EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0608

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 tal-31 ta’ Marzu 2004 li jikkonċerna l-ittikkettjar ta’ ikel u ingredjenti ta’ l-ikel b’fitosteroli miżjuda, esteri fitosteroli, fitostanoli u/jew esteri fitostanoliTest b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 97, 1.4.2004, p. 44–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/12/2014; Imħassar b' 32011R1169

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/608/oj

32004R0608



Official Journal L 097 , 01/04/2004 P. 0044 - 0045


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004

tal-31 ta’ Marzu 2004

li jikkonċerna l-ittikkettjar ta’ ikel u ingredjenti ta’ l-ikel b’fitosteroli miżjuda, esteri fitosteroli, fitostanoli u/jew esteri fitostanoli

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’l-Istati Membri li jirrelataw ma "l-ittikkettjar, il-prezentazzjoni u r-reklamar ta’l-oġġetti tal-ikel [1], kif emendata bid-Direttiva 2003/89/KE [2], u b’mod partikolari Artikolu 4(2) u Artikolu 6(7) tagħha,"

Billi:

(1) Il-fotosteroli, l-esteri fitosteroli, l-fitostanoli u l-esteri fitostanoli jnaqqsu l-livelli tal-kolesterol fis-serum iżda jistgħu jnaqqsu wkoll il-livelli tal-koroteni fis-serum tad-demm. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għalhekk ikkonsultaw lill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (SCF) dwar l-effetti tal-konsum ta’ fotosteroli, l-esteri fitosteroli, l-fitostanoli u l-esteri fitostanoli minn sorsi differenti.

(2) Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (SCF) fl-opinjoni tiegħu tiegħu dwar "Idea ġenerali dwar l-effetti għat-tul ta’l-inġestjoni ta’ livelli elevati ta’ fitosteroli minn sorsi differenti tad-dieta, b’attenzjoni partikolari għall-effetti fuq Koroten" tas-26 ta’ Settembru 2002 konfermat il-ħtieġa li fotosteroli, l-esteri fitosteroli, il-fitostanoli u l-esteri fitostanoli jiġu tikkettjati kif speċifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/500/KE tal-24 ta’ Lulju 2000 dwar l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ "xaħam isfar li jista’ jiddellek b’esteri fitosteroli miżjuda" bħala ikel innovattiv jew ingredjent innovattiv ta’ ikel taħt ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [3]. L-SFC indika wkoll li ma kien hemm evidenza ta’ benefiċċji addizzjonali f’inġestjoni ogħla minn 3 g/kuljum u li inġestjoni għolja tista’ tinduċi effetti mhux mixtieqa u kien għalhekk prudenti li tiġi evitata inġestjoni ta’ sterol minn pjanti li tisboq it-3 g/kuljum.

(3) Prodotti li jkun fihom il-fitosteroli/fitostanoli għandhom għalhekk ikunu prezentati f’porzjonijiet waħdiena li jkun fihom jew massimu ta’ 3 g jew massimu ta’ 1 g fitosteroli/fitostanoli, kalkolat bħala fitosteroli/fitostanoli ħielsa. Fejn dan ma jkunx il-każ, għandu jkun hemm indikazzjoni ċara ta’ x’jikkostitwixxi porzjon standard ta’l-ikel, espress fi g jew ml, u ta’l-ammont ta’ fitosteroli/fitostanoli, kalkolat bħala fitosteroli/fitostanoli, li jkun jinsab f’dak il-porzjon. F’kull każ, il-komposizzjoni u l-ittikkettjar ta’ prodotti għandhom ikunu tali li jippermettu lill-utenti li faċilment jirrestrinġu l-konsum tagħhom għal massimu ta’ 3 g/kuljum ta’ fitosteroli/fitostanoli permezz tal-użu jew ta’ porzjoni wieħed li jkun fih massimu ta’ 3 g, jew ta’ tlett porzjonijiet li jkun fihom massimu ta’ 1 g.

(4) Sabiex jiġi faċilitat il-fethim mill-konsumatur, jidher xieraq li tiġi sostitwita l-kelma fuq it-tikketta "fito" bil-kelma "pjanta".

(5) Deċiżjoni 2000/500/KE tippermetti ż-żieda ta’ ċerti esteri fitosteroli ma’ xaħam isfar li jiddellek. Hija tistipula l-ħtiġiet speċifiċi ta’ l-ittikkettjar sabiex jiġi żgurat li l-prodott jasal għand il-grupp immirat tiegħu, jiġifieri persuni li jixtiequ jbaxxu l-livelli tagħhom ta’ kolesterol fid-demm.

(6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament għandu jgħodd għal ikel u ingredjenti ta’l-ikel b’fotosteroli, l-esteri fitosteroli, l-fitostanoli u l-esteri fitostanoli miżjuda.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta l-ittikkettjar, fotosteroli, l-esteri fitosteroli, l-fitostanoli u l-esteri fitostanoli għandhom ikunu msemmija rispettivament bl-espressjonijiet "sterol tal-pjanti", "esteri ta’ sterol tal-pjanti", "stanol tal-pjanti" jew "esteri ta’ stanol tal-pjanti" jew il-forom tagħhom fil-plural, skond kif xieraq.

Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet l-oħra tal-liġi tal-Komunità jew dik nazzjonali dwar l-ittikkettjar ta’ oġġetti ta’l-ikel, l-ittikkettjar ta’ oġġetti ta’l-ikel jew ingredjenti ta’ ikel b’fotosteroli, l-esteri fitosteroli, l-fitostanoli u l-esteri fitostanoli miżjuda għandu jkun fihom dan li ġej:

1. fl-istess linja li tidher bħala l-isem li taħtu jinbiegħ il-prodott għandhom jidhru, b’mod ċar u li jkunu jistgħu jinqraw, il-kliem: "bi steroli tal-pjanti/stanoli tal-pjanti miżjuda";

2. l-ammont ta’ kontenut ta’ fotosteroli, l-esteri fitosteroli, l-fitostanoli jew l-esteri fitostanoli miżjud espress bħala % jew bħala g ta’ steroli/stanoli ħielsa tal-pjanti kull 100 g jew 100 ml tal-ikel) għandu jiġi dikjarat fuq il-lista tal-ingredjenti;

3. għandu jkun hemm dikjarazzjoni li l-prodott huwa maħsub esklussivament għal persuni li jixtiequ jbaxxu il-livell tagħhom ta’ kolesterol fid-demm;

4. għandu jkun hemm dikjarazzjoni li pazjenti fuq medikazzjoni ta’ tbaxxija ta’ kolesterol għandhom jikkunsmaw il-prodott biss taħt sorveljanza medika.

5. għandu jkun hemm dikjarazzjoni li tidher faċilment u li tkun ċara biex tinqara li l-prodott jista’ ma jkunx adattat bħala nutriment għal nisa tqal u li jreddgħu u għal tfal taħt l-età ta’ ħames snin;

6. għandu jiġi nkluż parir li l-prodott għandu jintuża bħala parti minn dieta bilanċjata u varjata, inkluż il-konsum regolari ta’ frott u ħxejjex biex jgħinu jżommu l-livelli ta’ kaotenodi;

7. fl-istess linja tal-vista bħal-dettal meħtieġ taħt il-punt 3 ta’ hawn fuq, għandu jkun hemm dikjarazzjoni li l-konsum ta’ aktar minn 3 g/kuljum ta’ steroli mill-pjanti/stenoli mill-pjanti miżjuda għandu jiġi evitat;

8. għandu jkun hemm definizzjoni tal-porzjon ta’ l-ikel jew l-ingredjent ta’ l-ikel konċernat (preferibbilment fi g jew ml) b’dikjarazzjoni ta’l-ammont ta’ sterol tal-pjanti/stanol tal-pjanti li jkun fih kull porzjon.

Artikolu 3

Ikel u ingredjenti ta’ ikel b’esteri fitostanoli miżjuda diġà fis-suq tal-Komunità jew "xaħam isfar li jiddellek b’esteri tal-fitosterol miżjuda" li kienu awtorizzati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/500/KE prodotti wara sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta "Artikolu 2."

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta’ Marzu 2004.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 109, tas-6.5.2000, p. 29.

[2] ĠU L 308, tal-25.11.2003, p. 15.

[3] ĠU L 200, tat-8.8.2000, p. 59.

--------------------------------------------------

Top