Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0855

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 855/2004 tad-29 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3069/95 li jistabbilixxi skema ta' osservaturi tal-Komunità Ewropea applikabbli għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji li joperaw fiż-żona regolatorja ta' l-Organizzazzjoni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO)

    ĠU L 161, 30.4.2004, p. 1–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/12/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1386

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/855/oj

    32004R0855



    Official Journal L 161 , 30/04/2004 P. 0001 - 0005


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 855/2004

    tad-29 ta' April 2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3069/95 li jistabbilixxi skema ta' osservaturi tal-Komunità Ewropea applikabbli għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji li joperaw fiż-żona regolatorja ta' l-Organizzazzjoni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi:

    (1) Ir-Regolament (KE) Nru 3069/95 [2] jipprovdi għal regoli speċifiċi biex tkun implimentata, f'livell Komunitarju, l-iskema għal osservaturi li kien hemm qbil fuqha fil-qafas ta' l-Organizzazzjoni tas-Sajd ta' l-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO) fl-1995 u li mmirat għal titjib tal-kontroll u infurzar fiż-Żona Regolatorja ta' l-NAFO.

    (2) Minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali li taħthom l-iskema kienet implimentata f'livell Komunitarju fl-1995, il-Kunsill fada (ħalla f'idejn) lill-Kummissjoni biex tpoġġi osservaturi abbord il-bastimenti tas-sajd Komunitarji u hija l-Komunità li tidħol għall-ispejjeż ikkawżati bl-operat tagħha.

    (3) Fl-2002, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u esplojtazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-meded (żoni) tas-sajd taħt il-Politika Komuni tas-Sajd, kien adottat [3]. Skond dak ir-Regolament, Stati Membri għandhom jikkontrollaw l-attivitajiet li jitwettqu minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom ‘il barra minn l-ilmijiet Komunitarji, inkluż li jkunu responsabbli biex ipoġġu osservaturi fuq bastimenti tali.

    (4) Minħabba dak ir-Regolament qafas, m'hemmx iktar ġustifikazzjoni biex id-dmirijiet amministrattivi u finanzjarji involuti jaqgħu fuq il-Kummissjoni.

    (5) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu fil-qrib ma' xulxin biex jiżguraw li l-effikaċita tal-programm ta' osservaturi tinżamm u tirrispetta l-obbligi Komunitarji fl-NAFO.

    (6) Ir-Regolament (KE) Nru 3069/95 għandu għalhekk ikun emenat f'dan is-sens,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 3069/95 huwa b'dan emendat kif ġej:

    1. L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 1 huwa ssostitwit b'li ġej:

    "1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1956/88, Stati Membri għandhom jassenjaw osservaturi għall-bastimenti tas-sajd kollha tagħhom li huma okkupati jew ser ikunu okkupati f'attivitajiet tas-sajd fi-Żona Regolatorja ta' l-NAFO. Osservaturi dovutement maħtura għandhom jibqgħu abbord il-bastimenti tas-sajd li għalihom huma assenjati sakemm ikunu ssostitwiti minn osservaturi oħra."

    2. L-Artikolu li ġej għandu jkun inserit:

    "L-Artikolu 1a

    Stati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista ta' l-osservaturi li huma assenjaw skond l-Artikolu 1 sa l-20 ta' Jannar l-aktar tard ta' kull sena u, wara, immedjatament wara l-assenjazzjoni ta' kull osservaturi ġodda."

    3. Fl-Artikolu 2, "Osservaturi Komunitarji" tkun issostitwita bi "osservaturi dovutement assenjati."

    4. L-Artikolu 4 hu ssostitwit b'li ġej:

    "L-Artikolu 4

    L-ispejjeż kollha kkawżati mill-operazzjoni ta' l-osservaturi taħt dan ir-Regolament għandhom jitħallsu mill-Istati Membri. Stati Membri jistgħu jgħaddu dawn l-ispejjeż, parzjalment jew totalment, lill-operaturi tal-bastimenti tagħhom."

    5. Fl-Anness I, il-punt 1(i), "Kummissjoni" tkun issostituta bi "Stati Membri".

    6. Fl-Anness I, il-punt 2(m), "l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat" tkun issostituta bi "l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li assenjhom".

    7. L-Anness II jitħassar.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2004.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. McDowell

    [1] Opinjoni mogħtija fl-1 ta' April 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 5. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1049/97 (ĠU L 154, tat-12.6.1997, p. 2).

    [3] ĠU L 358, 31.12.02, p. 59.

    --------------------------------------------------

    Top