This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0583
Council Regulation (EC) No 583/2004 of 22 March 2004 amending Regulations (EC) No 1782/2003 establishing common rules for direct support schemes under the common agricultural policy and establishing certain support schemes for farmers, (EC) No 1786/2003 on the common organisation of the market in dried fodder and (EC) No 1257/1999 on support for rural development from the European Agricultural Guidance and Guarantee Fund (EAGGF) by reason of the accession of the Czech Republic, Estonia, Cyprus, Latvia, Lithuania, Hungary, Malta, Poland, Slovenia and Slovakia to the European Union
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 583/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, (KE) Nru 1786/2003 dwar l-orgnizzazzjoni komuni tas-suq fil-għalf niexef u (KE) Nru 1257/1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakja ma’ l-Unjoni Ewropea
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 583/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, (KE) Nru 1786/2003 dwar l-orgnizzazzjoni komuni tas-suq fil-għalf niexef u (KE) Nru 1257/1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakja ma’ l-Unjoni Ewropea
ĠU L 91, 30.3.2004, p. 1–14
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2010
Official Journal L 091 , 30/03/2004 P. 0001 - 0014
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 583/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, (KE) Nru 1786/2003 dwar l-orgnizzazzjoni komuni tas-suq fil-għalf niexef u (KE) Nru 1257/1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakja ma’ l-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakja ma’ l-Unjoni Ewropea [1], iffirmat f’Ateni fis-16 ta’ April 2003, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu, Wara li kkunsidrat l-Att li jirrigwarda l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "l-Att ta’ l-Adeżjoni") [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 57(2) tiegħu, Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 [3] daħħal regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett skond il-politika agrikola komuni u stabbilixxa ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa. (2) Ir-regoli komuni u l-iakemi ta’ appoġġ immmija għandhom jiġu emendati sabiex jippermettu l-implimentazzjoni tagħhom fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakja (minn issa ‘l quddiem imsejħa "l-Istati Membri l-ġodda"). (3) Bil-ħsieb li tiddaħħal il-modulazzjoni fl-Istati Membri l-ġodda, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi livelli massimi (soqfa) nazzjonali għall-ammont addizzjonali tal-għajnuna lill-Istati Membri l-ġodda. (4) Il-bdiewa fl-Istati Membri l-ġodda jridu jirċievu ħlasijiet diretti wara mekkaniżmu ta’ tidħil gradwali. Sabiex jinkiseb il-bilanċ xieraq bejn il-għodod tal-politika ddisinjati sabiex jippromwovu l-biedja sostenibbli u dawk iddisinjati sabiex jippromwovu l-iżvilupp rurali, is-sistema tal-modulazzjoni ma għandhiex tiġi applikata fl-Istati Membri l-ġodda sakemm il-livell tal-ħlasijiet diretti li japplikaw fl-Istati Membri l-ġodda jkun mill-inqas egwali għal-livell li japplika fil-Komunità kif ikkostitwita fit-30 ta’ April 2004. (5) Filwaqt li jitqiesu l-livelli tal-ħlasijiet diretti lill-bdiewa fl-Istati Membri l-ġodda bħala riżultat tat-tidħil gradwali, għandu jkun previst illi fil-kwadru ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskeda taż-żidiet ipprovvduti fl-Artikolu 143a għall-ħlasijiet diretti kollha konċessi fl-Istati Membri l-ġodda, l-istrument tad-dixxiplina finanzjarja ma għandux japplika fl-Istati Membri l-ġodda sakemm il-livell tal-ħlasijiet diretti li japplika fl-Istati Membri l-ġodda ikun mill-inqas egwali għal-livell li japplika fil-Komunità kif ikkostitwita fit-30 ta’ April 2004. (6) Il-ħlasijiet diretti taħt l-iskem tal-ħlas wieħed huma msejsa fuq l-ammonti tar-riferiment tal-ħlasijiet diretti li kienu rċevuti fl-imgħoddi jew fuq il-ħlasijiet irreġjonalizzati għal kull ettaru. Il-bdiewa fl-Istati Membri l-ġodda ma rċevewx ħlasijiet Komunitarji diretti u ma għandhom l-ebda riferimenti storiċi għas-snin kalendarji 2000, 2001 u 2002. Għalhekk, l-iskema tal-ħlas wieħed fl-Istati Membri l-ġodda għandha tkun imsejsa fuq il-ħlasijiet irreġjonalizzati għal kull ettaru, issudiviżi bejn ir-reġjuni skond il-kriterji oġġettivi u mqassma mill-bdiewa li l-azjendi tagħhom ikunu lokati fir-reġjun interessat u li jissodisfaw il-kriterji ta’ l-eliġibbiltà. (7) L-ammont tal-ħlasijiet diretti, deskritt f’soqfa nazzjonali, taħt l-iskema tal-ħlas wieħed għall-Istati Membri l-ġodda għandu jkun imsejjes fuq il-kwota, is-soqfa u l-kwantitajiet li kienu miftiehma fin-negozjati għall-adeżjoni mmoltiplikati bl-ammonti rilvenati ta’ għajnuna għal kull ettaru, intestatura jew tunnellata metrika. (8) Mill-1 ta’ April 2003 tiġi emendata l-miżura tas-suq li tibbenefika l-produzzjoni tal-għalf niexef, kif ipprovvdut fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-għalf niexef [4]. Minn din id-data l-appoġġ għas-suq irid jinbidel f’parti minnu fi ħlas dirett li jibbenefika lill-bdiewa. Sabiex jiġi evitat tnaqqis fl-appoġġ globali fis-sena 2005 għall-Istati Membri l-ġodda, huwa approprjat li ssir deroga mill-prinċipji ġenerali tat-tidħil gradwali tal-ħlasijiet diretti. Għalhekk, il-komponent li għandu x’jqsam mal-għalf niexef fis-saqaf nazzjonali fl-iskema tal-ħlas wieħed għandu jiġi kkalkolat fil-livell ta’ 100 % ta’ għajnuna minflok fil-livell tat-tidħil gradwali. (9) Taħt il-għażla rreġjonalizzata għall-iskema tal-ħlas wieħed l-Istati Membri l-ġodda għandu jkollhom il-posibbiltà li jaġġustaw il-premium għal kull ettaru fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi sabiex jiġi żgurat trattament indaqs bejn il-bdiewa u jiġi evitat it-tagħwiġ tas-suq. (10) L-Istati Membri l-ġodda għandu jkollhom il-possibbiltà li jimplimentaw u/jew jeskludu f’parti minnhom ċerti setturi mill-iskema tal-ħlas wieħed. (11) Is-soqfa settorjali għall-implimentazzjoni parzjali u/jew l-esklużjoni ta’ ċeri setturi ta’ l-iskema tal-ħlas wieħed għandhom ikunu msejsa fuq il-kwota, is-soqfa u l-kwantitajiet li jienu miftiehma fin-negozjati ta’ l-adeżjoni. (12) It-transizzjoni mill-iskema ta’ ħlas wieħed għar-reġjun għall-iskema ta’ ħlas wieħed u skemi oħra ta’ għajnuna jistgħu joħolqu diffikultajiet ta’ l-addattament li mhumiex ittrattati f’dan ir-Regolament. Sabiex tiġi ttrattata din l-eventwalità, għandha tiġi inkluża dispożizzjoni ġenerali fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta miżuri transitorji meħtieġa għal ċertu perjodu taż-żmien. (13) Minħabba l-perjodu qasir taż-żmien tal-programmazzjoni, il-Att ta’ l-Adeżjoni daħħal il-posibbiltà li jiġi integrat "tip ta’ miżura LEADER + (l-inizjattiva Komunitarja għall-iżvilupp rurali)" fil-programmi ta’ xejra dominanti, minflok li jkun hemm LEADER + programmazzjoni separati. Għalhekk, il-miżura "ġestjoni ta’ strateġiji integrati ta’ l-iżvilupp rurali minn sħubijiet lokali" imdaħħla fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanziji (FAEGG) [5] mhux meħtieġ għall-Istati Membri l-ġodda, billi hija koperta bil-miżura LEADER + tip. (14) (8) Ir-Regolamenti (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1786/1999, (KE) Nru 1257/2001 u (KE) Nru 565/2002 għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huwa emdendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 5(2) għandha tiżdied is-sentenza li ġejja mat-tarf ta’ l-ewwel subparagrafu: "L-Istati Membri l-ġodda għandhom jiżguraw illi l-art li kienet taħt mergħa permanenti fl-1 ta’ Mejju 2003 tinżamm taħt mergħa permanenti." 2. Fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej: "5. Għall-Istati Membri l-ġodda, is-soqfa riferiti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 144(2)" 3. Wara l-Artikolu 12, jiżdied l-Artikolu li ġej: "L- Artikolu 12a L-applikazzjoni għall-Istati Membri l-ġodda 1. L-Artikoli 10 u 12 ma għandhomx japplikaw għall-Istati Membri l-ġodda sal-bidu tas-sena kalendarja, li rigwrd tagħha l-livell tal-ħlasijiet diretti li japplikaw fl-Istati Membri l-ġodda jkun mill-inqas egwali għal-livell li kien japplika għal dawn il-ħlasijiet dak inhar meta kienet ikkonstitwita l-Komunità fit-30 ta’ April 2004. 2. Fil-kwadru ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskeda taż-żidiet inkrementali pprovvduta fl-Artikolu 143a għall-ħlasijiet diretti kollha konċessi fl-Istati Membri l-ġodda, l-Artikolu 11 ma għandux japplika għall-Istati Membri l-ġodda qabel il-bidu tas-sena kalendarja, li rigward tagħha l-livell tal-ħlasijiet diretti li japplika fl-Istati Membri l-ġodda jkun mill-inqas egwali għal-livelli li kienu japplikaw għal dawn il-ħlasijiet dak inhar meta kienet ikkostitwita l-Komunità fit-30 ta’ April 2004." 4. Fl-Artikolu 54(2) għandha tiżdied is-sentenza li ġejja mat-tarf ta’ l-ewwel subparagrafu: "Għall-Istati Membri l-ġodda, ir-riferiment għad-data pprovvduta għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna skond iż-żona għas-sena 2003 għandu jiġi mifhum bħala riferiment għat-30 ta’ Ġunju 2003." 5. Fit-Titolu III, jiżdied il-Kapitolu li ġej: "KAPITOLU 6 L-IMPLIMENTAZZJONI FL-ISTATI MEMBRI L-ĠODDA Artikolu 71a 1. Għajr kif ipprovvduti xorta oħra f’dan il-Kapitolu, id-disposizjonijiet ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw għall-Istati Membri l-ġodda. Għandhom japplikaw L-Artikoli 33, 34, 37, 38, 39, 40(1), (2), (3) u (5), 41, 42, 43, minn 47 sa 50, 53 u minn 58 sa 63. 2. Kull Stat Membri mill-ġodda li japplika l-iskema ta’ ħlas wieħed skond iż-żona għandu jieħu d-deċiżjonijiet riferiti fl-Artikoli 64(1) u 71(1) sa l-1 ta’ Awissu tas-sena li tiġi qabel dik li rigwrd tagħha trid tapplika l-iskema ta’ ħlas wieħed għall-ewwel darba. Artikolu 71b L-applikazzjoni għall-appoġġ 1. Il-bdiewa għandhom japplikaw għall-appoġġ taħt l-iskema ta’ ħlas wieħed sa data li trid tiġi ffissata mill-Istati Membri l-ġodda, imma mhux iktar tard mill-15 ta’ Mejju. 2. Għajr fil-każ ta’ forza maġġuri u ċirkostanzi eċċezjonali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 40(4), ma għandhom jiġu allokati ebda intitolamenti lill-bdiewa jekk ma japplikawx għall-iskema ta’ ħlas wieħed sal-15 ta’ Meju ta’ l-ewwel sena ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskem tal-ħlas wieħed. 3. L-ammonti li jikkorrisondu ma’ l-intitolamenti mhux allokati għandhom imorru lura fir-riserva nazzjonali riferita fl-Artikolu 71d u għandha tkun disponibbli għall-allokazzjoni mill-ġdid. Artikolu 71ċ Is-saqaf Is-soqfa nazzjonali ta’ l-Istati Membri l-ġodda għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness VIIIa. Artikolu 71d Ir-riserva nazzjonali 1. Kull wieħed mill-Istati Membri l-ġodda għandu jipproċedi għal tnaqqis lineari perċentwali tas-saqaf nazzjonali tiegħu sabiex jikkostitwixxi riserva nazzjonali. Dan it-tnaqqis ma għandux ikun ikbar minn 3 %, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71b(3). 2. L-Istati Membri l-ġodda għandhom jużaw ir-riserva nazzjonali bil-għan li jallokaw, skond il-kriterji oġġettivi u b’mod illi jiżguraw it-trattament indaqs bejn il-bdiewa li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni speċjali, li trid tiġi ddefinita mill-Kummisjoni skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 144(2). 3. Matul l-ewwel sena ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ ħlas wieħed, l-Istati Membri l-ġodda jistgħu jużaw ir-riserva nazzjonali bil-għan li jallokaw l-intitolamenti għall-ħlas, skond il-kriterji oġġettivi u b’mod illi jiżguraw it-trattament indaqs bejn il-bdiewa u sabiex jevitaw tagħwiġ tas-suq u tal-kompetizzjoni, lill-bdiewa f’setturi speċifiċi li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni speċjali b’riżultat tat-transizzjoni għall-iskema ta’ ħlas wieħed. Dawn l-ntitolamenti għall-ħlas għandhom jiġu mqassma skond ir-regoli li jridu jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 144(2). 4. Meta jiġu applikati l-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri l-ġodda jistgħu jżidu l-valur ta’ l-unità ta’ l-intitolamenti sal-limitu ta’ EUR 5000, u/jew in-numru ta’ l-intitolamenti allokati lill-bdiewa. 5. L-Istati Membri l-ġodda għandhom jipproċedu għal tnaqqis lineari ta’ l-intitolamenti meta r-riserva nazzjonali tagħhom ma tkunx biżżejjed għalbiex tkopri l-każijiet riferiti fil-paragrafi 2 u 3. 6. Għajr fil-każ ta’ trasferimiment b’wirt attwali jew antiċipat u permezz ta’ deroga mill-Artikolu 46, l-intitolamenti stabbiliti li jużaw ir-riserva nazzjonli ma għandhomx jiġu ttrasferiti għall-perjodu taż-żmien ta’ ħames snin li jibda mill-allokazzjoni tagħhom. Bħala deroga mill-Artikolu 45(1), kull intitolament li ma jkunx ġie wżat matul kull sena tal-perjodu taż-żmien ta’ ħames snin għandu jmur lura minnufih fir-riserva nazzjonali. Artikolu 71e L-allokazzjoni reġjonali tas-saqaf riferit fl-Artikolu 71ċ 1. L-Istati Membri l-ġodda għandhom japplikaw l-iskema ta’ ħlas wieħed fil-livell nazzjonali. 2. L-Istati Membri l-ġodda għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skond kriterji oġġettivi. L-Istati Membri l-ġodda b’inqas minn tliet miljun ettaru eliġibbli jistgħu jiġu kkunsidrati bħala reġjun wieħed. 3. Kull wieħed mill-Istati Membri l-ġodda għandu jissuddividi s-saqaf nazzjonali tiegħu riferit fl-Artikolu 71ċ wara kull tnaqqis skond l-Artikolu 71d bejn ir-reġjuni skond kriterji oġġettivi. Artikolu 71f Ir-reġjonalizzazzjoni ta’ l-iskema ta’ ħlas wieħed 1. Il-bdiewa kollha li l-azjendi tagħhom huma lokati f’reġjun mogħti għandhom jirċievu intitolamenti, li l-valur tagħhom ta’ l-unità jiġi kkalkolat billi s-saqaf nazzjonali stabbilit skond l-Artikolu 71e jiġi diviż bin-numru ta’ ettari eliġibbli fit-tifsira ta’ l-Artikolu 44(2), stabbilit fil-livell reġjonali. 2. In-numru ta’ l-intitolamenti għal kull bidwi għandu jkun egwali għan-numru ta’ l-ettari li hu jew hija jiddikjaraw skond l-Artikolu 44(2) għall-ewwel sena ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema tal-ħlas wieħed, għajr fil-każ ta’ forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 40(4). 3. L-intitolamenti għll-ħlas għal kull ettaru ma għandhomx jiġu mmodifikati għajr jekk ipprovvdut xorta oħra. Artikolu 71g L-użu ta’ l-art 1. Bħala deroga mill-Artikolu 51 u skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, il-bdiewa jistgħu wkoll jużaw il-qatgħat ta’ l-art iddikjarati skond l-Artikolu 44(3) għall-produzzjoni tal-prodotti riferiti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 [6] u fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 [7] u għall-patata għajr dik maħsuba għall-fabbrikazzjoni tal-lamtu li għaliha hija konċessa l-għajnuna skond l-Artikolu 93 ta’ dan ir-Regolament minbarra l-uċuh permanenti. 2. L-Istati Membri l-ġodda għandhom jistabbilixxu n-numru ta’ ettari li jistgħu jiġu wżati skond il-paragrafu 1 billi jissuddividu, skond kriterji oġġettivi, il-medja tan-numru ta’ ettari li kienu wżati għall-produzzjoni tal-prodotti riferiti fil-paragrafu 1 fil-livell nazzjonali matul il-perjodu taż-żmien ta’ tliet snin mis-sena 2000 sas-sena 2002 fost ir-reġjuni ddefiniti skond l-Artikolu 71e(2), Il-medja tan-numru ta’ ettari fil-livell nazzjonali u n-numru ta’ ettari fil-livell reġjonali għandha tiġi ffissata mill-Kummisjoni skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 144(2) fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni kkomunikata mill-Istat Membru l-ġdid. 3. Ġewwa l-limitu stabbilit skond il-paragrafu 2 għar-reġjun interesat, bidwi għandu jingħata l-permess li jagħmel użu mill-għażla riferita fil-paragrafu 1: (a) ġewwa l-limitu tan-numru ta’ ettari li huwa jew hija wżaw għall-produzzjoni tal-prodotti riferiti fil-paragrafu 1 fis-sena 2003; (b) bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 71a(1), fil-każ ta’ l-applikazzjoni, mutatis mutandis, ta’ l-Artikoli 40 u 42(2), ġewwa l-limitu tan-numru ta’ ettari li jrid jiġi stabbilit skond il-kriterji oġġettivi u b’mod illi jiżgura t-trattament indaqs bejn il-bdiewa u sabiex jiġu evitati t-tagħwiġ tas-suq u tal-kompetizzjoni. 4. Ġewwa l-limitu tan-numru ta’ ettari li jifdlu disponibbli wara l-applikazzjoni tal-paragrafu 3, il-bdiewa għandhom jingħataw il-permess li jipproduċu l-prodotti riferiti fil-paragrafu 1 fuq numru ta’ ettari għajr in-numru ta’ ettari li jaqgħu taħt il-paragrafu 3 ġewwa l-limitu ta’ numru ta’ ettari wżati għall-produzzjoni tal-prodotti riferiti fil-pragrafu 1 fis-sena 2004 u/jew fis-sena 2005, fejn il-prijorità għandha tingħata lill-bdiewa li jkunu diġà pproduċew il-prodotti fis-sena 2004 ġewwa l-limitu tan-numru ta’ ettari wżati fis-sena 2004. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 71 jew l-Artikolu 143b, is-snin 2004 u 2005 għandhom jiġu mibdula, rispettivement, bis-sena ta’ qabel is-sena ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ ħlas wieħed u s-sena nfisha ta’ l-applikazzjoni. 5. Sabiex jiġu stabbiliti l-limiti individwali riferiti fil-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri l-ġodda għandhom jużaw l-informazzjoni individwali tal-bdiewa, meta disponibbli. jew kull xiehda oħra pprovvduta mill-bidwi għas-sodisfazzjon tagħhom. 6. In-numru ta’ ettari li għalihom tkun ġiet stabbilita l-awtorizzazzjoni skond il-paragrafi 3 u 4 ma għandu fl-ebda każ jaqbeż in-numru ta’ ettari eliġibbli kif iddefinit fl-Artikolu 44(2) iddikjarat fl-ewwel sena ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ ħlas wieħed. 7. L-awtorizzazzjoni għandha tiġi wżata, ġewwa r-reġjun interessat, ma’ l-intitolament korrispondenti għall-ħlas. 8. Ir-rapport riferit fl-Artikolu 60 għandu jirrigwarda wkoll l-implimentazzjoni mill-Istati Membri l-ġodda. Artikolu 71h L-Art mogħtija għall-ħaxix L-Istati Membri l-ġodda jistgħu wkoll, skond kriterji oġġettivi, jiffissaw, ġewwa s-saqaf reġjonali jew parti minnu, valuri differenti għal kull unità rigwrd l-intitolamenti li jridu jiġu allokati lill-bdiewa riferiti fl-Artikolu 71f(1), għall-ettari ta’ l-art mogħtija għall-ħaxix kif identifikati fit-30 ta’ Ġunju 2003 u għal kull ettaru ieħor eliġibbli jew alternattivament għall-ettari ta’ mergħa permanenti kif identifikata fit-30 ta’ Ġunju 2001 u għal kull ettaru ieħor eliġibbli. Artikolu 71i Il-premium għall-fabbriki tal-ħalib u ħlasijiet addizzjonali Jibdew mis-sena 2007, għandhom jiġu inklużi fl-iskema ta’ ħlas wieħed l-ammonti li jirriżultaw mill-premiums tal-fabbriki tal-ħalib u l-ħlasijiet addizzjonali pprovvduti fl-Artikoli 95 u 96 u u li jridu jiġu konċessi fis-sena 2007. Madankollu, l-Istati Membri l-ġodda jistgħu jideċiedu illi l-ammonti li jirriżultaw mill-premiums għall-fabbriki tal-ħalib u ħlasiiet oħra, ipprovvduti fl-Artikoli 95 u 96, għandhom jiġu inklużi, fl-intier tagħhom jew f’parti minnhom, fl-iskema ta’ ħlas wieħed li tibda mis-sena 2005. L-intitolamenti stabbiliti skond dan il-paragrafu għandhom jiġu mmodifikati kif jixraq. L-ammont użat sabiex jiġu stabbiliti l-intitolamenti rigward dawn il-ħlasijiet għandu jkun daqs l-ammonti li jridu jiġu konċessi skond l-Artikoli 95 u 96, ikkalkolat fuq il-bażi tal-kwantità individwali tar-rifriment għall-ħalib disponibbli fuq l-azjenda fil-31 ta’ Marzu ta’ kull sena ta’ l-inklużjoni, fl-intier tagħha jew f’parti minnha, għal dawn il-ħlasijiet fl-iskema ta’ ħlas wieħed. Bħala deroga mill-Artikolu 71a(1), għandhom japplikaw l-Artikoli 48, 49 u 50 mutatis mutandis. Artikolu 71j L-intitolamentri għas-serħ 1. Il-bdiewa għandhom jirċievu parti mill-intitolamenti tagħhom għall-ħlas fil-għamla ta’ intitolmenti għas-serħ (tar-raba). 2. In-numru ta’ l-intitolmenti għas-serħ għandu jiġi stabbilit bil-moltiplikzzjoni ta’ l-art eliġibbli tal-bidwi fit-tifsira ta’ l-Artikolu 54(2) iddikjarata fl-ewwel sena ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ ħlas wieħed bir-rata applikabbli għas-serħ. Ir-rata għas-serħ għandha tiġi kkalkolata billi tiġi mmoltiplikata r-rata bażika tas-serħ obbligatorju ta’ 10 % bil-proporzjon, fir-reġjun intressat, bejn iż-żona jew iż-żoni bażi reġjonali riferiti fit-tielet pragrafu ta’ l-Artikolu 101 u l-art eliġibbli fit-tifsira ta’ l-Artikolu 54(2). 3. Il-valur ta’ l-intitolamenti għas-serħ għandu jkun il-valur reġjonali għall-intitolamenti għall-ħlasijiet kif stabbiliti skond l-Artikolu 71f(1). 4. Il-paragrafi minn 1 sa 3 ma għandhomx japplikaw għall-bdiewa li jiddikjaraw inqas minn numru ta’ ettari fit-tifsira ta’ l-Artikolu 54(2) li jkunu meħtieġa għalbiex jippoduċi numru ta’ tunnellati metriċi egwali għal 92 tunnellata metrika ta’ ċereali kif iddefinit fl-Anness IX fuq il-bażi tal-produzzjoni mill-ħsada tar-riferiment riferita fl-Anness XIb li tapplika għall-Istat Membru mill-ġodda fejn hi lokata l-azjenda, diviża bil-proporzjon riferit fit-tieni subpragrafu tal-paragrafu 2. Artikolu 71k Il-kondizzjonijiet għall-intitolamenti 1. Bħala deroga mill-Artikolu 46(1), l-intitolamenti stabbiliti skond dan il-kapitolu jistgħu jiġu ttrasferiti biss ġewwa l-istess reġjun jew bejn ir-reġjuni meta l-intitolamenti għal kull ettaru jkunu l-istess. 2. L-Istati Membri l-ġodda jistgħu jiddeċiedu wkoll, l-iktar tard sa l-1 ta’ Awissu tas-sena li tiġi qabel l-ewwel sena ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ ħlas wieħed, u huma u jaġixxu skond il-prinċipju ġenerali tal-liġijiet Komunitarji, illi l-intitolamenti stabbiliti skond dan il-kapitolu għandhom ikunu bla ħsara għall-modifiki progressivi skond il-passi stabbiliti bil-quddiem u kriterji oġġettivi. Artikolu 71l L-implimentazzjoni bil-għażla 1. It-taqsimiet 2, 3 u 4 tal-Kapitolu 5 għandhom japplikaw għall-Istati Membri l-ġodda taħtil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. Madankollu, it-Taqsima 4 ma għandhiex tapplika għall-Istati Membri l-ġodda li japplikaw l-iskema tal-ħlas wieħed riferita fl-Artikolu 143b. 2. Kull riferiment għat-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu 5 għall-Artikolu 41, b’mod partikolari rigward is-saqaf/soqfa nazzjonali, għandhom jiġu mifhuma bħala riferiment għall-Artikolu 71ċ. 3. Ir-rapport riferit fl-Artikolu 64(3) għandu jinkludi l-għażliet stabbiliti f’dan in-kapitolu." 6. L-Artikolu 74(1) jiġi mibdul b’dan li ġej: "1. Il-għajnuna għandha tiġi konċessa għaż-żoni bażi nazzjonali fiż-żoni tradizzjonali tal-produzzjoni elenkati fl-Anness X. Iż-żoni bażi għandhom ikunu kif ġej: Il-Greċja | 617 000 ettaru | Spanja | 594 000 ettaru | Franza | 208 000 ettaru | L-Italja | 1 646 000 ettaru | Ċipru | 6 183 ettaru | L-Ungerija | 2 500 ettaru | L-Awstrija | 7 000 ettaru | Il-Portugall | 118 000 ettaru" | 7. L-Artikolu 78(1) jiġi mibdul b’dan li ġej: "1. Hija hawnhekk stabbilita żona massima ggarantita ta’ 1600000 ettaru li għaliha tista’ tiġi konċessa l-għajnuna." 8. L-Artikolu 80(2) jiġi mibdul b’dan li ġej: "2. Il-għajnuna għandha tkun kif ġej skond il-produzzjoni mill-ħsada fl-Istati Membri interessati: | Is-sena tas-suq 2004/05 u fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 71 (EUR/ettari) | Is-sena tas-suq 2005/06 u 'l quddiem (EUR/ettari) | Il-Greċja | 1323,96 | 561,00 | Spanja | 1123,95 | 476,25 | Franza —it-territorju metropolitan | 971,73 | 411,75 | —il-Guiana Franċiża | 1329,27 | 563,25 | L-Italja | 1069,08 | 453,00 | L-Ungerija | 548,70 | 232,50 | Il-Portugall | 1070,85 | 453,75" | 9. L-Artikolu 81 jiġi mibdul b’dan li ġej: "L- Artikolu 81 Iż-Żoni Hija hawnhekk stabbilita żona bażi nazzjonali għal kull wieħed mill-Istati Membri li jipproduċu. Madankollu, għal Franza huma stabbiliti ġwġ żoni bażi. Iż-żoni bażi għandhom ikunu kif ġej: Il-Greċja | 20 333 ettaru | Spanja | 104 973 ettru | Franza: —it-territorju metropolitan | 19 050 ettaru | —il-Guiana Franċiża | 4 190 ettaru | L-Italja | 219 588 ettaru | L-Ungerija | 3 222 ettaru | Il-Portugall | 24 667 ettaru | Stat Membru jista’ jissuddividi ż-żona jew iż-żoni bażi tiegħu f’żoni sub-bażi skond il-kriterji oġġettivi." 10. L-Artikolu 84 jiġi mibdul b’dan li ġej: "L- Artikolu 84 Iż-Żoni 1. Stat Membru għandu jikkonċedi għajnuna Komunitarja ġewwa l-limitu ta’ saqaf ikkalkolat billi jiġi mmoltiplikat in-numru ta’ ettari ta’ l-NGA tiegħu kif iffissat fil-paragrafu 3 bl-ammont medju ta’ EUR 120,75. 2. Hija hawnhekk stabbilita żona ggarantita ta 812400 ettaru. 3. Iż-żona massima ggarantita riferita fil-pragrafu 2 għandha tiżi diviża fl-NGAjiet li ġejjin: Iż-żoni nazzjonali ġġarantiti (NGA) Il-Belġju | 100 ettaru | il-Ġermanja | 1 500 ettaru | il-Ġreċja | 41 100 ettaru | Spanja | 568 200 ettaru | Franza | 17 300 ettaru | L-Italja | 130 100 ettaru | Ċipru | 5 100 ettaru | il-Lussemburgu | 100 ettaru | l-Ungerija | 2 900 ettaru | l-Olanda | 100 ettaru | L-Awstrija | 100 ettaru | Il-Polonja | 1 000 ettaru | Il-Portugall | 41 300 ettaru | is-Slovenja | 300 ettaru | Is-Slovakja | 3 100 ettaru | Ir-Renju Unit | 100 ettaru | 4. Stat membru jista’ jissuddividi l-NGA tiegħu f’sub-żoni skond il-kriterji oġġettivi, b’mod partikolari fil-livell nazzjonali jew fejn għandha x’taqsam il-produzzjoni." 11. L-Artikolu 90 jiġi mibdul b’dan li ġej: "L- Artikolu 90 Il-kondizzonijiet għall-eġibbiltà Il-għajnuna għandha tiġi konċessa biss rigward iż-żoni li l-produzzjoni tagħhom hija koperta b’kuntratt bejn il-bidwi u l-industrija tal-poċessar, għajr fil-każ tal-proċessar midħul għalih mill-bidwi/bidwija nnifsu/nfisha fuq l-azjenda. Iż-żoni li kienu bla ħsara għal applikazzjoni għall-iskema ta’ l-uċuh tar-raba ta’ l-enerġija ma jistgħux jingħaddu bħala mserrħa għall-għanijiet tal-ħtieġa tas-serħ indikati fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 u fl-Artikoli 54(2), 63(2), 71j u 107(1) ta’ dan ir-Regolament." 12. L-Artikolu 94 jiġi mibdul b’dan li ġej: "L- Artikolu 94 Il-kondizzjonijiet Il-għajnuna għandha titħallas biss rigward il-kwalità tal-patata koperta b’kuntratt tal-kultivazzjoni bejn il-produttur tal-patata u l-fabbrikant tal-lamtu ġewwa l-limitu tal-kwota allokata lil din l-impriża, kif riferit fl-Artikolu 2(2) jew (4) tar-Regolament (KE) Nru 1868/94." 13. L-Artikolu 99(3) jiġi mibdul b’dan li ġej: "3. L-ammont mitlub tal-għajnuna ma għandux jaqbeż saqaf, iffissat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 64(2), li jikkorrispondi mal-komponent tal-għajnuniet għaż-żrieragħ għall-ispeċje interessata fis-saqaf nazzjonali riferit fl-rtikolu 41. Madankollu, għall-Istati Membri l-ġodda, dan is-saqaf għandu jikkorrispondi ma’ l-ammonti msemmij fl-Anness XIa. Meta l-ammont totali tal-għajnuna mitluba jaqbeż is-saqaf iffissat, il-għajnuna għal kull bidwi għandha tiġi mnaqqsa b’mod proporzjonali f’din is-sena." 14. Fl-Artikolu 101, jiddaħħal il-paragrafu li ġej wara t-tieni paragrafu: "Madankollu, iż-żona jew iż-żoni bażi reġjonali fl-Istati Membri l-ġodda għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 144(2) u ġewwa l-limiti taż-żoni bażi nazzjonali elenkati fl-Anness XIb." 15. Fl-Artikolu 103, jiddaħħal l-Artikolu li ġej wara l-ewwel paragrafu: "Alternattivament, għal kull Stat Membru mill-ġodda li japplika l-iskema tal-ħlas wieħed għaż-żona riferita fl-Artikolu 66, il-pjan tar-reġjonalizzazzjoni għandu jiġi stabbilit, skond kriterji oġġettivi, mhux iktar tard mill-1 ta’ Awissu ta’ l-aħħar sena ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema tal-ħlas wieħed għaż-żona. Meta dan isisr, iż-żoni bażi reġjonali magħquda u l-produzzjoni medja ppeżata mill-ħsada tar-riferiment fir-reġjuni għandhom jirrispettaw il-limiti taż-żona bażi nazzjonali u l-produzzjoni ta’ riferimenrti mill-ħsada kif elenkati fl-Anness XIb." 16. L-Artikolu 105 jiġi mibdul b’dan li ġej: "L- Artikolu 105 Is-suupliment għall-qamħ duru 1. Suppliment għall-ħlas taż-żona ta’ - EUR 291 għal kull ettaru għas-sena tas-suq 2005/06, - EUR 291 għal kull ettaru għas-sena tas-suq 2006/07 u ‘l quddiem għandu jitħallas għaż-żona mogħtija għall-qamħ duru fiż-żoni tradizzjonali tal-produzzjoni elenkati fl-Anness X, bla ħsara għal-limiti li ġejjin: Il-Greċja | 617 000 ettaru | Spanja | 594 000 ettari | Franza | 208 000 ettaru | L-Italja | 1 646 000 ettari | Ċipru | 6 183 ettari | l-Ungerija | 2 500 ettaru | l-Awstrija | 7 000 ettaru | Il-Portugall | 118 000 ettaru | 2. Jekk it-total taż-żoni li għalihom jiġi mitlub suppliment għall-ħlas għaż-żona ikun ikbar mil-limitu riferit fil-paragrafu 1 matul il-kors ta’ sena tas-suq, iż-żona għal kull bidwi li għaliha jista’ jitħallas is-suppliment għandha titnaqqas b’mod proporzjonali. Madankollu, bla ħsara għal-limiti għal kull Stat Membru stabbiliti fil-paragrafu1, l-Istati Membri jistgħu jqassmu ż-żoni indikati f’dan il-paragrafu fost iż-żoni tal-produzzjoni kif iddefiniti fl-Anness X, jew, għall-Istati Membri tal-Komunità kif ikkostitwita fit-30 ta’ April 2004, jekk meħtieġ, ir-reġjuni tal-produzzjoni tal-pjan tar-reġjonalizzazzjoni, skond il-kobor tal-produzzjoni tal-qamħ duru matul il-perjodu taż-żmien mis-sena 1993 sas-sena 1997. Meta jsir dan, jekk it-total taż-żoni f’reġjun li għalihom jiġi mitlub suppliment għall-ħlas għaż-żona jkun ikbar mil-limitu reġjonali korrispondenti matul il-kors ta’ sena tas-suq, iż-żona għal kull bidwi li għaliha jista’ jitħallas is-suppliment għandha titnaqqas b’mod proporzjonali. It-tnaqqis għandu jintgħamel meta, ġewwa Stat Membru, iż-żoni fir-reġjuni li ma jkunux laħqu l-limiti reġjonali tagħhom ikunu ġew imqassma lir-reġjuni li fihom ikunu nqabżu dawn il-limiti. 3. Fir-reġjuni fejn il-produzzjoni tal-qamħ duru tkun stabbilita sewwa, għajr dawk riferiti fl-Annes X, għandha tiġi konċessa għajnuna speċjali li tammonta għal EUR 45 għal kull ettaru għas-sena tas-suq 2005/06 sa limitu tan-numru ta’ ettari li ġej: Il-Ġermanja | 10 000 ettaru | Spanja | 4 000 ettaru | Franza | 50 000 ettaru | L-Italja | 4 000 ettaru | L-Ungerija | 4 305 ettaru | Is-Slovakja | 4 717 ettaru | Ir-Renju Unit | 5 000 ettaru.’" | 17. L-Artikolu 108 jiġi mibdul b’dan li ġej: "L- Artikolu 108 L-art eliġibbli L-applikazzjonijiet għall-ħlasijiet ma jistgħux isiru rigwrd l-art li, fid-data pprovvduta għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żona għas-sena 2003, kienet mogħtija għall-mergħa permanenti, għall-uċuh tar-raba jew għas-siġar permanenti jew kienet użata għal skopijiet mhux agrikoli. Għall-Istati Membri l-ġodda, l-applikazzjonijiet għall-ħlasijiet ma jistgħux isiru rigward l-art li, fit-30 ta’ Ġunju 2003, kienet mogħtija għall-mergħa permanenti, għall-uċuh tar-raba jew għas-siġar permanenti jew kienet użata għal skopijiet mhux agrikoli. L-Istati Membri jistgħu, fuq kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti skond il-proċedura riferitati fl-Artikolu 144(2), jidderogaw mill-ewwel jew it-tieni subparagrafi ta’ dan l-Artikolu sakemm jieħdu azzjoni sabiex jipprevjienu kull żieda sinifikanti fiż-żona agrikola totali eliġibbli." 18. L-Artikolu 116(2) jiġi mibdul b’dan li ġej: "2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw illi s-somma tad-drittijiet għall-premiums fit-territorju tagħhom ma taqbiżx is-soqfa nazzjonali ddikjarati fil-paragrafu 4 u li jistgħu jinżammu r-riservi nazzjonali riferiti fl-Artikolu 118. Għajr fil-każijiet meta jiġi applikat l-Artikolu 143b, l-Istati Membri l-ġodda għandhom jallokaw soqfa individwali lill-produtturi u għandhom jistabbilixxu r-riservi nazzjonli min-numru globali tad-drittijiet għall-premiums riservati għal kull wieħed minn dawn l-Istati Membri l-ġodda kif iddikjrat fil-paragrafu 4, mhux iktar tard minn sena wara d-data ta’ l-adeżjoni. Wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ ħlas wieħed għaż-żona skond l-Artikolu 143b u meta jiġi applikat l-Artikolu 67, l-allokazzjoni tas-soqfa individwali lill-produtturi u li tiġi stabbilita r-riserva nazzjonali riferita fit-tieni subparagrafu għandhom isiru mhux iktar tard mit-tmiem ta’ l-ewwel sena ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ ħlas wieħed." 19. L-Artikolu 116(4) jiġi mibdul b’dan li ġej: "4. Għandhom japplikaw is-soqfa li ġejjin: L-Istat Membru | Id-Drittijiet (× 1 000) | Il-Belġju | 70 | Ir-Repubblika Ċeka | 66,733 | Id-Danimarka | 104 | Il-Ġermanja | 2432 | L-Estonja | 48 | Il-Greċja | 11023 | Spanja | 19580 | Franza | 7842 | L-Irlanda | 4956 | L-Italja | 9575 | Ċipru | 472,401 | Il-Latvija | 18,437 | Il-Lituwanja | 17,304 | Il-Lussemburgu | 4 | L-Ungerija | 1146 | Malta | 8,485 | L-Olanda | 930 | L-Awstrija | 206 | Il-Polonja | 335,88 | Il-Portugall | 2690 | Is-Slovenja | 84,909 | Is-Slovakja | 305,756 | Il-Finlandja | 80 | L-Isvezja | 180 | Ir-Renju Unit | 19492 | It-Total | 81667,905" | 20. L-Artikolu 119(3) jiġi mibdul b’dan li ġej: "3. Għandhom japplikaw l-ammonti globali li ġejjin: (EUR 1 000) | Il-Belġju | 64 | Ir-Repubblika Ċeka | 71 | Id-Danimarka | 79 | Il-Ġermanja | 1793 | L-Estonja | 51 | Il-Greċja | 8767 | Spanja | 18827 | Franza | 7083 | L-Irlanda | 4875 | L-Italja | 6920 | Ċipru | 441 | Il-Latvija | 19 | Il-Lituwanja | 18 | Il-Lussemburgu | 4 | L-Ungerija | 1212 | Malta | 9 | L-Olanda | 743 | L-Awstrija | 185 | Il-Polonja | 355 | Il-Portugall | 2275 | Is-Slovenja | 86 | Is-Slovakja | 323 | Il-Finlandja | 61 | L-Isvezja | 162 | Ir-Renju Unit | 20162" | 21. Fl-Artikolu 119, jiżdied il-paragrafu li ġej: "4. Fl-Istati Membri l-ġodda, l-ammonti globali għandhom jiġu applikati skond l-iskeda taż-żidiet inkrementali kif iddikjarati fl-Artikolu 143a." 22. L-Artikolu 123(8) jiġi mibdul b’dan li ġej: "8. Għandhom japplikaw is-soqfa reġjonali ġejjin: Il-Belġju | 235149 | Ir-Repubblika Ċeka | 244349 | Id-Danimarka | 277110 | Il-Ġermanja | 1782700 | L-Estonja | 18800 | Il-Greċja | 143134 | Spanja | 713999 | Franza | 1754732 | L-Irlanda | 1077458 | L-Italja | 598746 | Ċipru | 12000 | Il-Latvija | 70200 | Il-Lituwanja | 150000 | Il-Lussemburgu | 18962 | L-Ungerija | 94620 | Malta | 3201 | L-Olanda | 157932 | L-Awstrija | 373400 | Il-Polonja | 926000 | Il-Portugall | 175075 | Is-Slovenja | 92276 | Is-Slovakja | 78348 | Il-Finlandja | 250000 | L-Isvezja | 250000 | Ir-Renju Unit | 1419811" | 23. L-Artikolu 126(1) jiġi mibdul b’dan li ġej: "1. Għandha tiġi konċessa lill-kull bidwi tal-baqar li jreddgħu ġewwa l-limitu tas-soqfa stabbiliti fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jew tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2." 24. L-Artikolu 126(2) jiġi mibdul b’dan li ġej: "2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw illi s-somma tad-drittijiet għall-premiums fit-territorju tagħhom ma taqbiżx is-soqfa nazzjonali ddikjarati fil-paragrafu 5 u li jistgħu jinżammu r-riservi nazzjonali riferiti fl-Artikolu 128. Għajr fil-każijiet meta jiġi applikat l-Artikolu 143b, l-Istati Membri l-ġodda għandhom jallokaw soqfa individwali lill-produtturi u għandhom jistabbilixxu r-riservi nazzjonli min-numru globali tad-drittijiet għall-premiums riservati għal kull wieħed minn dawn l-Istati Membri l-ġodda kif iddikjrat fil-paragrafu 5, mhux iktar tard minn sena wara d-data ta’ l-adeżjoni. Wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ ħlas wieħed għaż-żona skond l-Artikolu 143b u meta jiġi applikat l-Artikolu 68(2)(a)(i), l-allokazzjoni tas-soqfa individwali lill-produtturi u li tiġi stabbilita r-riserva nazzjonali riferita fit-tieni subparagrafu għandhom isiru mhux iktar tard mit-tmiem ta’ l-ewwel sena ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ ħlas wieħed." 25. L-Artikolu 126(5) jiġi mibdul b’dan li ġej: "5. Għandhom japplikaw is-soqfa nazzjonali li ġejjin: Il-Belġju | 394253 | Ir-Repubblika Ċeka | 90300 | Id-Danimarka | 112932 | Il-Ġermanja | 639535 | L-Estonja | 13416 | Il-Greċja | 138005 | Spanja | 1441539 | Franza | 3779866 | L-Irlanda | 1102620 | L-Italja | 621611 | Ċipru | 500 | Il-Latvija | 19368 | Il-Lituwanja | 47232 | Il-Lussemburgu | 18537 | L-Ungerija | 117000 | Malta | 454 | L-Olanda | 63236 | L-Awstrija | 375000 | Il-Polonja | 325581 | Il-Portugall | 416539 | Is-Slovenja | 86384 | is-Slovakja | 28080 | Il-Finlandja | 55000 | L-Isvezja | 155000 | Ir-Renju Unit | 1699511" | 26. Fl-Artikolu 130(3) jiżdied is-subparagrafu li ġej: | Il-Barrin, il-baqar u l-għoġiela rġiel u nisa | L-Għoġiela ta' iktar minn xahar u inqas minn 8 xhur għomor tal-piż tal-karkassa sa 185 kg | Ir-Repubblika Ċeka | 483382 | 27380 | L-Estonja | 107813 | 30000 | Ċipru | 21000 | — | Il-Latvija | 124320 | 53280 | Il-Lituwanja | 367484 | 244200 | L-Ungerija | 141559 | 94439 | Malta | 6002 | 17 | Il-Polonja | 1815430 | 839518 | Is-Slovenja | 161137 | 35852 | Is-Slovakja | 204062 | 62841" | 27. L-Artikolu 133(3) jiġi mibdul b’dan li ġej: "3. Għandhom japplikaw l-ammonti globali li ġejjin: (miljuni ta' EUR) | Il-Belġju | 39,4 | Ir-Repubblika Ċeka | 8,776017 | Id-Danimarka | 11,8 | Il-Ġermanja | 88,4 | L-Estonja | 1,13451 | Il-Greċja | 3,8 | Spanja | 33,1 | Franza | 93,4 | L-Irlanda | 31,4 | L-Italja | 65,6 | Ċipru | 0,308945 | Il-Latvija | 1,33068 | Il-Lituwanja | 4,942267 | Il-Lussemburgu | 3,4 | L-Ungerija | 2,936076 | Malta | 0,0637 | L-Olanda | 25,3 | L-Awstrija | 12,0 | Il-Polonja | 27,3 | Il-Portugall | 6,2 | Is-Slovenja | 2,964780 | Is-Slovakja | 4,500535 | Il-Finlandja | 6,2 | L-Isvezja | 9,2 | Ir-Renju Unit | 63,8" | 28. Fl-Artikolu 135(1), jiżdied l-inċiż li ġej ma’ l-ewwel subparagrafu: "— għall-Istati Membri l-ġodda: egwali għas-soqfa ddikjarati fl-Artikolu 123(8) jew egwali għan-numru medju tal-qtil ta’ l-ifrat irġiel matul is-snin 2001, 2002 u 2003 skond l-istatistiċi ta’ l-Eurostat għal dawn is-snin jew kull tagħrif statistiku ieħor uffiċjali għal dawn is-snin aċċettat mill-Kummissjoni." 29. Fl-Artikolu 135(4), tiżdied is-sentenza li ġejja: "Għall-Istati Membri l-ġodda, is-snin tar-riferiment għandhom ikunu l-2001, l-2002 u l-2003." 30. Fl-Artikolu 136(2), tiżdied is-sentenza li ġejja mat-tieni subparagrafu: "Għall-Istati Membri l-ġodda, is-snin tar-riferiment għandhom ikunu l-2001, l-2002 u l-2003." 31. Wara l-Artikolu 136, jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "L- Artikolu 136a Il-kondizzjonijiet ta’ l-applikazzjoini fl-Istati Membri l-ġodda Fl-Istati Membri l-ġodda, l-ammonti globali riferiti fl-Artikolu 133(3) u l-ħlas massimu għaż-żona ta’ EUR 350 għal kull ettaru riferit fl-Artikolu 126(3) għandhom jiġu applikati skond l-iskeda taż-żidiet inkrementali kif iddikjrati fl-Artikolu 143a." 32. Fl-Artikolu 139, tiżdied is-sentenza li ġejja ma’ l-ewwel subparagrafu: "Madankollu, għall-Istati Membri l-ġodda, is-saqaf iffissat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 64(2) għandu jikkorrispondi mal-komponent ta’ kull wieħed mill-ħlasijiet diretti interessati fis-saqaf riferit fl-Artikolu 71ċ." 33. L-Artikolu 143 jiġi mibdul b’dan li ġej: "L- Artikolu 143 Is-saqaf Is-somma tal-għajnuna mitluba ma għandux tkun ikbar minn saqaf, iffissat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 64(2), li jikkorrispondi mal-komponent tal-ħlasijiet għaż-żona rigward il-legumi taż-żerriegħa riferit fl-Artikolu 41. Madankollu, għall-Istati Membri l-ġodda, is-saqaf iffissat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 64(2) għandu jikkorrispondi mal-komponent tal-ħlasijiet għaż-żona rigward il-legumi taż-żerriegħa riferiti fl-Anness VI fis-saqaf riferit fl-Artikolu 71ċ. Meta l-ammont totali tal-għajnuna mitluba jaqbeż is-saqaf iffissat, il-għajnuna għal kull bidwi għandha tiġi mnaqqsa b’mod proporzjonali f’din is-sena." 34. Fl-Artikolu 145, il-punt (d) jiġi mibdul b’dan li ġej: "(d) rigward l-iskema tal-ħlas wieħed, regoli ddettaljati li għndhom x’jaqsmu b’mod partikolari ma’ l-istbbiliment tar-riserva nazzjonali, it-trasferiment ta’ l-intitolamenti, id-definizzjoni ta’ wċuh permanenti tar-raba, mergħat permanenti, art agrikola u art mogħtija għall-ħaxix, il-għażliet ipprovvduti fil-Kapitoli 5 u 6 tat-Titolu III u l-lista ta’ l-uċuh tar-raba permessi fuq l-art imserrħa kif ukoll ir-regoli ddettaljati li għandhom x’jaqsmu mal-konformità mal-Memorandum ta’ Fehim dwar ċerti żrieragħ taż-żejt bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fil-qafas tal-GATT approvat bid-Deċiżjoni 93/355/KEE [19]." 35. Fl-Artikolu 145, il-punt (d) jiġi mibdul b’dan li ġej: "(i) dawk l-emendi għall-Annessi II, VI, VII, IX, X u XI skond kif jistgħu jsiru meħtieġa, filwaqt li titqies b’mod partikolari l-leġislazzjoni Komunitarja u, safejn jirrigwarda l-Annessi VIII u VIIIa, fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 62 u 71 rispettivament u, skond kif ikun il-każ, fil-funzjoni tat-tagħrif ikkomunikat mill-Istati Membri f’relazzjoni mal-parti ta’ l-ammonti ta’ riferiment li jikkorrispondu mal-ħlasijiet għall-uċuh tar-raba mħrut, kif ukoll l-ammonti tas-soqfa nfushom, li jridu jiġu miżjuda fil-funzjoni tad-differenza bejn iż-żona attwalment stabbilita u ż-żona li għaliha tħallsu premiums għall-uċuh tar-raba maħrut fis-snin 2000 u 2001, fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3887/92 [20], ġewwa l-limitu taż-żoni bażi (jew iż-żona massima ggarantita għall-qamħ duru) u fil-waqt li titqies il-produzzjoni medja nazzjonali mill-ħsada wżata għall-kalkolu fl-Anness VIII." 36. Fl-Artikolu 145, il-punt (q) jiġi mibdul b’dan li ġej: "(q) il-miżuri li huma kemm meħtieġa u kemm iġġustifikati kif mistħoqq għalbiex isolvu, f’emerġenza, il-problemi prattiċi u speċifiċi, b’mod partikokari dawk li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II u l-Kapitoli 5 u 6 tat-Titolu III. Dawn il-miżuri jistgħu jidderogaw minn ċerti punti ta’ dan ir-Regolament, imma biss safejn u sakemm u għal dak il-perjodu taż-żmien li jkun strettament meħtieġ." 37. L-Artikolu 146 jiġi mibdul b’dan li ġej: "L- Artikolu 146 It-trasmissjoni tat-tagħrif lill-Kummissjoni L-Istati Membri għandom jgħarrfu lill-Kummisjoni fid-dettal dwar il-miżuri meħuda sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament u, b’mod partikolari, dawk li għandhom x’jaqmu ma’ l-Artikoli 5, 13, 42, 58, 71d u 71e." 38. Wara l-Artikolu 154, jiżdied l-Artikolu li ġej: "L- Artikolu 154a L-arranġamenti transitorji għall-Istati Membri l-ġodda 1. Meta jkunu meħtieġa miżuri transitorji għalbiex jiffaċilitaw, għall-Istati Membri l-ġodda, it-transizzjoni mill-iskema tal-ħlas wieħed għaż-żona għall-iskema tal-ħlas wieħed u l-iskemi l-oħra tal-għajnuna riferiti fit-Titoli III u IV, dawn il-miżuri għandom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 144(2). 2. Il-miżuri riferiti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu adottati matul perjodu taż-żmien li jibda fl-1 ta’ Mejju 2004 u jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2009 u ma għandux japplika wara din id-data. Huwa u jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill jista’ jestendi dan il-perjodu taż-żmien." 39. Wara l-Anness VIII, jiżdied l-Anness li ġej: L-ANNESS VIIIA Is-soqfa nazzjonali riferiti fl-Artikolu 71ċ Is-soqfa ġew ikkalkolati billi tqieset l-iskeda taż-żidiet inkrementali pprovvduta fl-Artikolu 143a u għalhekk ma jeħtiġux li jitnaqqsu. (miljuni ta' EUR) | Is-Sena kalendarja | Ir-Repubblika Ċeka | L-Estonja | Ċipru | Il-Latvija | Il-Lituwanja | L-Ungerija | Malta | Il-Polonja | Is-Slovenja | Is-Slovakja | 2005 | 227,9 | 23,4 | 8,9 | 33,9 | 92,0 | 350,8 | 0,67 | 724,3 | 35,5 | 97,6 | 2006 | 265,7 | 27,3 | 10,4 | 39,6 | 107,3 | 408,7 | 0,78 | 845,0 | 41,4 | 113,6 | 2007 | 342,4 | 40,4 | 13,9 | 55,6 | 146,9 | 495,1 | 1,59 | 1098,8 | 55,5 | 144,5 | 2008 | 427,8 | 50,5 | 17,4 | 69,5 | 183,6 | 618,5 | 1,99 | 1373,4 | 69,4 | 180,5 | 2009 | 513,2 | 60,5 | 20,9 | 83,4 | 220,3 | 741,9 | 2,38 | 1648,0 | 83,3 | 216,6 | 2010 | 598,5 | 70,6 | 24,4 | 97,3 | 257,0 | 865,2 | 2,78 | 1922,5 | 97,2 | 252,6 | 2011 | 683,9 | 80,7 | 27,8 | 111,2 | 293,7 | 988,6 | 3,18 | 2197,1 | 111,0 | 288,6 | 2012 | 769,3 | 90,8 | 31,3 | 125,1 | 330,4 | 1111,9 | 3,57 | 2471,7 | 124,9 | 324,6 | is-snin sossegwenti | 854,6 | 100,9 | 34,8 | 139,0 | 367,1 | 1235,3 | 3,97 | 2746,3 | 138,8 | 360,6 | 40. L-Anness jiġi kkompletat bid-dħul li ġej: "ĊIPRU L-UNGERIJA Ir-Reġjuni Dél Dunamenti síkság Dél-Dunántúl Közép-Alföld Mezoföld Berettyo-Korös-Maros vidéke Györi medence Hajdúság" 41. Wara l-Anness XI, jiżdiedu l-Annessi li ġejjin:" L-ANNESS XIA Is-soqfa tal-għajnuna għaż-żrieragħ fl-Istati Membri l-ġodda riferiti fl-Artikolu 99(3) (miljuni ta' EUR) | Is-Sena kalendarja | Ir-Repubblika Ċeka | L-Estonja | Ċipru | Il-Latvija | Il-Lituwanja | L-Ungerija | Malta | Il-Polonja | Is-Slovenja | Is-Slovakja | 2005 | 0,87 | 0,04 | 0,03 | 0,10 | 0,10 | 0,78 | 0,03 | 0,56 | 0,08 | 0,04 | 2006 | 1,02 | 0,04 | 0,03 | 0,12 | 0,12 | 0,90 | 0,03 | 0,65 | 0,10 | 0,04 | 2007 | 1,17 | 0,05 | 0,04 | 0,14 | 0,14 | 1,03 | 0,04 | 0,74 | 0,11 | 0,05 | 2008 | 1,46 | 0,06 | 0,05 | 0,17 | 0,17 | 1,29 | 0,05 | 0,93 | 0,14 | 0,06 | 2009 | 1,75 | 0,07 | 0,06 | 0,21 | 0,21 | 1,55 | 0,06 | 1,11 | 0,17 | 0,07 | 2010 | 2,04 | 0,08 | 0,07 | 0,24 | 0,24 | 1,81 | 0,07 | 1,30 | 0,19 | 0,08 | 2011 | 2,33 | 0,10 | 0,08 | 0,28 | 0,28 | 2,07 | 0,08 | 1,48 | 0,22 | 0,09 | 2012 | 2,62 | 0,11 | 0,09 | 0,31 | 0,31 | 2,33 | 0,09 | 1,67 | 0,25 | 0,11 | is-snin sossegwenti | 2,91 | 0,12 | 0,10 | 0,35 | 0,35 | 2,59 | 0,10 | 1,85 | 0,28 | 0,12 | L-ANNESS XI B Iż-żoni bażi nazzjonali ta’ l-uċuh tar-raba maħrut u l-produzzoni mill-ħaa fl-Istati Membri l-ġodda riferiti fl-Artikoli 101 u 103 | Iż-Żona bażi (ettari) | Il-Produzzjoni mill-ħsada tar-riferiment (tunnellati metriċi/ettari) | Ir-Repubblika Ċeka | 2253598 | 4,20 | L-Estonja | 362827 | 2,40 | Ċipru | 79004 | 2,30 | Il-Latvija | 443580 | 2,50 | Il-Lituwanja | 1146633 | 2,70 | L-Ungerija | 3487792 | 4,73 | Malta | 4565 | 2,02 | Il-Polonja | 9454671 | 3,00 | Is-Slovenja | 125171 | 5,27 | Is-Slovakja | 1003453 | 4,06 | " Artikolu 2 L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1786/96 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "2. Il-kwantità massima ggarantita pprovvduta fil-paragrafu għandha tiġi mqassma fost l-Istati Membri kif ġej: Il-kwantitajiet massimi ggarantiti (tunnellati metriċi) L-Unjoni Ekonomika Belġju-Lussemburgu (BLEU) | 8000 | Ir-Repubblika Ċeka | 27942 | Id-Danimarka | 334000 | Il-Ġermanja | 421000 | Il-Greċja | 37500 | Spanja | 1325000 | Franza | 1605000 | L-Irlanda | 5000 | L-Italja | 685000 | Il-Lituwanja | 650 | L-Ungerija | 49593 | L-Olanda | 285000 | L-Awstrija | 4400 | Il-Polonja | 13538 | Il-Portugall | 30000 | Is-Slovakja | 13100 | Il-Finlandja | 3000 | L-Isvezja | 11000 | Ir-Renju Unit | 102000" | Artikolu 3 Fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: "Il-miżura prevista fl-aħħar inċiż tat-tieni paragrafu ma tapplikax għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakja." Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004 bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jirrigwarda l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru. ir-Repubblika tal-Latvija, ir-Repubblika tal-Lituwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Marzu 2004. Għall-Kunsill Il-President B. Cowen [1] ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 17. [2] ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 33. [3] ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 1. [4] ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 114. [5] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1783/2003 (ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 70). [6] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1. [7] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29. [19] ĠU L 147, tat-18.6.1993, p. 25. [20] ĠU L 327, tat-12.12.2001, p. 11. --------------------------------------------------