EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0637

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 637/2004 tal-5 ta' April 2004 li jissupplimenta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-Reġistru tad-designazzjonijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Agneau de Pauillac u Agneau du Poitou-Charentes)

ĠU L 100, 6.4.2004, p. 31–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/637/oj

32004R0637



Official Journal L 100 , 06/04/2004 P. 0031 - 0032


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 637/2004

tal-5 ta' April 2004

li jissupplimenta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-Reġistru tad-designazzjonijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Agneau de Pauillac u Agneau du Poitou-Charentes)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet u d-designazzjonijiet ta' l-oriġini għall-prodotti agrikoli u ta' l-ikel [1], u partikolarment l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1) Bi qbil ma' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, Franza bagħtet applikazzjoni lill-Kummissjoni għar-reġistrazzjoni ta' l-ismijiet "Agneau de Pauillac" i "Agneau du Poitou-Charentes" bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

(2) Bi qbil ma' l-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament, l-applikazzjonijiet ġew misjuba li jilħqu l-ħtiġiet kollha stabbiliti hemmhekk, u partikolarment li fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa b'konformità ma' l-Artikolu 4 tiegħu.

(3) L-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni, fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 ma kienet waslet għand il-Kummissjoni bħala segwiment tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea [2] ta' l-ismijiet elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(4) L-ismijiet konsegwentament jikkwalifikaw sabiex ikunu mdaħħla fir-Reġistru ta' designazzjonijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u għandhom għalhekk ikunu protetti fil-livell tal-Komunità bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

(5) L-Anness ta' dan ir-Regolament jissupplementa l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [3],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ismijiet fl-Anness miġjub hawn huma miżjuda ma' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u mdaħħla bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (PGI) fir-Reġistru ta' designazzjonijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta’ l-24.7.1992, pġ. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, pġ. 1).

[2] ĠU C 170, tad-19.7.2003, pġ. 4 (Agneau de Pauillac).ĠU C 170, tad-19.7.2003, pġ. 6 (Agneau de Poitou-Charentes).

[3] ĠU L 327, tat-18.12.1996, pġ. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 465/2004 (ĠU L 77, tat-13.3.2004, pġ. 27).

--------------------------------------------------

ANNESS

IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I TAT-TRATTAT, INTIŻI GĦALL-KONSUM UMAN

Laħam frisk u raċanċ

FRANZA

Agneau de Pauillac (PGI)

Agneau du Poitou-Charentes (PGI)

--------------------------------------------------

Top