EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0748

Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 748/2004 tat-22 ta’ April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f’dak li jirrigwardja l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u li jiftaħ il-kwoti ta’ tariffi, u jagħti deroga minn dak ir-Regolament

ĠU L 118, 23.4.2004, p. 3–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/748/oj

32004R0748



Official Journal L 118 , 23/04/2004 P. 0003 - 0004


Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 748/2004

tat-22 ta’ April 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f’dak li jirrigwardja l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u li jiftaħ il-kwoti ta’ tariffi, u jagħti deroga minn dak ir-Regolament

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib [1], u partikolarment l-Artikolu 26(3) u l-Artikolu 29(1) tieghu,

Billi:

(1) It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 jistabbilixxi li fil-każ tal-kwoti li dwarhom in-numru ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzi huwa limitat, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi jistgħu ikunu jirrigwardjaw kwanitajiet egwali mal-kwantità disponibbli għall kull perijodu. L-esperjenza wriet li dan huwa il-każ għall-kwoti referuti fl-Anness I(F) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001.

(2) Permezz tal-ftehim bilaterali konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [2], ċertu ġobnijiet Svizzeri li jikkwalifikaw għal dazju doganali mnaqqas ma l-importazzjoni fil-Komunità meta dawn ikunu jilħqu ċerti kondizzjonijiet f’dak li jirrigwardja l-komposizzjoni u ż-żmien tal-maturità. L-awtoritajiet Svizzeri talbu għal tibdil fid-deskrizzjoni ta’ ċerti ġobnijiet bħala segwiment ta’ l-emenda għall-ispeċifikazzjoni ta’ dawk il-ġobnijiet. Id-deskrizzjoni li tinsab fir-Reġolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 [3] għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq.

(3) Il-Kapitolu I tat-Titolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jikkonċerna l-kwoti allokati fuq il-bażi ta’ żewġ perijodi ta’ sitt xhur f’Jannar u f’Lulju ta’ kull sena. In vista tat-tkabbir fl-1 ta’ Mejju 2004, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 50/2004 jipprovdi għal kwoti speċifiċi ta’ l-importazzjoni li għandhom ikunu miftuħa f’Mejju 2004 sabiex jiffaċilitaw lill-operaturi fl-Istati Membri ġodda li jipparteċipaw fil-kwoti tal-Komunità minn dik id-data.

(4) L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 2525/2001 jistipula li l-applikazzjonijiet għal-liċenzi jistgħu ikunu ippreżentati biss matul l-ewwel 10 tijiem ta’ kull perijodu ta’ sitt xhur. Sabiex dak ir-Regolament (KE) Nru 50/2004 jista jkun implementat, għandu jkun hemm deroga mill-imsemmi Artikolu u dispożizzjoni għandha ssir għall-perijodu tal-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet li jibda jgħodd mill-1 ta’ Mejju sa l-10 ta’ Mejju 2004.

(5) L-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jistabbilixxi li l-perijodu tal-validità tal-liċenzi ma jistgħax ikun jestendi lill hinn mit-tmiem tas-sena ta’ l-importazzjoni li dwarha l-liċenza tkun maħruġha. L-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni twassal sabiex il-liċenzi maħruġa f’Mejju 2004 jeskadu fit-30 ta’ Ġunju 2004 u tista tirriżulta filli l-liċenzi ma jkunx sar użu minnhom minħabba li l-perijodu tal-validità tagħhom kien qasir wisq. Għalhekk għandha tkun hemm deroga mill-imsemmi Artikolu, li tispeċifika perijodu ta’ validità ta’ 150 jum mid-data tal-ħruġ tal-liċenzi.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 2535/94 għandu jkun emendat kif xieraq u dispożizzjoni għandha ssir għal deroga minn dan.

(7) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa b’hekk emendat kif ġej:

(a) It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(2) huwa mibdul b’dan li ġej:

"B’dana kollu, fil-każ tal-kwoti referuti fl-Artikolu 5(c), (d), (f), (g) u (h), l-applikazzjonijiet għal-liċenzi għandhom ikunu relatati ma mill-anqas 10 tunnellati u mhux aktar mill-kwantità disponibbli għal kull perijodu."

(b) Fl-Anness II.D ta’ dak ir-Regolament, id-deskrizzjoni li tirrigwardja l-kodiċi NM ex04069018 hija mibdula bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1. Bħala deroga mill-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta’ l-importazzjoni jistgħu ikunu ippreżentati mill-1 ta’ Mejju sa l-10 ta’ Mejju 2004 għall-kwoti għall-perijodu mill-1 ta’ Mejju sat-30 ta’ Ġunju 2004 referuti fl-Anness I.A, il-punti 5 u 6 ta’ l-Anness I.B, l-Anness I.F u l-Anness I.H.

2. Bħala deroga mill-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, il-perijodu tal-validità tal-liċenzi maħruġa b’konnessjoni mal-kwoti referuti fil-paragrafu 1 jistgħu jestendu lill hinn mit-tmiem tas-sena ta’ l-importazzjoni li dwarha l-liċenza tkun maħruġha. Il-liċenzi għandhom ikunu validi għal-150 jum mid-data attwali tal-ħruġ tagħhom.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ April 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, tat-3.2.2004, p. 6).

[2] ĠU L 114, tat-30.4.2002, p. 1.

[3] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 50/2004 (ĠU L 7, tat-13.1.2004, p. 9).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

ex04069018 | Fromage fribourgeois (3), Vacherin Mont d'Or, Tête de moine ta' kontenut grass bil-piż ta' 45 % jew aktar f'materja xotta u maturat: għal mill-anqas xharejn fil-każ tal-fromage fribourgeois,għal mill-anqas 17 il-jum fil-każ ta' Vacherin Mont d'Or,għal mill-anqas 75 il-jum fil-każ ta' Tête de moine. | eżenzjoni |

--------------------------------------------------

Top