għand ħaddieħor ta' inqas minn 0,3 żebbuġ GIS-ha, stabbilit fuq il-bażi tas-sistema ġeografika ta' informazzjoni għall-kultivazzjoni taż-żebbuġ, għandu, għal raġunijiet ta' ekwità, jkun integrat b'mod sħiħ fl-iskema.

(12) In-numri ta' ettari li għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tad-dritt għall-pagament wieħed għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tas-sistema ġeografika ta' informazzjoni għall-kultivazzjoni taż-żebbuġ, li minn issa -il quddiem għandha tagħmel parti mill-amministrazzjoni u s-sistema ta' kontroll integrat.

(13) Il-parti li jifdal tal-pagamenti li jservu bħala għajnuna għall-produzzjoni fis-settur taż-żebbuġ waqt il-perjodu ta' referenza għandha tinżamm mill-Istati Membri, bħala pakketti nazzjonali, sabiex tingħata għajnuna lill-bdiewa bħala kontribuzzjoni għall-manutenzjoni ta' msaġar taż-żebbuġ ta' valur ambjentali jew soċjali, inklużi l-aspetti ta' tradizzjonijiet lokali u kulturali, b'mod partikolari f'żoni marġinali. Raba' mikri għand ħaddieħor ta' anqas minn 0,3 żebbuġ GIS-ha għandu jkun eliġibbli bl-istess mod. Għar-raġunijiet ta' simplifikazzjoni, pagamenti skond din l-iskema għandhom ikunu mill-inqas ta' ammont ta' EUR 50.

(14) L-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibilità li jżommu l-ammont neċessarju biex jiffinanzjaw l-attivitajiet fis-settur taż-żejt taż-żebbuġ li jkunu relatati mal-kwalità, il-moniteraġġ u l-informazzjoni dwar il-prodott, li jsiru skond programmi tax-xogħol stabbiliti minn organizzazzjonijiet ta' operaturi approvati.

(15) Huma biss iż-żoni li jikkorrispondu mas-siġar taż-żebbuġ miżrugħa qabel l-1 ta' Mejju 1998 jew mas-siġar li jieħdu post jew mas-siġar li jkunu koperti minn programm approvat mill-Kummissjoni li għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna għall-produzzjoni skond l-iskema preżenti u għalhekk għandhom ikunu l-uniċi żoni inklużi taħt l-iskema ta' pagament wieħed u għandhom ikunu eliġibbli skond l-iskema ta' pagament ta' l-imsaġar taż-żebbuġ. Għal Ċipru u Malta, it-terminu perentorju għandu jkun il-31 ta' Diċembru 2001, skond id-deroga msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1638/98 li temenda r-Regolament Nru 136/66/KEE fuq it-twaqqif ta' organizzazzjoni ta' suq komuni għaż-żjut u x-xaħmijiet [7].

(16) Għal Ċipru u Malta, l-ammonti massimi ta' għajnuna għall-imsaġar taż-żebbuġ jistgħu jiġu stabbiliti b'mod definittiv biss wara l-introduzzjoni tas-sistema ġeografika ta' informazzjoni f'dawn l-Istati Membri. Huwa meħtieġ għalhekk li jsir provvediment għall-possibilità ta' reviżjoni tal-figuri ta' l-ammonti massimi stabbiliti għal dawn l-Istati Membri.

(17) L-iskema ta' għajnuna preżenti għall-produtturi tat-tabakk mhux ipproċessat għandha tiġi mifruda parzjalment u integrata fl-iskema ta' pagament wieħed u trasferita parzjalment fil-pakkett ta' ristrutturar. Madankollu, sabiex ikun evitat l-effett ta' tfixkil fuq il-produzzjoni u l-ekonomiji lokali, u sabiex il-prezz tas-suq ikun jista' jiġi aġġustat għall-kondizzjonijiet il-ġodda, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi jżommu waqt il-perjodu ta' transizzjoni sa 60 % tal-pagamenti ta' l-għajnuna għall-produzzjoni fis-settur tat-tabakk jew magħquda jew biex jagħtu l-parti li tibqa' bħala għajnuna mifruda.

(18) Bdiewa li jkunu ħallew is-settur tat-tabakk permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm ta' kwota għax-xiri mill-ġdid stabbilit skond l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux ipproċessat u li jkunu ingħataw l-għajnuna skond l-iskema ta' pagament wieħed, m'għandhomx barra minn dan, jingħataw il-prezz tax-xiri mill-ġdid iżda għandhom jingħataw l-opportunità li jagħżlu bejn iż-żewġ tipi ta' pagamenti. Madankollu, sabiex tkun assigurata l-għażla ġusta, parti mill-prezz tax-xiri mill-ġdid għandu jingħata lura fejn ikun meħtieġ sabiex tiġi ikkumpensata d-differenza bejn l-ammont ta' għajnuna għat-tabakk inkluża fil-kalkolu ta' l-ammont ta' referenza u l-ammont tax-xiri mill-ġdid, fejn dan l-ammont ta' l-aħħar ikun akbar.

(19) Rigward il-premium li ser jibqa' jingħata għall-produzzjoni tat-tabakk fis-snin 2006 u 2007, ammont li jkun ugwali għal 4 % għall-ewwel sena u 5 % għat-tieni sena għandu jiġi trasferit fil-Fond tat-Tabakk tal-Komunità, sabiex ikunu jistgħu jiġu iffinanzjati l-azzjonijiet ta' informazzjoni għat-titjib ta' l-għarfien pubbliku dwar l-effetti ħżiena tal-konsum tat-tabakk.

(20) L-integrazzjoni sħiħa tal-ħops fl-iskema ta' pagament wieħed tippermetti biex il-bidwi tal-ħops jirċievi dħul stabbli. Jekk il-bidwi jiddeċiedi, per eżempju minħabba l-kondizzjonijiet tas-suq jew għal raġunijiet strutturali, biex jabbanduna t-tkabbir u l-ħsad tal-ħops, hu jista' jagħmel dan b'mod liberu mingħajr ma jispiċċa mingħajr dħul.

(21) Sabiex ikun jista' jitratta s-sitwazzjonijiet speċifiċi tas-suq jew l-implikazzjonijiet reġjonali, l-Istat Membru ikkonċernat għandu jingħata l-possibiltà li jżomm ċertu persentaġġ ta' l-għajnuna mifruda. F'dan il-każ, l-Istat Membru jista' jalloka l-komponent miżmum, b'mod sħiħ jew parzjali, lill-bdiewa li jipproduċu l-ħops permezz ta' għajnuna għal xi żona u/jew għal xi gruppi ta' produtturi rikonoxxuti sabiex dawn ikunu jistgħu iwettqu ċertu xogħolijiet.

(22) Il-firda ta' l-għajnuna għall-qoton u għat-tabakk mhux ipproċessat tista' tinħtieġ azzjonijiet li jwasslu għar-ristrutturar. Għajnuna addizzjonali tal-Komunità għar-reġjuni li jipproduċu ta' l-Istati Membri li jkunu ingħataw l-għajnuna tal-Komunità għall-qoton u għat-tabakk mhux ipproċessat fl-2000, 2001 u 2002 għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni permezz ta' trasferiment ta' fondi mill-Intestatura 1(a) għall-Intestatura 1(b) tal-perspettivi finanzjarji. Din l-għajnuna addizzjonali għandha tintuża kif ipprovdut fir-Regolament tal-Kunisll(KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-għajnuna għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) [8].

(23) Sabiex tkun assigurata l-kontinwazzjoni armonizzata tal-pagament ta' l-għajnuna fuq id-dħul lill-produtturi fis-setturi tal-qoton, żejt taż-żebbuġ u tabakk, l-għażla għall-posponiment ta' l-integrazzjoni ta' dawn l-iskemi ta' għajnuna fl-iskema ta' pagament wieħed m'għandiex tapplika.

(24) Fuq bażi ta' data ġdida iż-żona nazzjonali garantita għal-lewż fil-Polonja għandha tiżdied.

(25) Sabiex ikun assigurat li l-modifiki magħmula għall-Istati Membri l-ġodda jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ sad-data ta' l-adeżjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ qabel l-1 ta' Mejju 2004,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huwa b'hekk emendat kif ġej:

1. it-tielet inċiż ta' l-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"— skemi ta' għajnuna għall-bdiewa li jipproduċu qamħ ta' l-Awstralja, prodotti tar-raba' bil-proteini, ross, lewż, prodotti li jagħtu l-enerġija, patata bil-lamtu, ħalib, żerriegħa, prodotti li jinħartu, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, legumi li jipproduċu frotta, qoton, tabakk, ħops, kif ukoll għall-bdiewa li jkabbru l-imsaġar taż-żebbuġ;".

2. L-Artikolu 11(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Waqt li jingħata bidu bil-budget ta' l-2007, bil-għan li jkun aċċertat li l-ammonti għall-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni li fil-preżent tinsab taħt is-subtitolu 1a (miżuri tas-suq u għajnuniet diretti) ikunu jirrispettaw il-limiti annwali stabbiliti fid-Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li jiltaqgħu fil-Kunsill fit-18 ta' Novembru 2002, li jikkonċerna l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew li ser jiltaqa' fi Brussel fl-24 u fil-25 ta' Ottubru 2002, aġġustament tal-pagamenti diretti għandu jiġi stabbilit meta l-previżjonijiet għall-iffinanzjar tal-miżuri taħt is-subtitolu 1a għal sena partikolari ta' budget, miżjuda bl-ammonti mogħtija fl-Artikoli 143d u 143e u qabel l-applikazzjoni tal-modulazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2), jindikaw li l-limitu annwali msemmi aktar -il fuq, hekk kif jittieħed kont ta' marġinu ta' EUR 300 miljun taħt dak il-limitu, ikun ser jinqabeż. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-perspettiva finanzjarja mill-2007 sa l-2013.".

3. It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 19(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

"Din il-bażi ta' data għandha, b'mod partikolari, tippermetti l-konsultazzjoni diretta u immedjata, permezz ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru, tad-data relatata mas-snin tal-kalendarju u/jew tal-bejgħ kummerċjali li jibdew mis-sena 2000 u, għall-għajnuna mogħtija taħt il-Kapitolu 10b tat-Titolu IV, mill-1 ta' Mejju1998.".

4. L-Artikolu 20 huwa mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 20

Sistema ta' identifikazzjoni għall-pakketti agrikoli

1. Is-sistema ta' identifikazzjoni għall-pakketti agrikoli għandha tiġi stabbilita fuq bażi tad-dokumenti tal-mapep jew tar-reġistrazzjoni ta' l-art jew fuq referenzi oħra kartografiċi. Għandhom jiġu użati metodi ta' teknika ta' sistemi kompjuterizzati ta' informazzjoni ġeografika preferibbilment li jkunu jinkludu l-orto-ritratti mill-ajru u mill-ispazju, bi standard omoġenju li jiggaratixxi preċiżjoni li tkun ta' l-anqas ekwivalenti għall-kartografija bi skala ta' 1:10000.

2. Is-sistema ta' identifikazzjoni għandha, fejn ikun xieraq, tinkludi sistema ġeografika ta' informazzjoni fuq il-kultivazzjoni taż-żebbuġ, li tkun tikkonsisti minn database kompjuterizzata alfanumerikali u database kompjuterizzata ta' referenza grafika għas-siġar taż-żebbuġ u ż-żoni ikkonċernati.".

5. L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, l-inċiż li ġej għandu jidħol wara l-ewwel inċiż:

"— in-numru ta' siġar taż-żebbuġ u l-pożizzjoni tagħhom fil-pakkett,";

(b) il-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

"2. Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-applikazzjoni għall-għajnuna tkun tinħtieġ biss l-inklużjoni ta' tibdiliet rigward l-applikazzjoni għall-għajnuna li tkun ġiet sottomessa is-sena ta' qabel. Stat Membru għandu jqassam formoli stampati minn qabel li jkunu ibbażati fuq iż-żoni stabbiliti fis-sena ta' qabel u jforni materjal grafiku li jindika l-lok ta' dawk iż-żoni u, fejn xieraq, il-pożizzjoni tas-siġar taż-żebbuġ.".

6. L-Artikolu 35 huwa mibdul bdan li ġej:

"L-Artikolu 35

Pretensjonijiet doppji

1. Iż-żona li tikkorrispondi man-numru ta' ettari eliġibbli kif imsemmija fl-Artikolu 44(2) li għaliha tiġi sottomessa applikazzjoni għall-pagament wieħed tista' tkun is-suġġett ta' applikazzjoni għal kwalunkwe pagament ieħor dirett kif ukoll għal kwalunkwe għajnuna oħra li ma tkunx koperta b'dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor.

2. Bdiewa li jkunu ipparteċipaw fl-iskema tal-kwota tat-tabakk għax-xiri mill-ġdid skond ir-Regolament (KEE) Nru 2075/92 għandhom ikunu intitolati għall-pagament wieħed jew għall-prezz tal-kwota tax-xiri mill-ġdid. Madankollu, fejn il-prezz tal-kwota tax-xiri mill-ġdid ikun akbar mill-ammont ikkalkolat tat-tabakk li jkun irid jiġi inkluż fl-ammont ta' referenza, il-bidwi għandu jkun xorta intitolat, flimkien mal-pagament wieħed, għall-parti mill-prezz tax-xiri mill-ġdid li jikkorrispondi mad-differenza bejn l-ammont tal-prezz u l-ammont ikkalkolat skond il-punt I ta' l-Anness VII għal dan ir-Regolament.".

7. fl-Artikolu 37(1) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

"Madankollu, l-ammont ta' referenza għaż-żejt taż-żebbuġ għandu jkun il-medja tat-total ta' l-ammonti ta' pagamenti ta' erba' snin li bidwi jkun ingħata taħt l-iskema ta' għajnuna għaż-żejt taż-żebbuġ imsemmija fl-Anness VI, ikkalkolata u modifikata skond l-Anness VII, waqt is-snin ta' bejgħ kummerċjali 1999/2000, 2000/01, 2001/02 u 2002/03.".

8. L-Artikolu 40(5) huwa mibdul b'dan li ġej:

"5. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jgħoddu, mutatis mutandis, għall-bdiewa li, waqt il-perjodu ta' referenza, ikunu taħt ftehim agri-ambjentali skond ir-Regolament (KEE) Nru 2078/92 [9] u (KE) Nru 1257/1000, għall-bdiewa tal-ħop li, waqt dan l-istess żmien, ikunu marbuta li jiġbru l-prodott skond ir-Regolament (KE) Nru 1098/98 [10], kif ukoll għall-bdiewa tat-tabakk li jkunu ipparteċipaw fil-programm ta' kwota għax-xiri mill-ġdid skond ir-Regolament (KEE) Nru 2075/92.

Fil-każ fejn il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu kienu jkopru kemm il-perjodu ta' referenza kif ukoll il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandom jistabbilixxu, skond il-kriterji taħt mira u b'tali mod li jiġi assigurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u biex jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni, ammont ta' referenza skond ir-regoli dettaljati li jkollhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2)."

9. fl-Artikolu 42(9) id-data tad-29 ta' Settembru 2003 hija mibdula bid-data tal-15 ta' Mejju 2004;

10. il-punt (a) ta' l-Artikolu 43(2) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(a) fil-każ ta' l-għajnuniet għall-lamtu tal-patata, għalf niexef, żerriegħa, imsaġar taż-żebbuġ u tabakk elenkati fl-Anness VII, in-numru ta' ettari li l-produzzjoni tagħhom tkun ingħatat l-għajnuna fil-perjodu ta' referenza kif ikkalkolat fil-punti B, D, F, H u I ta' l-Anness VII;".

11. is-subparagrafu li ġej huwa miżjud ma' l-Artikolu 44(2):

"Ettaru eliġibbli għandha tfisser ukoll żoni miżrugħa bil-ħops jew li jkunu taħt l-obbligu ta' mistrieħ temporanju, jew żoni ikkalkolati skond it-tieni subparagrafu tal-punt H ta' l-Anness VIII taħt is-siġar taż-żebbuġ miżrugħa qabel l-1 ta' Mejju 1998, minbarra għal ¬ipru u Malta, li għalihom id-data għandha tkun il-31 ta' Diċembru 2001, jew siġar taż-żebbuġ ġodda li jieħdu post siġar taż-żebbuġ eżistenti jew siġar taż-żebbuġ fi ħdan skemi ta' tħawwil li jkunu approvati u irreġistrati f'sistema ġeografika ta' informazzjoni.".

12. L-Artikolu 51 huwa mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 51

L-użu agrikolu ta' l-art

Il-bdiewa jistgħu jużaw il-pakketti iddikjarati skond l-Artikolu 44(3) għal kwalunkwe attività agrikola minbarra għal:

(a) prodotti permanenti tar-raba', apparti s-siġar taż-żebbuġ li jkunu nżergħu qabel l-1 ta' Mejju 1998, minbarra għal ¬ipru u Malta, fejn għal dawn id-data għandha tkun il-31 ta' Diċembru 2001, jew siġar taż-żebbuġ ġodda li jieħdu post is-siġar taż-żebbuġ eżistenti jew siġar taż-żebbuġ taħt skemi ta' tħawwil li jkunu approvati u irreġistrati f'sistema ġeografika ta' informazzjoni jew ħops;

(b) il-produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 [11] u fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 [12].

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex jippermettu l-kultivazzjoni ta' prodotti tar-raba' sekondarji fl-ettari eliġibbli waqt perjodu massimu ta' tliet xhur li jibda kull sena fil-15 ta' Awissu; madankollu, fuq talba ta' Stat Membru, din id-data għandha tiġi mibdula skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) għar-reġjuni fejn iċ-ċereali jiġu normalment maħsuda aktar kmieni minħabba t-temp;

(ċ) patata minbarra dik maħsuba għall-produzzjoni tal-lamtu tal-patata li għaliha l-għajnuna tingħata taħt l-Artikolu 93."

13. L-Artikolu 60(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla msemmija fl-Artikolu 59, il-bdiewa jistgħu, permezz ta' deroga mill-Artikolu 51 u skond dan l-Artikolu, jużaw ukoll il-pakketti iddikjarati skond l-Artikolu 44(3) għall-produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jew fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 u tal-patata minbarra dik intiża għall-produzzjoni tal-lamtu tal-patata li għaliha l-għajnuna tingħata skond l-Artikolu 93 ta' dan ir-Regolament, minbarra prodotti tar-raba' permanenti, apparti l-ħops jew is-siġar taż-żebbuġ miżrugħa qabel l-1 ta'Mejju 1998 jew siġar taż-żebbuġ li jieħdu post is-siġar taż-żebbuġ eżistenti jew is-siġar taż-żebbuġ fi ħdan skemi ta' tħawwil li jkunu approvati u irreġistrati f'sistema ġeografika ta' informazzjoni.".

14. l-Artikolu 64(2) huwa mibdul b'li ġej:

(a) fl-ewwel subparagraful-Artikoli 66, 67, 68 and 69 huma mibdula bl-L-Artikoli 66, 67, 68, 68a u 69;

(b) fit-tieni subparagrafu l-Artikoli 66, 67, 68 u 69 huma mibdula bl-L-Artikoli 66, 67, 68, 68a u 69

15. l-Artikolu 65(1) huwa mibdul b'li ġej:

l-Artikoli 66, 67, 68 u 69 huma mibdula bl-L-Artikoli 66, 67, 68, 68a u 69

16. fit-taqsima 2 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III, l-Artikolu li ġej għandu jiġi mdaħħal:

"L-Artikolu 68a

Il-pagamenti tal-ħops

Fil-każ tal-pagamenti tal-ħops, l-Istati Membri jistgħu jżommu sa 25 % tal-kompenent tal-limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 li jikkorrispondi mal-pagamenti taż-żona tal-ħops u ma' l-għajnuna għall-mistrieħ temporanju msemmija fl-Anness VI.

F'dan il-każ u fil-limitu ta' l-ammont limitattiv stabbilit skond l-Artikolu 64(2), l-Istati Membri ikkonċernati għandhom jagħtu, fuq bażi annwali, pagament addizzjonali lill-bdiewa u/jew pagament lill-gruppi ta' produtturi li jkunu rikonoxxuti skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71.

Il-pagament addizzjonali għandu jingħata lill-bdiewa li jipproduċu l-ħops fuq bażi ta' kull ettaru, fuq il-livell massimu ta' 25 % tal-pagamenti għal kull ettaru msemmija fl-Anness VI li għandhom jingħataw taħt il-kondizzjonijiet msemmija fil-Kapitolu 10d tat-Titolu IV.

Il-pagament lill-gruppi ta' produtturi rikonoxxuti għandu jingħata bl-iskop li jiġu iffinanzjati l-attivitajiet msemmija fl-Artikolu 7(1) sa (d) tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71.".

17. L-Artikolu 71 huwa emendat kif ġej:

(a) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud mal-paragrafu 1:

"Għall-ħops, il-perjodu ta' transizzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2005. Il-perjodu ta' transizzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għall-qoton, iż-żejt taż-żebbuġ u ż-żebbuġ ta' l-ikel u t-tabakk.";

(b) l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 70(2), fil-perjodu ta' transizzjoni l-Istat Membru ikkonċernat għandu japplika l-pagamenti diretti msemmija fl-Anness VI skond il-kondizzjonijiet stabbiliti, b'mod rispettiv, fil-Kapitoli 3, minn 6 sa 10 u 10d sa 13 tat-Titolu IV ta' dan ir-Regolament, fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93, fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, fl-Artikoli 13 u minn 22(2) sa (4) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001, u fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001, fil-limitu ta' l-ammonti limitattivi tal-budget li jikkorrispondu mal-komponenti ta' dawn il-pagamenti diretti fil-limitu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 41, li kien stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) ta' dan ir-Regolament, għal kull wieħed mill-pagamenti diretti.".

18. fl-Artikolu 71g, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-bdiewa jistgħu, b'deroga mill-Artikolu 51 u skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, jużaw ukoll il-pakketti iddikjarati skond l-Artikolu 44(3) għall-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 u l-patata minbarra dawk intiżi għall-produzzjoni tal-lamtu tal-patata li l-għajnuna għalihom hija garantita skond l-Artikolu 93 ta' dan ir-Regolament, minbarra l-prodotti tar-raba' permanenti, apparti l-ħops jew is-siġar taż-żebbuġ miżrugħa qabel l-1 ta' Mejju 1998 u, għal Ċipru u Malta, qabel il-31 ta' Diċembru 2001, jew siġar ġodda taż-żebbuġ li jieħdu post siġar taż-żebbuġ eżistenti jew siġar taż-żebbuġ li jkunu fi skemi approvati ta' tħawwil u irreġistrati f'sistema ġeografika ta' informazzjoni.".

19. L-Artikolu 84 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

"2. Żona massima ta' garanzija ta' 815600 ha qiegħda hawnhekk tiġi stabbilita.";

(b) fil-paragrafu 3, għall-Polonja, iż-żona massima ta' garanzija ta' 1000 ha hija mibdula b'4200 ha.;

20. il-Kapitoli li ġejjin huma imdaħħla fit-Titolu IV:

"Kapitolu 10a pagament speċifiku għall-prodott tar-raba' għall-qoton

Artikolu 110a

Prospettiva

Għandha tingħata għajnuna lill-bdiewa li jipproduċu l-qoton, li jagħmlu mal-kodiċi NM 5201 00 taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 110b

Eliġibilità

1. L-għajnuna għandha tingħata għal kull ettaru ta' żona eliġibbli għall-qoton. Sabiex tkun eliġibbli, iż-żona għandha tkun allokata fuq art agrikola awtorizzazzata mill-Istat Membru għall-produzzjoni tal-qoton, tkun tinħadem taħt varjetajiet awtorizzati u tkun miżmuma mill-inqas taħt kondizzjonijiet normali ta' tkabbir sal-ftuħ tal-ġewża tal-qoton.

Madankollu, jekk il-qoton ma jilħaqx l-istadju tal-ftuħ tal-ġewża minħabba kondizzjonijiet tat-temp eċċezzjonali li jkunu rikonoxxuti bħala tali mill-Istati Membri, iż-żoni li jingħataw għat-tkabbir tal-qoton biss għandhom jibqgħu eliġibbli għall-għajnuna sakemm iż-żoni taħt konsiderazzjoni sal-perjodu tal-ftuħ tal-ġewża ma jkunux intużaw għal xi skop ieħor ħlief għall-produzzjoni tal-qoton.

2. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-art u l-varjetajiet msemmija fil-paragrafu 1 skond ir-regoli dettaljati u l-kondizzjonaijiet li jridu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

Artikolu 110c

Żoni li jservu bħala bażi u l-ammonti

1. Żona li sservi bħala bażi qiegħda hawnhekk tiġi stabbilita għall-:

- Greċja: 370000 ha

- Spanja: 70000 ha

- Portugall: 360 ha.

2. L-ammont ta' għajnuna għal kull ettaru eliġibbli għandu jkun fil-:

- Greċja: EUR 594 għal 300000 ettaru u EUR 342.85 għas-70000 ettaru li jibqa'

- Spanja: EUR 1039

- Portugall: EUR 556.

3. Jekk fi Stat Membru partikolari u f'sena partikolari iż-żona eliġibbli għall-qoton tkun akbar miż-żona li sservi bħala bażi stabbilita fil-paragrafu 1, l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 2 għal dak l-Istat Membru għandha titnaqqas b'mod proporzjonat għall-qies taż-żona li sservi bħala bażi.

Madankollu, it-tnaqqis proporzjonat għall-Greċja għandu jiġi applikat fir-rigward ta' l-ammont ta' għajnuna stabbilit għall-parti taż-żona nazzjonali li sservi bħala bażi li hija ta' 70000 ettaru sabiex ikun rispettat l-ammont globali ta' EUR 202,2 miljun.

4. Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

Artikolu 110d

Organizzazzjonijiet approvati inter-dipartimentali

1. Għall-iskop ta' dan il-Kapitolu, organizzazzjoni approvata inter-dipartimentali għandha tfisser entità legali ifformata mill-bdiewa li jipproduċu l-qoton u mill-inqas minn wieħed li jfesdaq il-qoton, li timmira, b'mod partikolari, għall-provvista adattata u kwalitattiva ta' qoton mhux imfesdaq għal dak li jfesdaq il-qoton. L-Istat Membru li fih dawk li jfesdqu l-qoton ikunu stabbiliti għandu japprova l-organizzazzjoni li tirrispetta l-kriterji li jkunu jridu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

2. L-organizzazzjoni approvata inter-dipartimentali għandha tkun iffinanzjata mill-membri tagħha.

Artikolu 110e

Divrenzar ta' l-għajnuna minn organizzazzjonijiet approvati inter-dipartimentali

1. L-organizzazzjoni approvata inter-dipartimentali tista' tiddeċiedi li mhux aktar minn nofs ta' l-ammont totali ta' l-għajnuna li l-bdiewa membri tagħha jkunu intitolati għaliha fuq bażi taż-żoni eliġibbli skond l-Artikolu 110b(1) tkun divrenzata skond sistema ta' gradazzjoni stabbilita minnha.

2. Is-sistem ata' gradazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi approvata mill-Istat Membru u għandha tirrispetta l-kriterji li jkollhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2). Dawn il-kriterji għandhom jikkonċernaw, b'mod partikolari, il-kwalità tal-qoton mhux imfesdaq li jkun irid jiġi mqassam, u adattat għall-kondizzjonijiet ambjentali u ekonimiċi taż-żoni ikkonċernati.

Artikolu 110f

Ħlas ta' l-għajnuna

1. Il-bdiewa għandhom jingħataw l-għajnuna għal kull ettaru eliġibbli skond l-Artikolu 110c.

2. Il-bdiewa li jkunu membri ta' organizzazzjoni approvata inter-dipartimentali għandhom jingħataw għajnuna għal kull ettaru eliġibbli skond l-Artikolu 110c, miżjuda b'ammont ta' EUR 10. Madanakollu, f'każ ta' divrenzjoni, l-għajnuna għandha tingħata għal kull ettaru eliġibbli skond l-Artikolu 110c modifikat skond l-Artikolu 110e(1). L-ammont aġġustat għandu jiżdied b'ammont ta' EUR 10.

Il-Kapitolu 10b Għajnuna għall-imsaġar taż-żebbuġ

Artikolu 110g

Prospettiva

Għajnuna għandha tingħata lill-bdiewa bħala kontribuzzjoni għall-manutenzjoni ta' siġar taż-żebbuġ li jkunu ta' valur ambjentali jew soċjali skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 110h

Eliġibilità

Il-pagament ta' l-għajnuna għandu jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-masġar taż-żebbuġ għandu jiġi irreġistrat fis-sistema ġeografika ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(2);

(b) l-uċuħ biss li jikkorrispodu mas-siġar taż-żebbuġ miżrugħa qabel l-1 ta'Mejju 1998, minbarra għal ¬ipru u Malta, li għalihom id-data għandha tkun il-31 ta' Diċembru 2001, jew mas-siġar jew l-uċuħ li jieħdu post u li jkunu koperti minn programm approvat mill-Kummissjoni għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna;

(ċ) in-numru ta' siġar taż-żebbuġ fil-masġar taż-żebbuġ m'għandux ivarja b'aktar minn 10 % minn numru irreġistrat fl-1 ta' Jannar 2005 fis-sistema ġeografika ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(2);

(d) il-masġar taż-żebbuġ għandu jikkonformi mal-karatteristiċi tal-kategorija tal-masġar taż-żebbuġ li taħtha l-għajnuna tiġi mitluba;

(e) l-għajnuna li tintalab għandha tammonta għal ta' l-anqas EUR 50 għal kull applikazzjoni.

Artikolu 110i

Ammont

1. L-għajnuna għall-imsaġar taż-żebbuġ għandha tingħata għal kull żebbuġa GIS-ha. Żebbuġa GIS-ha għandha tkun l-unità li tirrappreżenta żona użata f'metodu komuni li jrid jiġi stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) fuq bażi ta' data miġjuba mis-sistema ġeografika ta' informazzjoni għall-kultivazzjoni taż-żebbuġ imsemmija fl-Artikolu 20(2).

2. Fl-ammonti massimi stabbiliti fil-paragrafu 3, u wara t-tnaqqis ta' l-ammont miżmum skond il-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu għajnuna għal kull żebbuġa GIS-ha sa mhux aktar minn ħames kategoriji ta' żoni ta' msaġar taż-żebbuġ.

Dawn il-kategoriji għandhom jiġu stabbiliti skond qafas komuni ta' kriterji ambjentali u soċjali, inklużi l-aspetti relatati mal-pajsaġġ u mat-tradizzjoni soċjali, li għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2). F'dan il-kuntest partikolari l-manutenzjoni ta' l-imsaġar taż-żebbuġ f'żoni marġinali għandha tingħata attenzjoni.

3. Fejn il-ko-effiċjent ta' 0,4, li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-ko-effiċjent ta' 0,6, stabbilit fl-Anness VII (H) jiġi applikat, l-ammont massimu ta' għajnuna msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun kif ġej:

| EUR miljun |

Franza | 2,11 |

Greċja | 208,14 |

Italja | 272,05 |

Ċipru | 2,93 |

Malta | 0,07 |

Spanja | 412,45 |

Portugall | 22,66 |

Slovenja | 0,17 |

L-Istati Membri għandhom jallokaw ammont massimu bejn il-kategoriji differenti skond il-kriterji fil-mira u b'mod li ma jkunx diskriminatorju. Għal kull kategorija, l-għajnuna għal kull żebbuġa GIS-ha tista' tammonta għal, imma ma tistax taqbeż, il-livell ta' spejjeż tal-manutenzjoni bl-esklużjoni ta' l-ispejjeż tal-ħsad.

Fil-każ li l-Istati Membri jiddeċiedu biex inaqqsu l-ko-effiċjent ta' 0,4 l-ammont massimu ta' l-għajnuna msemmi fit-tabella t'hawn fuq, kif ukoll fl-Annessi VIII u VIIIA, għandu jiġi modifikat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

L-ammonti massimi ta' għajnuna stabbiliti għal ¬ipru u Malta huma provviżorji. Huma jistgħu jiġu riveduti fl-2005 wara l-introduzzjoni tas-sistema ġeografika ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(2), skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2), biex jiġi aġġustat skond il-bżonn l-ammont massimu ta' għajnuna ¬iprijott u Malti.

4. L-Istati Membri jistgħu jżommu sa 10 % mill-ammonti msemmija fil-paragrafu 3 biex jassiguraw l-iffinanzjar mill-Komunità ta' programmi ta' ħidma stabbiliti minn organizzazzjonijiet approvati ta' operaturi skond l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ ta' l-ikel [*] Ara paġna 97 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali..

Madankollu, jekk Stat Membru jiddeċiedi biex japplika ko-effiċjent aktar għoli minn 0,6 skond kif stabbilit fl-Anness VIII (H), huwa jista' jżomm massimu ta' 10 % tal-komponent taż-żejt taż-żebbuġ fil-limitu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 41 biex jassigura l-iffinanzjar mill-Komunità tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dan l-ammont massimu għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

Il-Kapitolu 10c Għajnuna għat-tabakk

Artikolu 110j

Prospettiva ta' l-applikazzjoni

Għas-snin tal-ħsad 2006, 2007, 2008 u 2009 għajnuna tista' tingħata lill-bdiewa li jipproduċu tabakk mhux ipproċessat, li jagħmel parti mill-kodiċi NM 2401, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 110k

Eliġibilità

L-għajnuna għandha tingħata lill-bdiewa li jkunu irċevew pagament premium għat-tabakk skond ir-Regolamenti (KEE) Nru 2075/92 fis-snin tal-kalendarju 2000, 2001 u 2002, u lill-bdiewa li jkunu akkwistaw kwoti għall-produzzjoni tat-tabakk fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2002 sa l-31 ta' Diċembru 2005. Il-pagament ta' din l-għajnuna għandu jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) it-tabakk għandu jinġieb minn żona ta produzzjoni msemmija fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2848/98 [**] ĠU L 358, 31.12.98, p. 17. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1983/2002 (ĠU L 306, 08.11.02, p. 8).;

(b) il-ħtiġiet tal-kwalità msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2848/98 għandhom jintlaħqu;

(ċ) il-werqa tat-tabakk għandha titwassal mill-bidwi lejn il-bini ta' min ikun ipproċessha l-ewwel taħt kuntratt ta' kultivazzjoni;

(d) għandha titwettaq b'tali mod li jkun assigurat it-trattament ugwali bejn il-bdiewa u/jew skond il-kriterji fil-mira bħal ma huma l-lokalità tal-produtturi tat-tabakk f'reġjun ta' l-Objettiv 1 jew il-produzzjoni ta' varjetajiet ta' ċerta kwalità.

Artikolu 110l

Ammont

1. Fejn ko-effiċjent ta' 0,6, li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-ko-effiċjent 0,4 stabbilit fl-Anness VII (I) jiġi applikat, l-ammont massimu tat-total ta' l-għajnuna, inklużi l-ammonti li jkollhom jiġu trasferiti fil-Fond tat-Tabakk tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 110m, għandu jkun kif ġej:

| 2006 - 2009 EUR miljun |

Belġju | 2,374 |

Ġermanja | 21,287 |

Greċja | 227,331 |

Spanja | 70,599 |

Franza | 48,217 |

Italja | 200,821 |

l-Awstrija | 0,606 |

Portugall | 10,161 |

F'każ li l-Istati Membri jiddeċiedu biex inaqqsu l-ko-effiċjent 0,6, l-ammont massimu ta' l-għajnuna msemmija fit-tabella t'hawn fuq, kif ukoll fl-Anness VIII, għandu jiġi aġġustat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).

Artikolu 110m

Trasferiment għall-Fond tat-Tabakk tal-Komunità

Ammont ugwali għal 4 % tas-sena tal-kalendarju 2006 u ta' 5 % tas-sena tal-kalendarju 2007 ta' l-għajnuna mogħtija skond dan il-Kapitolu għandu jiffinanzja l-azzjonijiet ta' informazzjoni taħt il-Fond tat-Tabakk tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2075/92.

Il-Kapitolu 10d ta' l-għajnuna għaż-żona tal-Ħops

Artikolu 110n

Prospettiva ta' l-applikazzjoni

Għajnuna għandha tingħata lill-bdiewa li jipproduċu l-ħops li jagħmlu mal-kodiċi NK 1210, skond il-kondizzjonijiet imsemmija f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 110o

Eliġibilità

Żoni eliġibbli għandhom ikunu żoni li jkunu:

- allokati fiż-żoni tal-produzzjoni tal-ħops kif ippubblikat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1784/77 [***] ĠU L 200, tat-8.8.1977, p. 1. Regolament kif l-aħħar emenadat bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.,

- miżrugħa bil-ħops, u

- fil-fatt maħsuda."

.

21. fit-Titolu IVa, l-Artikolu 143c(2) is-sentenza li jmiss hija miżjuda wara l-ewwel sentenza tal-punt (a):

"Madankollu, għall-pagamenti diretti msemmija fil-Kapitolu 7 tat-Titolu IV, ta' dan ir-Regolament ir-rati massimi li ġejjin għandhom japplikaw: 85 % fl-2004, 90 % fl-2005, 95 % fl-2006 u 100 % mill-2007.".

22. it-Titolu li ġej IVb huwa miżjud:

"TITOLU IVB Trasferimenti finanzjarji

Artikolu 143d

Trasferiment finanzjarju għar-ristrutturar fir-reġjuni tal-qoton

Mis-sena tal-budget 2007, ammont ta' EUR (22 miljun), li jkun oriġina mill-medja ta' l-infieq għall-qoton fis-snin 2000, 2001 u 2002, għandu jkun disponibbli f'kull sena tal-kalendarju bħala għajnuna addizzjonali mill-Komunità għall-miżuri fir-reġjuni li jipproduċu l-qoton taħt il-programm ta' żvilupp rurali iffinanzjat permezz tat-Taqsima Garantita FAEGG skond ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

Artikolu 143e

Trasferiment finanzjarju għar-ristrutturar tar-reġjuni tat-tabakk

Mis-sena tal-budget 2011, ammont ta' EUR 484 miljun li jkun jirrapreżenta 50 fil-mija tal-medja ta' l-għajnuna totali tat-tliet snin 2000, 2001 u 2002 għat-tabakk issussidjat għandu jkun disponibbli bħala għajnuna addizzjonali tal-Komunità għall-miżuri fir-reġjuni li jipproduċu t-tabakk taħt il-programm ta' żvilupp rurali iffinanzjat taħt it-Taqsima Garantita FAEGG skond ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999, għal dawk l-Istati Membri fejn il-produtturi tat-tabakk ikunu irċevew għajnuna skond ir-Regolament (KE) Nru 2075/92 waqt is-snin 2000, 2001 u 2002."

.

23. il-punti li ġejjin huma miżjuda ma' l-Artikolu 145:

"(r) rigward il-qoton, regoli iddettaljati b'rispett lejn:

- il-kalkolazzjoni tat-tnaqqis ta' l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 110c(3),

- l-organizzazzjonijiet approvati inter-dipartimentali, b'mod partikolari l-iffinanzjar tagħhom u s-sistema ta' kontroll u sanzjoni;

(s) rigward l-iskema ta' pagament wieħed, regoli dettaljati għal kalkolazzjoni u/jew għall-modifika tad-drittijiet tal-pagamenti, bil-għan li l-għajnuna għall-qoton, żejt taż-żebbuġ, tabakk u ħops tiġi integrata fl-iskema.".

24. l-Artikoli li ġejjin huma mdaħħla wara l-Artikolu 151:

"L-Artikolu 151a

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 546/2002

Ir-Regolament (KE) Nru 546/2002 huwa emendat kif ġej:

1. fl-Artikoli 1 u 2 u fl-Anness I, ħsad 2002, 2003 u 2004 għandha tinbidel bi ħsad 2002, 2003, 2004 u 2005;

2. it-titolu tat-tieni tabella li tinsab fl-Anness II huwa mibdul b'li ġej:

"Il-limiti garantiti għall-ħsad 2003, 2004 u 2005;"

Artikolu 151b

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2075/92

Fl-Artikolu 13(1) l-inċiż li jmiss għandu jiġi miżjud:

"— 3 % tal-premium għall-ħsad 2005;"

."

25. il-punti li ġejjin huma miżjuda ma' l-Artikolu 152:

"(d) it-Titoli I u II tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92. Madankollu, huma għandhom jibqgħu jgħoddu għall-applikazzjonijiet ta' pagamenti diretti relatati mal-ħsad ta' l-2005;

(e) l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 [*] ĠU L 175, 04.08.71, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2320/2003 (ĠU L 345, 31.12.03, p. 18).. Madankollu, huma għandhom jibqgħu jgħoddu għall-applikazzjonijiet ta' pagamenti diretti relatati mal-ħsad ta' l-2004 u mal-ħsad ta' l-2005 jekk Stat Membru jiddeċiedi biex japplika l-iskema ta' pagament wieħed wara l-perjodu ta' transizzjoni għall-ħops kif imsemmi fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 71(1) ta' dan ir-Regolament."

26. il-paragrafi li ġejjin huma mdaħħla fl-Artikolu 153:

"4a. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1051/2001 [*] ĠU L 148, 01.06.01, p. 3. hawnhekk huwa mħassar. Madankollu, hu għandu jibqa' jgħodd għas-sena ta' bejgħ kummerċjali 2005/06.

4b. Ir-Regolament (KEE) Nru 1098/98 hu hawnhekk imħassar. Madankollu hu għandu jibqa' jgħodd sal-31 ta' Diċembru 2005 jekk Stat Membru jiddeċiedi biex japplika l-iskema ta' pagament wieħed wara l-perjodu ta' transizzjoni għall-ħops kif imsemmi fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 71(1) ta' dan ir-Regolament."

27. L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"L-Artikolu 155a

Sal-31 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill dwar l-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament rigward il-qoton, iż-żejt taż-żebbuġ, iż-żebbuġ ta' l-ikel u l-imsaġar taż-żebbuġ, it-tabakk u l-ħops, akkumpanjat, f'każ li jkun meħtieġ, minn proposti xierqa.".

28. il-punti li ġejjin huma miżjuda ma' l-Artikolu 156(2):

"(g) Titolu IV, Kapitolu 10a, għandhom jibdew jgħoddu mill-1 ta' Jannar 2006 għall-qoton miżrugħ minn dik id-data;

(h) Titolu IV, Kapitolu 10b, għandhom jibdew jgħoddu mis-sena ta' bejgħ kummerċjali 2005/06.".

29. l-Annessi huma emendati skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004.

2. Hu għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006 minbarra għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) (a)l-Artikolu 1(9), (18), (19), (21) u (24) kif ukoll (29) rigward l-Annessi VIII u VIIIa li għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament;

(b) l-Artikolu 1(1) rigward l-inserzjoni tal-ħops, (8), (11) rigward il-ħops, (12), (13), (14), (15), (16), (17) rigward il-ħops, (20) rigward il-Kapitolu 10d, (25) rigward (e), (26) rigward 4b, (29) rigward l-Annessi I, VI u VII għall-partijiet li jikkonċernaw il-ħops li għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Mc Dowell

[1] ĠU L 291, 19.11.79, p. 174. Il-Protokoll kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1050/2001 (ĠU L 148, ta' l-1.6.2001, p. 1).

[2] ĠU L 236, 23.09.03, p. 17.

[3] ĠU L 236, 23.09.03, p. 33.

[4] Opinjoni mibgħuta fl-10 ta' Marzu 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[5] Opinjoni mibgħuta fis-26 ta' Frar 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[6] ĠU L 270, 21.10.03, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 583/2004 (ĠU L 91, 30.03.04, p. 1).

[7] ĠU L 210, tat-28.7.1998, p. 32. Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

[8] ĠU L 160, 26.06.99, p. 80. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1783/2003 (ĠU L 270, 21.10.03, p. 70).

[9] ĠU L 215, 30.07.92, p. 85.

[10] ĠU L 157, 30.05.98, p. 7.

[11] ĠU L 297, 21.11.96, p. 1.

[12] ĠU L 297, 21.11.96, p. 29.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Annessi huma hawnhekk emendati kif ġej:

1. L-Anness I huwa mibdul b'dan li ġej:

"

L-ANNESS I

Lista ta' l-iskemi ta' għajnuna li jikkonformu mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1

Settur | Bażi legali | Noti |

Pagament wieħed | It-Titolu III ta' dan ir-Regolament | Pagament mifrud (ara l-Anness VI) |

Pagament ta' żona waħda | It-Titolu IVa, l-Artikolu 143b ta' dan ir-Regolament | Pagament mifrud li jieħu post il-pagamenti kollha diretti msemmija f'dan l-Anness |

Qamħ ta' l-Awstralja | It-Titolu IV, Kapitolu 1 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għall-art (premium ta' kwalità) |

Prodott tar-raba' bil-proteina | It-Titolu IV, Kapitolu 2 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għall-art |

Ross | It-Titolu IV, Kapitolu 3 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għall-art |

Lewż | It-Titolu IV, Kapitolu 4 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għall-art |

Prodotti tar-raba' enerġetiċi | It-Titolu IV, Kapitolu 5 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għall-art |

Patata bil-lamtu | It-Titolu IV, Kapitolu 6 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għall-produzzjoni |

Ħalib u prodotti magħmulin mill-ħalib | It-Titolu IV, Kapitolu 7 ta' dan ir-Regolament | Premium tal-prodotti magħmula mill-ħalib u pagament addizzjonali |

Prodott tar-raba' li jinħarat fil-Finlandja u f'ċertu reġjuni ta' l-Isvezja | It-Titolu IV, Kapitolu 8 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna reġjonali speċifika għall-prodotti tar-raba' li jinħartu |

Żerriegħa | It-Titolu IV, Kapitolu 9 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għall-produzzjoni |

Prodotti tar-raba' maħruta | It-Titolu IV, Kapitolu 10 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għall-art, inklużi l-pagamenti mqiegħda f'ġenb, il-pagamenti għall-ħażna tal-ħaxix ta' l-għalf f'sajlos tal-ħġieġ, l-ammonti supplimentari, is-suppliment għall-qamħ ta' l-Awstralja u l-għajnuna speċjali |

Nagħaġ u mogħoż | It-Titolu IV, Kapitolu 11 ta' dan ir-Regolament | Premium tan-nagħġa u tal-mogħża, premium supplimentari u ċerti pagamenti addizzjonali |

¬anga u vitella | It-Titolu IV, Kapitolu 12 ta' dan ir-Regolament | Premium speċjali, premium li ma jkunx jikkonformi ma' l-istaġun, premium tal-baqar li jrawmu (inkluż meta jkunu mħallsa għall-baqar żgħażagħ li ma jkunux għadhom wellduu jinkludi l-baqra nazzjonali li trawwempremium meta jkun iffinanzjat b'mod konġunt), qatlapremium, pagament ta' estensifikazzjoni, pagamenti addizzjonali |

Legumi li jipproduċu frotta | It-Titolu IV, Kapitolu 13 ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għall-art |

Tipi speċifiċi ta' biedja u produzzjoni ta' kwalità | L-Artikolu 69 ta' dan ir-Regolament | |

Għalf niexef | L-Artikolu 71(2) it-tieni subparagrafu ta' dan ir-Regolament | |

Skemi għall-bdiewa ta' daqs żgħir | L-Artikolu 2a Regolament (KE) Nru 1259/1999 | Għajnuna transitorja ta' l-art għall-bdiewa li jirċievu inqas minn EUR 1 250 |

Żejt taż-żebbuġ | It-Titolu IV, Kapitolu 10b ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għall-art |

Dud tal-ħarir | L-Artikolu 1 Regolament (KEE) Nru 845/72 | Għajnuna biex tingħata spinta t-trobbija |

Banana | L-Artikolu 12 Regolament (KEE) Nru 404/93 | Għajnuna għall-produzzjoni |

Għeneb imqadded | L-Artikolu 7(1) Regolament (KE) Nru 2201/96 | Għajnuna għall-art |

Tabakk | It-Titolu IV, Kapitolu 10c ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għall-produzzjoni |

Ħops | It-Titolu IV, Kapitolu 10d ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għall-art |

Poseidom | L-Artikolu 9, 12(2) u 16 Regolament (KE) Nru 1452/2001 | Setturi: ċanga u vitella; zokkor; vanilja ħadra |

Poseima | L-Artikolu 13, 16, 17 u 28(1), 21, 22(2) sa(4) u (7), 27, 29 u 30(1), (2) u (4) Regolament (KE) Nru 1453/2001 | Setturi: ċanga u vitella; ħalib; patata; zokkor; qasba;ananas, tabakk, żerriegħa tal-patata, ċikwejra u te |

Poseican | L-Artikolu 5, 9 u 14 Regolament (KE) Nru 1454/2001 | Setturi: ċanga u vitella, nagħġa u mogħża; patata |

Gżejjer ta' l-Eġew | L-Artikolu 6, 8, 11 u 12 Regolament (KEE) Nru 2019/93 | Setturi: ċanga u vitella; patata; żebbuġ; għasel |

Qoton | It-Titolu IV, Kapitolu 10a ta' dan ir-Regolament | Għajnuna għall-art |

""

Stat Membru | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 |

Belġju | 4,7 | 6,2 | 7,7 | 7,7 | 7,7 | 7,7 | 7,7 | 7,7 |

Danimarka | 7,7 | 10,3 | 12,9 | 12,9 | 12,9 | 12,9 | 12,9 | 12,9 |

Ġermanja | 40,4 | 54,6 | 68,3 | 68,3 | 68,3 | 68,3 | 68,3 | 68,3 |

Greċja | 45,4 | 60,6 | 75,7 | 75,7 | 75,7 | 75,7 | 75,7 | 75,7 |

Spanja | 56,9 | 76,5 | 95,5 | 95,5 | 95,5 | 95,5 | 95,5 | 95,5 |

Franza | 51,4 | 68,7 | 85,9 | 85,9 | 85,9 | 85,9 | 85,9 | 85,9 |

Irlanda | 15,3 | 20,4 | 25,5 | 25,5 | 25,5 | 25,5 | 25,5 | 25,5 |

Italja | 62,3 | 83,7 | 104,6 | 104,6 | 104,6 | 104,6 | 104,6 | 104,6 |

Lussemburgu | 0,2 | 0,3 | 0,4 | 0,4 | 0,4 | 0,4 | 0,4 | 0,4 |

Olanda | 6,8 | 9,2 | 11,5 | 11,5 | 11,5 | 11,5 | 11,5 | 11,5 |

Awstrija | 12,4 | 17,1 | 21,3 | 21,3 | 21,3 | 21,3 | 21,3 | 21,3 |

Portugall | 10,8 | 14,6 | 18,2 | 18,2 | 18,2 | 18,2 | 18,2 | 18,2 |

Finlandja | 8,0 | 10,8 | 13,6 | 13,6 | 13,6 | 13,6 | 13,6 | 13,6 |

Svezja | 6,6 | 8,8 | 11,0 | 11,0 | 11,0 | 11,0 | 11,0 | 11,0 |

Renju Unit | 17,7 | 23,6 | 29,5 | 29,5 | 29,5 | 29,5 | 29,5 | 29,5 |

"

;

2.a. L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

l-aħħar żewġ inċiżi tat-tieni kolonna għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"— 'Iż-żamma tal-fattizzi tal-pajsaġġ, inkluż, fejn ikun xieraq, il-projbizzjoni tal-qlugħ tas-siġar taż-żebbuġ

— Il-prevenzjoni milli jsir tkabbir ta' veġetazzjoni mhux mixtieqa fuq l-art agrikola

— Il-manutenzjoni ta' l-imsaġar taż-żebbuġ f'kondizzjoni tajba ta' veġetazzjoni.";

3. L-Anness V huwa mibdul b'dan li ġej:

"

L-ANNESS V

Skemi ta' għajnuna kompatibbli msemmija fl-Artikolu 26

Settur | Bażi legali | Noti |

Għeneb imqadded | L-Artikolu 7(1) Regolament (KE) Nru 2201/96 | Għajnuna relatata ma' l-art |

Ambjent agrikolu | It-Titolu II, Kapitolu VI (mill-Artikolu 22 sa24) u l-Artikolu 55(3) Regolament (KE) Nru 1257/1999 | Għajnuna relatata ma' l-art |

Art imsaġġra | L-Artikolu 31 u l-Artikolu 55(3) Regolament (KE) Nru 1257/1999 | Għajnuna relatata ma' l-art |

Żoni żvantaġġati u żonib'restrizzjonijiet | It-Titolu II, kapitolu V (minn l-Artikolu 13sa 21) u l-Artikolu 55(3) Regolament (KE) Nru 1257/1999 | Għajnuna relatata ma' l-art |

Għalf niexef | L-Artikolu 10 u 11 Regolament (KE) Nru 603/95 | Għajnuna għall-produzzjoni |

Ċitru għall-ipproċessar | L-Artikolu 1 Regolament (KE) Nru 2202/96 | Għajnuna għall-produzzjoni |

Tadam għall-ipproċessar | L-Artikolu 2 Regolament (KE) Nru 2201/96 | Għajnuna għall-produzzjoni |

Inbid | L-Artikoli 11 sa 15 Regolament (KE) Nru 1493/1999 | Għajnuna għar-ristrutturar |

"

;

4. ir-ringieli li ġejjin għandhom jiżdiedu ma' l-Anness VI:

"Qoton | Il-paragrafu 3 tal-Protokoll 4 fuq il-qoton anness ma' l-Att ta' Adeżjoni tal-Greċja | Għajnuna permezz tal-pagament għall-qoton mhux imfesdaq |

Zejt taz-zebbug | L-Artikolu 5 Regolament 136/66/KEE: | Għajnuna għall-produzzjoni |

Tabakk | Artikolu3 Regolament (KEE) Nru 2075/92 | Għajnuna għall-produzzjoni |

Ħops | L-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 | Għajnuna għall-art |

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1098/98 | Għajnuna għall-mistrieħ temporanju"; |

5. dan li ġej huwa miżjud ma' l-Anness VII:

"G. G. Qoton

Meta bidwi jkun iddikjara ż-żoni miżrugħa bil-qoton, l-Istati Membri għandhom jikkalkolaw l-ammont li għandu jiġi miżjud ma' l-ammont ta' referenza billi jimmultiplikaw in-numru ta' ettari, sa żewġ numri deċimali, li jkunu ipproduċew il-qoton li jkun ingħata l-għajnuna skond il-paragrafu 3 tal-Protokoll 4 dwar il-qoton [1] f'kull sena tal-perjodu ta' referenza, b'dawn l-ammoni għal kull ettaru:

- EUR 966 għall-Greċja,

- EUR 1509 għall-Spanja,

- EUR 1202 għall-Portugall.

H. Żejt taż-żebbuġ

Fejn bidwi jkun irċieva għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġ, l-ammont għandu jkun ikkalkolat billi jiġi immultiplikat in-numru tat-tunnellati li jkun ingħata għalih dan il-pagament fil-perjodu ta' referenza (i.e. b'mod rispettiv, f'kull sena ta' bejgħ kummerċjail 1999/2000, 2000/01, 2001/02 u 2002/03) ma' l-ammont korrispondenti ta' għajnuna għal kull unità, indikat f'EUR/tunnellata, kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1415/2001 [2], (KE) Nru 1271/2002 [3], (KE) Nru 1221/2003 [4] u (KE) Nru 1794/2003 [5], u multiplikat b'ko-effiċjent ta' 0,6. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu sa l-1 ta' Awissu 2005 biex iżidu dan il-ko-effiċjent. Dan il-ko-effiċjent m'għandux japplika għall-bdiewa li l-medja tagħhom ta' żebbuġ GIS-ha fil-perjodu ta' referenza, minbarra n-numru ta' żebbuġ GIS ha li jikkorrispodi mas-siġar addizzjonali miżrugħa barra kull skema approvata ta' tħawwil wara l-1 ta' Mejju 1998, tkun anqas minn 0,3. In-numru ta' żebbuġ GIS-ha għandu jiġi ikkalkolat b'metodu komuni li għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) fuq il-bażi tad-data mis-sistema ġeografika ta' informazzjoni għall-kultivazzjoni taż-żebbuġ.

Fejn il-pagamenti għall-għajnuna waqt il-perjodu ta' referenza jkunu ntlaqtu mill-applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1638/98 [6], il-kalkolazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu għandha tiġi aġġustata kif ġej:

- fejn il-miżuri jkunu ġew applikati għal sena waħda biss ta' bejgħ kummerċjali, in-numru ta' tunnellati li għandhom jiġu ikkonsidrati għas-sena ikkonċernata għandu jkun ugwali għan-numru ta' tunnellati li kienu jingħataw l-għajnuna li kieku l-miżuri ma jiġux applikati,

- fejn il-miżuri jkunu ġew applikati għal sentejn konsekuttivi ta' bejgħ kummerċjali, in-numru ta' tunnellati li għandhom jiġu ikkonsidrati għall-ewwel sena ikkonċernata għandu jiġi stabbilit skond l-ewwel inċiż, u n-numru ta' tunnellati li għandhom jiġu ikkonsidrati għas-sena ta' wara għandu jkun ugwali għan-numru ta' tunnellati li għalihom tkun ingħatat l-għajnuna fuq l-aħħar sena ta' bejgħ kummerċjali qabel il-perjodu ta' referenza li ma jkunx intlaqat mill-applikazzjoni tal-miżuri msemmija.

L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw in-numru ta' ettari li għandhom jiġu inklużi fil-kalkolazzjoni tal-pagament wieħed bħala n-numru ta' żebbuġ GIS-ha li jkun inkiseb b'metodu komuni li jrid jiġi stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) u fuq il-bażi tad-data mis-sistema ġeografika ta' informazzjoni għall-kultivazzjoni taż-żebbuġ, minbarra n-numru ta' żebbuġ GIS-ha ta' siġar addizzjonali miżruġħa barra l-iskema approvata ta' tħawwil wara l-1 ta' Mejju 1998, minbarra għal ¬ipru u Malta, li għalihom id-data għandha tkun il-31 ta' Diċembru 2001.

I. Tabakk mhux ipproċessat

Fejn bidwi jkun irċieva pagament premium tat-tabakk, l-ammont għall-inklużjoni fl-ammont ta' referenza għandu jiġi ikkalkolat billi jiġi immultiplikat in-numru tal-kilogrammi maħdum fuq medja ta' tliet snin li għalihom dan il-pagament ikun ingħata, bl-ammont ta' għajnuna mkejla fuq medja ta' tliet snin għal kull kilogramm, b'konsiderazzjoni lejn il-kwantità totali ta' tabakk mhux ipproċessat tal-gruppi kollha varjati u immultiplikat bil-ko-effiċjent ta' 0,4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex iżidu dan il-ko-effiċjent.

Mill-2010 il-ko-effiċjent għandu jkun 0,5.

In-numru ta' ettari li għandhom jiġu inklużi fil-kalkolazzjoni ta' pagament wieħed għandu jikkorrispondi maż-żona indikata fil-kuntratti reġistrati tal-kultivazzjoni li għaliha jkun ingħata l-pagament premium, b'mod rispettiv, f'kull sena tal-perjodu ta' referenza, u fil-limiti taż-żona li sservi bħala bażi li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni fuq il-bażi taż-żona totali kif ikkomunikat lill-Kummissjoni skond l-Anness I (1.3) għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2636/1999 [7].

Fejn il-pagamenti ta' għajnuna waqt il-perjodu ta' referenza ikunu ntlaqtu mill-applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 50 tar-Regolament (KEE) Nru 2848/98, il-kalkolazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu għandha tiġi modifikata kif ġej:

- fejn il-premium ikun tnaqqas b'mod parzjali jew totali, l-ammonti ta' pagamenti li għandhom jiġu ikkonsidrati għas-sena ikkonċernata għandhom ikunu ugwali għall-ammonti li jingħataw li kieku ma jkunx seħħ dan it-tnaqqis,

- fejn il-kwota tal-produzzjoni tkun tnaqqset b'mod parzjali jew totali, l-ammonti ta' pagamenti li jkollhom jiġu ikkonsidrati għas-sena ikkonċernata għandhom ikunu ugwali għall-ammonti tal-premium li kieku kienu jingħataw fis-sena ta' qabel, mingħajr it-tnaqqis tal-premium, dejjem jekk iż-żona tal-produzzjoni indikata fl-aħħar kuntratt ta' kultivazzjoni ma tkunx intużat għall-kultivazzjoni ta' prodott tar-raba' eliġibbli taħt kwalunkwe skema ta' għajnuna diretta fis-sena ikkonċernata.

J. Ħops

Fejn bidwi jkun irċieva għajnuna għaż-żona tal-ħops jew għajnuna għall-mistrieħ temporanju, l-Istati Membri għandhom jikkalkolaw l-ammonti li jkollhom jiġu inklużi fl-ammont ta' referenza billi jimmultiplikaw in-numru ta' l-ettari, għal żewġ numri deċimali, li għalihom ikun ingħata pagament, b'mod rispettiv, f'kull sena tal-perjodu ta' referenza, bl-ammont ta' EUR 480 għal kull ettaru.";

6. L-Anness VIII huwa midbul b'dan li ġej:

"

L-ANNESS VIII

Limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41

Stat Membru | 2005 | 2006 | 2007, 2008 u 2009 | 2010 u s-snin ta' wara |

Belġju | 411 | 413 | 530 | 530 |

Danimarka | 838 | 838 | 996 | 996 |

Ġermanja | 4489 | 4503 | 5492 | 5496 |

Greċja | 837 | 1700 | 1722 | 1760 |

Spanja | 3244 | 4043 | 4241 | 4253 |

Franza | 7199 | 7231 | 8091 | 8099 |

Irlanda | 1136 | 1136 | 1322 | 1322 |

Italja | 2539 | 3112 | 3464 | 3497 |

Lussemburgu | 27 | 27 | 37 | 37 |

Olanda | 386 | 386 | 779 | 779 |

Awstrija | 613 | 614 | 712 | 712 |

Portugall | 452 | 493 | 559 | 561 |

Finlandja | 467 | 467 | 552 | 552 |

Svezja | 612 | 612 | 729 | 729 |

Renju Unit | 3351 | 3351 | 3869 | 3869 |

"

;

7. L-Anness VIIIA huwa mibdul b'dan li ġej:

"

L-ANNESS VIIIA

Limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 71c

Il-limiti gew ikkalkolati b'kosiderazzjoni lejn l-iskeda ta' zidiet imsemmija fl-Artikolu 143a, u ghalhekk ma jinhtigux tnaqqis.

(f'miljuni ta' EUR) |

Sena tal-Kalendarju | Repubblika Ċeka | Estonja | Ċipru | Latvja | Litwanja | Ungerija | Malta | Polonja | Slovenja | Slovakkja |

2005 | 228,8 | 23,4 | 8,9 | 33,9 | 92,0 | 350,8 | 0,67 | 724,6 | 35,8 | 97,7 |

2006 | 266,7 | 27,3 | 12,5 | 39,6 | 107,3 | 420,2 | 0,83 | 881,7 | 41,9 | 115,4 |

2007 | 343,6 | 40,4 | 16,3 | 55,6 | 146,9 | 508,3 | 1,64 | 1140,8 1 | 56,1 | 146,6 |

2008 | 429,2 | 50,5 | 20,4 | 69,5 | 183,6 | 634,9 | 2,05 | 425,9 | 70,1 | 183,2 |

2009 | 514,9 | 60,5 | 24,5 | 83,4 | 220,3 | 761,6 | 2,46 | 1 711,0 | 84,1 | 219,7 |

2010 | 600,5 | 70,6 | 28,6 | 97,3 | 257,0 | 888,2 | 2,87 | 1 996,1 2 | 98,1 | 256,2 |

2011 | 686,2 | 80,7 | 32,7 | 111,2 | 293,7 | 1014,9 1 | 3,28 | 281,1 | 112,1 | 292,8 |

2012 | 771,8 | 90,8 | 36,8 | 125,1 | 330,4 | 141,5 | 3,69 | 2 566,2 | 126,1 | 329,3 |

Snin ta' wara | 857,5 | 100,9 | 40,9 | 139,0 | 367,1 | 1 268,2 | 4,10 | 2 851,3 | 140,2 | 365,9 |

"

;

[1] ĠU L 291, 19.11.79, p. 174.

[2] ĠU L, 191, tat- 13.7.2001, p. 10.

[3] ĠU L 184, 13.07.02, p. 5.

[4] ĠU L 170, 09.07.03, p. 8.

[5] ĠU L 262, 14.10.03, p. 11.

[6] ĠU L 210, 28.07.98, p. 32.

[7] ĠU L 323, tal-15.12.1999, p. 4.

--------------------------------------------------

Top