This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0816
Commission Regulation (EC) No 816/2004 of 29 April 2004 amending Regulation (EC) No 2707/2000 laying down rules for applying Council Regulation (EC) No 1255/1999 as regards Community aid for supplying milk and certain milk products to pupils in educational establishments
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 816/2004 tad-29 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2707/2000 li jistabbilixxi r-regoli sabiex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-għajnuna Komunitarja għall-provvista tal-ħalib u ċerti prodotti mill-ħalib lill-istudenti f'istituzzjonijiet edukattivi.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 816/2004 tad-29 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2707/2000 li jistabbilixxi r-regoli sabiex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-għajnuna Komunitarja għall-provvista tal-ħalib u ċerti prodotti mill-ħalib lill-istudenti f'istituzzjonijiet edukattivi.
ĠU L 153, 30.4.2004, pp. 19–29
(ES, DA, DE, EN, FR, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
ĠU L 153, 30.4.2004, pp. 19–30
(EL, FI)
ĠU L 153, 30.4.2004, pp. 20–30
(PT)
ĠU L 153, 30.4.2004, pp. 19–28
(IT, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008
Official Journal L 153 , 30/04/2004 P. 0019 - 0029
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 816/2004 tad-29 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2707/2000 li jistabbilixxi r-regoli sabiex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-għajnuna Komunitarja għall-provvista tal-ħalib u ċerti prodotti mill-ħalib lill-istudenti f'istituzzjonijiet edukattivi. IL-KUMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib [1], u partikolarment l-Artikolu 15 u l-Artikolu 47 tieghu, Billi: (1) Matul soġġorni f'oqsma tal-vaganzi l-istudenti ma humiex awtorizzati li jibbenefikaw mill-għajnuna mogħtija bi qbil mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2702/2000 [2]. Sabiex tkun kjarifikata l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni għandu jkun aċċennat li l-istudenti għandhom jibbenefikaw mill-għajnuna matul il-ġranet tal-iskola. Aktar minn hekk, in-numru totali ta' ġranet tal-iskola għandu jkun ikkonfermat mill-awtorità ta' l-edukazzjoni jew mill-istabbeliment ta' l-edukazzjoni ta' kull Stat Membru, esklużi il-vaganzi. (2) Sabiex ikun assigurat li l-prodotti eliġibbli għall-għajnuna bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 2707/2000 ikunu joffru l-għola livell ta' protezzjoni tas-saħħa, dawk il-prodotti għandhom ikunu ippreparati skond il-ħtiġiet stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta' Ġunju 1992 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa u tat-tqegħid fis-suq ta' ħalib naturali, ħalib ittrattat bis-sħana u prodotti b'bażi tal-ħalib [3], u li jkollhom il-marka tas-saħħa kif meħtieġa b'dik id-Direttiva. (3) In vista ta' l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda, ċerti prodotti ġodda għandhom isiru eliġibbli, billi tkun meqjusa l-ħtieġa li jkun assigurat bilanċ tas-suq u ta' l-użanzi tal-konsum f'dawk l-Istati Membri. Ir-rati ta' l-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti billi jkun meqjus il-valur tal-komponenti rtal-ħalib ta' dawk il-prodotti. (4) Dispożizzjoni transitorja għandha tkun inkluża sabiex tiffaċilita l-amminitrazzjoni nazzjonali u ta' dawk inkarigati bl-implementazzjoni tal-iskema għall-ipproċessar tal-pagamenti ta' l-għajnuna b'manjera xierqa fil-każ ta' bidla fir-rata ta' l-għajnuna fit-tmiem tas-sena skolastika 2003/04. (5) Sabiex ikun simplifikat ix-xogħol amministrattiv tal-istati Membri, il-kalkolu għall-intitolar għall-għajnuna fuq il-bażi tar-rwol ta' l-applikan għandu jkun possibbli meta l-għajnuna tkun applikata mill-fornitur tal-prodotti jew mill-organizzazzjoni li taġixxi f'isem waħda jew aktar skejjel jew awtoritajiet edukazzjonali. (6) Il-prezzijiet massimi stabbiliti mill-Istati membri, li jistgħu jitħallsu mill-benefiċjarji huma trasmessi lejn il-Kummissjoni għall-iskopijiet ta' monitoraġġ. Il-perjodiċità ta' tali komunikazzjonijiet għandha tkun speċifikata. (7) Ir-Regolament (KE) Nru 2702/2000 jipprovdi għal rapportaġġ tal-kwantitajiet issussidjati imma mhux għar-rapportaġġ tal-kwantitajiet massimi permissibbli. Dan ta' l-aħħar għandu jkun disponibbli sabiex tkun studjata l-effett tal-iskema. (8) Sabiex tkun assigurata applikazzjoni uniformi tal-iskema ta' l-għajnuna, għandu jkun kjarifikat, f'dak li jirrigardja ġbon frisk, li l-ġobon biss mingħajr tgħomiet estraneji huwa eliġibbli għall-għajnuna. The l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2707/2000 għandu għalhekk ikun emendat. B'dana kollu, l-applikar tad-dispożizzjoni kif emendata għandu jsegwi it-tibdil tas-sena skolastika. (9) Ir-Reġolament (KE) Nru 2707/1999 għandu għalhekk ikun emendat kif mistħoqq. (10) Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2707/2000 huwa emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 2(2) huwa mibdul b'dan li ġej: "2. Il-benefiċjarji speċifikati fil-paragrafu 1 għandhom jibbenefikaw mill-għajnuna matul il-ġranet tal-iskola. In-numru totali ta' ġranet tal-iskola għandu jkun ikkonfermat mill-awtorità ta' l-edukazzjoni jew mill-istabbeliment ta' l-edukazzjoni, esklużi il-vaganzi. L-istudenti m'għandhomx jibbenefikaw mill-għajnuna matul soġġorni f'kampijiet tal-vaganzi organizzati mill-istabbeliment jew mill-awtorità edukazzjoni tiegħu." 2. L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej: (a) Il-paragrafi 1 u 2 huma mibdula b'dan li ġej: "1. L-Istati Membri għandhom iħallsu l-għajnuna fuq il-prodotti tal-Kategorija I u V elenkati fl-Anness I. 2. L-Istati membri jistgħu iħallsu l-gġajnuna fuq il-prodotti tal-kategoriji II, III, IV u VI sa XII elenkati fl-Anness I." (b) Il-paragrafu 4 huwa mibdul b'dan li ġej: "4. L-Istati membri jistgħu jawtorizzaw żieda massima ta' 5 mg ta' fluworin kull kilogramma mal-prodotti tal-Kategorija I sa VII." (ċ) Il-paragrafu 6 li ġej għabdu jkun miżjud: "6. L-għajnuna għandha tingħata biss għall-prodotti elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament jekk il-prodotti jkunu konformi mal-ħtiġei tad-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE [4], u partikolarment il-ħtiġiet li jikkonċernaw il-preparazzjoni fi stabbeliment approvat u tal-ħtiġet tal-immarkar tas-saħħa speċifikati fi A fil-Kapitolu IV ta' l-Anness C ta' dik id-Direttiva." 3. L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: "1. Ir-rati ta' l-għajnuna għall-perijodu mill-1 ta' Mejju 2004 sat-30 ta' Ġunju 2004, mill-1 ta' Lulju 2004 sat-30 ta' Ġunju 2005, mill-1 ta' Lulju 2005 sat-30 ta' Ġunju 2006, mill-1 ta' Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2007 u mill-1 ta' Lulju 2007 il-quddiem huma stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament." (b) Il-paragrafu 3 huwa mibdul b'dan li ġej: "3. Jekk ir-rata ta' l-għajnuna fl-ewro tkun mibdula, ir-rata fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xhar għandha tkun applikabbli għall-kwantitajiet kollha fornuti matul dak ix-xhar, B'dana kollu, għas-sena skolastika 2003/04, ir-rata ta' l-għajnuna fis-seħħ fl-ewwel jum ta' Ġunju tista tkun applikata matul ix-xhar ta' Lulju jew is-sena skolastika tal-Istat Membru tispicca f'Lulju." 4. L-Artikolu 5 huwa mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 5 1. Sabiex ikun hemm konformità mal-kwantità massima ta' 0,25 litri referuta fl-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, il-kwantità totali tal-prodotti tal-ħalib, li dwarha hemm l-intitolament għall-għajnuna matul il-perijodu kopert b'applikazzjoni, għandha tkun ikkalkolata fuq il-bażi tan-numru ta' studenti irreġistrati fil-kotba tal-istabbeliment, jew fil-każi ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6(2)(c) u (d), fuq il-bażi tar-reġistri ta' l-applikant. 2. Għall-prodotti tal-kategoriji VIII sa XII elenkati fl-Anness I il-kalkolu għandu jutilizza dawn l-ekwivalenzi li ġejjin: (a) kategorija VIII: 100 kg = 300 kg ta' ħalib intier; (b) kategorija IX: 100 kg = 765 kg ta' ħalib intier; (ċ) kategorija X: 100 kg = 850 kg ta' ħalib intier; (d) kategorija XI: 100 kg = 935 kg ta' ħalib intier; (e) kategorija XII: 100 kg = 750 kg ta' ħalib intier." 5. L-Artikolu 14(1) huwa mibdul b'dan li ġej: "1. L-Istati membri għandhom jieħdu kwalsijasi azzjoni meħtierġa sabiex jassiguraw li l-ammont ta' l-għajnuna jkun rifless kif xieraq fil-prezz imħallas mill-benefiċjarju. Għal dan il-għan huma għandhom jistabbilixxi l-prezzijiet massimi li għandhom jitħallsu mill-istudenti għad-diveri prodotti elenkati fl-Anness I li huma mqassma fit-territorju tagħhom. L-Istati membri għandhom jistabbilixxu l-prezzijiet massimi bil-bidu ta' kull sena skolastika, jew, sa l-1 ta' Ottubru l-aktar tard. Fil-=każi meta l-Istati membri jipprovdu dawn il-prodotti mingħajr ħlas, ma jkun hemm ħtieġa li l-prezzijiet massimi ikunu stabbiliti." 6. L-Artikolu 15(2) huwa mibdul b'dan li ġej: (a) il-Punt (a) huwa mibdul b'dan li ġej: "(a) il-kwantitajiet li dwarhom l-għajnuna tkun tħalset matul is-sena skolastika preċedenti kif ukoll il-kwantità massima permissibbli;" (b) il-punt (c) li ġej huwa miżjud: "(ċ) il-prezzijiet massimi referuti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 14(1) għas-sena skolastika kurrenti b'evidenza għas-sostenn ta' dawn." 7. l-Anness huwa mibdul bl-Anness I ta' dan ir-Regolament; 8. It-test miktub fl-Anness II ta' dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness II. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mil-1 ta' Mejju 2004. B'dana kollu għajnuna mogħtija għall-ġobon frisk bit-tgħoma skond il-Kategorija VI ta' l-anness tar-Regolament (KE) Nru 2707/2000, qabel id-data ta' l-appikar ta' dan ir-Regolament preżenti, tista tibqa tingħata sal-31 ta' Awissu 2004. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 03.02.04, p. 6). [2] ĠU L 311, tat-12.12.00, p. 37. [3] ĠU L 268, tal-14.09.92, p. 1. [4] ĠU L 268, 14.09.92. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Lista ta' prodotti eliġibbli għall-għajnuna tal-Komunità Kategorija I (a) ħalib intier ittrattat bis-sħana li, fir-rigward tal-kontenut tal-grass, jilħaq il-ħtiġiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 3(1)b tar-Regolament (KE) Nru 2596/97. (b) ħalib intier ittrattat bis-sħana mogħti t-tgħoma biċ-ċikkulata jew mod ieħor, li jkun fih mill-anqas 90 % bil-piż tal-ħalib indikat fi (a). (ċ) yoghurt minn ħalib intier ipproċċessat mill-ħalib indikat fi (a). Kategorija II (a) ħalib ittrattat bis-sħana bi 3 % minimu ta' kontenut ta' grass (b) ħalib ittrattat bis-sħana mogħti t-tgħoma biċ-ċikkulata jew mod ieħor, li jkun fih mill-anqas 90 % bil-piż tal-ħalib indikat fi (a). (ċ) Piimä/filmjölk jew yoghurt minn ħalib ipproċċessat mill-ħalib indikat fi (a). Kategorija III (a) ħalib ittrattat bis-sħana bi 2,5 % minimu ta' kontenut ta' grass (b) ħalib ittrattat bis-sħana mogħti t-tgħoma biċ-ċikkulata jew mod ieħor, li jkun fih mill-anqas 90 % bil-piż tal-ħalib indikat fi (a). (ċ) yoghurt ipproċċessat mill-ħalib indikat fi (a). Kategorija IV (a) ħalib ittrattat bis-sħana bi 2,0 % minimu ta' kontenut ta' grass (b) ħalib ittrattat bis-sħana mogħti t-tgħoma biċ-ċikkulata jew mod ieħor, li jkun fih mill-anqas 90 % bil-piż tal-ħalib indikat fi (a). (ċ) yoghurt ipproċċessat mill-ħalib indikat fi (a). Kategorija V (a) ħalib parzjalment xkumat ittrattat bis-sħana li, fir-rigward tal-kontenut tal-grass, jilħaq il-ħtiġiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 3(1)c tar-Regolament (KE) Nru 2596/97. (b) ħalib parzjalment xkumat ittrattat bis-sħana mogħti t-tgħoma biċ-ċikkulata jew mod ieħor, li jkun fih mill-anqas 90 % bil-piż tal-ħalib indikat fi (a). (ċ) yoghurt minn ħalib parzjalment xkumat ipproċċessat mill-ħalib indikat fi (a). (d) Piimä/fil bi 1,5 % minimu ta' kontenut ta' grass Kategorija VI (a) ħalib ittrattat bis-sħana bi 1 % minimu ta' kontenut ta' grass (b) ħalib ittrattat bis-sħana mogħti t-tgħoma biċ-ċikkulata jew mod ieħor, li jkun fih mill-anqas 90 % bil-piż tal-ħalib indikat fi (a). (ċ) yoghurt ipproċċessat mill-ħalib indikat fi (a). Kategorija VII (a) ħalib xkumat ittrattat bis-sħana li, fir-rigward tal-kontenut tal-grass, jilħaq il-ħtiġiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 3(1)d tar-Regolament (KE) Nru 2596/97. (b) ħalib xkumat ittrattat bis-sħana mogħti t-tgħoma biċ-ċikkulata jew mod ieħor, li jkun fih mill-anqas 90 % bil-piż tal-ħalib indikat fi (a). (ċ) yoghurt minn ħalib xkumat ipproċċessat mill-ħalib indikat fi (a). (d) Piimä/fil bi anqas minn 1,5 % kontenut ta' grass Kategorija VIII Ġobnijiet mhux bit-togħma frisk u ipproċessat b'kontenut ta' grass bil-piż fil-materja xotta ta' mill-anqas 49 % [1] Kategorija IX Ġobnijiet apparti milli friski u ipproċessati b'kontenut ta' grass bil-piż fil-materja xotta ta' mill-anqas 45 % Kategorija X Ġobon Grana Padano Kategorija XI Ġobon Parmigiano-Reggiano Kategorija XII Ġobon Halloumi. [1] Għall-iskopijiet ta' din il-kategorija, ġobon mingħajr togħma għandu jfisser ġobon esklussivament derivat minn ħalib, dan ikun aċċettat li s-sustanzi meħtieġa għall-manifattura tagħhom jistgħu ikunu miżjuda, basta li dawn is-sustanzi ma jkunux użati sabiex jieħdu post parzjalment jew kompletament xi kostitwent tal-ħalib. -------------------------------------------------- L-ANNESS II A. Rati ta' l-għajnuna għall-perijodu mill-1 ta' Mejju 2004 sat-30 ta' Ġunju 2004: (a) EUR 23,24/100 kg għall-prodotti tal-kategorija I (b) EUR 21,82/100 kg għall-prodotti tal-kategorija II (ċ) EUR 20,41/100 kg għall-prodotti tal-kategorija III (d) EUR 19,00/100 kg għall-prodotti tal-kategorija IV (e) EUR 17,58/100 kg għall-prodotti tal-kategorija V (f) EUR 16,17/100 kg għall-prodotti tal-kategorija VI (g) EUR 13,34/100 kg għall-prodotti tal-kategorija VII (h) EUR 69,72/100 kg għall-prodotti tal-kategorija VIII (i) EUR 177,79/100 kg għall-prodotti tal-kategorija IX (j) EUR 197,54/100 kg għall-prodotti tal-kategorija X (k) EUR 217,29/100 kg għall-prodotti tal-kategorija XI (l) EUR 174,30/100 kg għall-prodotti tal-kategorija XII B. Rati ta' l-għajnuna għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2004 sat-30 ta' Ġunju 2005: (a) EUR 21,69/100 kg għall-prodotti tal-kategorija I (b) EUR 20,39/100 kg għall-prodotti tal-kategorija II (ċ) EUR 19,08/100 kg għall-prodotti tal-kategorija III (d) EUR 17,78/100 kg għall-prodotti tal-kategorija IV (e) EUR 16,47/100 kg għall-prodotti tal-kategorija V (f) EUR 15,17/100 kg għall-prodotti tal-kategorija VI (g) EUR 12,56/100 kg għall-prodotti tal-kategorija VII (h) EUR 65,07/100 kg għall-prodotti tal-kategorija VIII (i) EUR 165,93/100 kg għall-prodotti tal-kategorija IX (j) EUR 184,37/100 kg għall-prodotti tal-kategorija X (k) EUR 202,80/100 kg għall-prodotti tal-kategorija XI (l) EUR 162,68/100 kg għall-prodotti tal-kategorija XII C. Rati ta' l-għajnuna għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2005 sat-30 ta' Ġunju 2006: (a) EUR 20,16/100 kg għall-prodotti tal-kategorija I (b) EUR 18,95/100 kg għall-prodotti tal-kategorija II (ċ) EUR 17,76/100 kg għall-prodotti tal-kategorija III (d) EUR 16,57/100 kg għall-prodotti tal-kategorija IV (e) EUR 15,39/100 kg għall-prodotti tal-kategorija V (f) EUR 14,17/100 kg għall-prodotti tal-kategorija VI (g) EUR 11,78/100 kg għall-prodotti tal-kategorija VII (h) EUR 63,48/100 kg għall-prodotti tal-kategorija VIII (i) EUR 161,87/100 kg għall-prodotti tal-kategorija IX (j) EUR 179,86/100 kg għall-prodotti tal-kategorija X (k) EUR 197,85/100 kg għall-prodotti tal-kategorija XI (l) EUR 158,70/100 kg għall-prodotti tal-kategorija XII D. Rati ta' l-għajnuna għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2007: (a) EUR 18,61/100 kg għall-prodotti tal-kategorija I (b) EUR 17,52/100 kg għall-prodotti tal-kategorija II (ċ) EUR 16,43/100 kg għall-prodotti tal-kategorija III (d) EUR 15,34/100 kg għall-prodotti tal-kategorija IV (e) EUR 14,25/100 kg għall-prodotti tal-kategorija V (f) EUR 13,16/100 kg għall-prodotti tal-kategorija VI (g) EUR 10,97/100 kg għall-prodotti tal-kategorija VII (h) EUR 55,83/100 kg għall-prodotti tal-kategorija VIII (i) EUR 142,37/100 kg għall-prodotti tal-kategorija IX (j) EUR 158,19/100 kg għall-prodotti tal-kategorija X (k) EUR 174,00/100 kg għall-prodotti tal-kategorija XI (l) EUR 139,58/100 kg għall-prodotti tal-kategorija XII E. Rati ta' l-għajnuna għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2007 il-quddiem (a) EUR 18,15/100 kg għall-prodotti tal-kategorija I (b) EUR 17,12/100 kg għall-prodotti tal-kategorija II (ċ) EUR 16,10/100 kg għall-prodotti tal-kategorija III (d) EUR 15,07/100 kg għall-prodotti tal-kategorija IV (e) EUR 14,04/100 kg għall-prodotti tal-kategorija V (f) EUR 13,01/100 kg għall-prodotti tal-kategorija VI (g) EUR 10,96/100 kg għall-prodotti tal-kategorija VII (h) EUR 54,45/100 kg għall-prodotti tal-kategorija VIII (i) EUR 138,85/100 kg għall-prodotti tal-kategorija IX (j) EUR 154,28/100 kg għall-prodotti tal-kategorija X (k) EUR 169,70/100 kg għall-prodotti tal-kategorija XI (l) EUR 136,13/100 kg għall-prodotti tal-kategorija XII --------------------------------------------------