EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0861

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2004 tad-29 ta' April 2004 li jaddatta r-Regolament (KE) Nru 685/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fil-kamp tat-trasport, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

ĠU L 161, 30.4.2004, p. 29–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/11/2017; Impliċitament imħassar minn 32017R1952

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/861/oj

32004R0861



Official Journal L 161 , 30/04/2004 P. 0029 - 0034


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2004

tad-29 ta' April 2004

li jaddatta r-Regolament (KE) Nru 685/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fil-kamp tat-trasport, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat l-jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jirrigwarda l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvija, ir-Repubblika tal-Lituwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea (minn issa' l quddiem imsejja it-"Trattat ta' l-Adeżjoni" [1], u b'mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvija, ir-Repubblika tal-Lituwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija. ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubbika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea (minn issa' l quddiem imsejjaħ l-"Att ta' l-Adeżjoni" [2], u b'mod partikulari l-Artikolu 57(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummisssjoni,

Billi:

(1) Rigward ċerti atti li jibqgħu validi lil hemm mill-1 ta' Mejju 2004 u jeħtieġu l-addattament minħabba l-Adeżjoni, l-adattamenti meħtieġa ma kenux ipprovvduti fl-Att ta' l-Adeżjoni, jew kienu pprovvduti, imma jeħtieġu aktar addattamenti Dawn l-addattamenti kollha jeħtieġu li jiġu addottati qabel l-adeżjoni għalbiex jidħlu fis-seħħ mill-adeżjoni.

(2) Skond l-Artikolu 57(2) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, dawn l-addattamenti jridu jiġu addottati mill-Kunsill fil-każjiet kollha meta l-Kunsill ikun addotta l-att oriġinali biss jew b'mod konġunt mal-Parlament Ewropew.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 685/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' April 2001 li jirrigiwarda t-tqassim ta' l-awtorizazzjonjiet fost l-Istati Membri rċevuti permezz tal-Ftehimijiet li jistabbilixxu ċerti kondizzjonijiet rigward it-trasport tal-merkanzija bit-triq u l-promozzjoni tat-trasport magħqud bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta' l-Ungerija [3] għandu għalhekk jiġi emendat,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 685/2001 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1) it-titlu għandu jiġi mibdul bi:

"Ir-Regolament (KE) Nru 685/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' April 2001 li jirrigwarda t-tqassim ta' l-awtorizzazzjonijiet fost l-Istati Membri rċevuti permezz tal-Ftehimijiet li jistabbilixxu ċerti kondizzjonijiet għat-trasport tal-merkanzija bit-triq u l-promozzjoni tat-trasport magħqud bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija u bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija"

;

2) l-Artikolu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għat-tqassim fost l-Istati Membri ta' l-awtorizzazzjonijiet disponibbli fil-Komunità skond l-Artikolu 6 tal-Ftehimijiet bejn il-Komnità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija u bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tar-Rumanija li jistabbilixxu ċerti kondizzjonijiet għat-trasport tal-merkanzija bit-triq u l-promozzjoni tat-trasport magħqud (minn issa' l quddiem imsejħa "il-Ftehimijiet";).";

3) l-Anness għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"

L-ANNESS

L-Istat Membru | L-Awtorizzazzjonijiet għalbiex jintużaw fi: |

Il-Bulgarija | Ir-Rumanija |

Il-Belġju | 53 | 54 |

Ir-Repubblika Ċeka | 50 | 50 |

Id-Danimarka | 60 | 61 |

Il-Ġermanja | 84 | 87 |

L-Estonja | 63 | 66 |

Il-Greċja | 10 468 | 11 457 |

Spanja | 50 | 50 |

Franza | 52 | 52 |

L-Irlanda | 50 | 50 |

L-Italja | 52 | 52 |

Ċipru | 63 | 64 |

Il-Latvija | 53 | 54 |

Il-Lituwanja | 211 | 227 |

Il-Lussemburgu | 50 | 50 |

L-Ungerija | 324 | 359 |

Malta | 57 | 55 |

L-Olanda | 100 | 104 |

L-Awstrija | 69 | 70 |

Il-Polonja | 386 | 296 |

Il-Portugall | 50 | 50 |

Is-Slovenja | 64 | 87 |

Ir-Repubblika Slovakka | 429 | 442 |

Il-Finlandja | 52 | 52 |

L-Isvezja | 57 | 57 |

Ir-Renju Unit | 53 | 54 |

It-Total | 13 000 | 14 000 |

"

L-ANNESS"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni u fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 17.

[2] ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 33.

[3] ĠU L 108, tat-18.4.2001, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 893/2002 (ĠU L 142, tal-31.5.2002, p. 1).

--------------------------------------------------

Top