Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0599

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ mudell armonizzat ta’ ċertifikat u rapport ta’ l-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimaliTest b’relevanza tal-ŻEE

    ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44–56 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32020R2235

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/599/oj

    32004R0599



    Official Journal L 094 , 31/03/2004 P. 0044 - 0056


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004

    tat-30 ta’ Marzu 2004

    li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ mudell armonizzat ta’ ċertifikat u rapport ta’ l-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali

    (Test b’relevanza tal-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE of 26 Ġunju 1990 li tikkonċerna l-verifiki veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunità f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan tat-twettieq tas-suq intern [1], partikolarment, l-Artikolu 20(3) tagħha,

    Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 li tikkonċerna l-verifiki veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunità bil-għan tat-twettieq tas-suq intern [2], partikolarment, l-Artikolu 16(3) tagħha,

    Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta’ Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali matul it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE [3], u partikolarment l-Artikolu 15 tagħha,

    Wara li kunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 1992 dwar il-komputerizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji dwar l-importazzjoni (Proġett Shift), li temenda d-Direttivi 90/675/KEE, 91/496/KEE, 91/628/KEE u d-Deċiżjoni 90/424/KEE, u li tħassar id-Deċiżjoni 88/192/KEE [4], u partikolarment l-Artikolu 12 tagħha,

    Billi:

    (1) L-Armonizzazzjoni tal-preżentazzjoni taċ-ċertifikati tas-saħħa li huma meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunità hija vitali għall-introduzzjoni tas-sistema Traces, kif hemm provvediment dwar dan fid-Diċtiżjoni tal-Kummissjoni 2003/623/KE li tikkonċerna l-iżvilupp tas-sistema veterinarja komputerizzata integrata magħrufha bħala Traces [5], hekk li l-informazzjoni akkwistata tista tkun amministrata u proċessata sewwa sabiex ittejjeb is-sigurtà tas-saħħa fil-Komunità.

    (2) L-introduzzjoni tal-mudell armonizzat għall-ġbir tar-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa permezz tad-Direttivi 89/662/KEE, 91/628/KEE u 90/425/KEE huwa meħtieġ sabiex dik l-informazzjoni tista tkun ipproċessata b’meżżi elettroniċi, u tikkostitwixxi l-bażi tal-preżentazzjoni standardizzata tar-riżultati, kif meħtieġ b’dawk id-Direttivi.

    (3) Il-preżentazzjoni tal-mudelli tad-dokumenti meħtieġa bil-leġislazzjoni tal-Komunità f’dawn l-atti li ġejjin għandha tkun armonizzata:

    - L-Anness F tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 rigward il-problemi tas-saħħa ta’ annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunità fl-annimali tal-ifrat u l-majjali [6];

    - L-Annessi D1 u D2 tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabbilixxi l-ħtiġiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali applikabli fil-kummerċ intra-Komunità fi u dwar l-importazzjoni ta’ semen ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċie tal-ifrat [7];

    - L-Anness C tad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunità fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijuni ta’ l-annimali domestiċi ta’ l-ispeċie tal-ifrat [8];

    - L-Anness C tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae [9];

    - L-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi l-ħtiġiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali applikabbli fil-kummerċ intra-Komunità fi u dwar l-importazzjoni ta’ semen ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċie porċini [10];

    - L-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunità fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajt tat-tfaqqis [11];

    - L-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/EEC tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta’ l-annimali u l-prodotti ta’ l-akwakoltura [12];

    - L-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunità fl-annimali ovini u kaprini [13];

    - L-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li jistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ l-annimali, tas-semen, tal-ova u l-embrijoni li ma humiex suġġetti għall-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità referuti fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE [14];

    - L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/273/KE tat-18 ta’ April 1994 li tikkonċerna ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għat-rqegħid fis-suq tar-Renju Unit u l-Irlanda tal-klieb u l-qtates li ma joriġinawx minn dawk il-pajjiżi [15];

    - L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/294/KE tal-24 ta’ Lulju 1995 li tiddetermina l-kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali għall-kummerċ bil-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċie ekwini [16];

    - L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/307/KE tal-24 ta’ Lulju 1995 li tiddetermina l-kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali għall-kummerċ fis-emen tal-ispeċie ekwini [17];

    - L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/388/KE tad-19 ta’ Settembru 1995 li tiddettermina l-kampjun taċ-ċertifikat għall-kummerċ intra-Komunità għall-kummerċ fis-semen, il-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċie ovini u kaprini [18];

    - L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/483/KE tad-9 ta’ Novembru 1995 li tiddetermina l-kampjun taċ-ċertifikat għall-kummerċ intra-Komunità fil-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċje tal-majjali [19];

    - L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/657/KE tas-27 ta’ Lulju 1999 li tistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat referut fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE [20];

    - L-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/390/KE tat-23 ta’ Mejju 2003 li tistabbilixxi kundizzjonijiet speċjali għat-tqegħid fis-suq ta’ l-ispeċie ta’ l-akwakoltura meqjusa bħala suxxettibbli għal ċertu mard u l-podotti tagħhom [21];

    - L-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u l-marketing ta’ laħam frisk [22];

    - L-Anness VI tar-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE tal-15 ta’ Frar 1971 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-laħam frisk tat-tjur [23];

    - L-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 77/9/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u l-marketing ta’ prodotti tal-laħam u ċerti prodotti oħrajn ta’ l-oriġini ta’ l-annimali [24];

    - L-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE tas-27 ta’ Novembru 1991 li tikkonċerna l-problemi tas-saħħa pubblika u s-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-laħam tal-fenek u tal-laħam ta’ l-għasafar tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet [25];

    - L-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 rigward il-problemi tas-saħħa pubblika u tas-saħħa ta’ l-annimali li jirrigwardjaw il-qtil tal-kaċċa ferjali u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam tal-kaċċa ferjali [26];

    - L-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KEE tal-14 ta’ Diċembru 1994 li tistabbilixxi l-ħtiġiet għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-laħam kappuljat u l-preparazzjonijiet tal-laħam [27].

    (4) L-iskambji ta’ l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta Ottubru 2002 li jistabbilixxi r-regoli tas-saħħa li jikkonċernaw il-prodotti sekondarji mill-annimali li mhumiex intiżi għall-konsum uman [28] għandhom ikunu armonizzati f’dak li jirrigwardja l-forniment tal-prodotti sekondarji mill-annimali u tal-prodotti proċessati.

    (5) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma b’konformità ma l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-diversi ċertifikati tas-saħħa meħtieġa fil-kuntest tal-kummerc intra-Komunitarju, bl-eċċezzjoni taċ-ċertifikati tas-saħħa għal equidae irreġistrati, għandhom ikunu preżentati fuq il-bażi tal-mudell armonizzat anness hawnhekk.

    Dan il-mudell ta’ ċertifikat jinkludi:

    1. il-parti I standardizzata, "dettalji tal-konsenja",

    2. il-parti II, "ċertifikazzjoni", iddisinjata sabiex turi l-ħtiġiet taħt il-leġislazzjoni speċifika għal kull speċie, tip ta’ produzzjoni u tip ta’ prodott, u

    3. il-parti III standardizzata, "verifiki", li tirreġistra r-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa b’konformità mar-regoli fis-seħħ.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2004.

    B’danakollu, l-Istati Membri li hekk jixtiequ, jistgħu jagħmlu użu mill-preżentazzjoni taċ-ċertifikati sa mill-1 ta’ April 2004 il-quddiem fil-kuntest tas-sistema Traces.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2004.

    Ghall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    [2] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003.

    [3] ĠU L 340, tal-11.12.1991, p. 17. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003.

    [4] ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27.Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 95/1/KE.

    [5] ĠU L 216, tat-28.8.2003, p. 58.

    [6] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004.

    [7] ĠU L 194, tat-22.7.1988, p. 10. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/101/KE.

    [8] ĠU L 302, 19.10.89, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003.

    [9] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003.

    [10] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 62. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003.

    [11] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003.

    [12] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003.

    [13] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/708/KE.

    [14] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1398/2003.

    [15] ĠU L 102, tat-12.4.1, p. 63. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/298/KE.

    [16] ĠU L 182, tat-2.8.1995, p. 27.

    [17] ĠU L 185, ta' l-4.8.1995, p. 58.

    [18] ĠU L 234, tat-3.10.1995, p. 30.

    [19] ĠU L 275, tat-18.11.1995, p. 30.

    [20] ĠU L 216, ta’ l-14.8.1999, p. 13.

    [21] ĠU L 135, tat-3.6.2003, p. 19.

    [22] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003.

    [23] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003.

    [24] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003.

    [25] ĠU L 268, 24.9.91, p. 41. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003.

    [26] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 35. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003.

    [27] ĠU L 368, tal-31.12.1994, p. 10. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003.

    [28] ĠU L 273, ta’ l-10.10.2002, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top