Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 32004R0480

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 480/2004 tal-15 ta’ Marzu ta’ l-2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2002 dwar deroga għall-2004 kemm mill-għeluq taż-żmien għan-notifika tal-pjanijiet ta’ proġettazzjoni finanzjarji għal miżuri finanzjati mill-Fond ta’ Tabakk tal-Komunità u l-għeluq ta’ żmien għall-allokazzjoni definittiva ta’ riżorsi mill-Fond fost l-Istati Membri

    ĠU L 78, 16.3.2004, p. 8/8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Estatuto jurídico del documento Vigente

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/480/oj

    32004R0480



    Official Journal L 078 , 16/03/2004 P. 0008 - 0008


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 480/2004

    tal-15 ta’ Marzu ta’ l-2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2002 dwar deroga għall-2004 kemm mill-għeluq taż-żmien għan-notifika tal-pjanijiet ta’ proġettazzjoni finanzjarji għal miżuri finanzjati mill-Fond ta’ Tabakk tal-Komunità u l-għeluq ta’ żmien għall-allokazzjoni definittiva ta’ riżorsi mill-Fond fost l-Istati Membri

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 2075/92 tat-30 ta’ Ġunju ta’ l-1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fit-tabakk nej [1], ub’mod partikolari l-Artikolu 14a tiegħu,

    Billi:

    (1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2182/2002 tas-6 ta’ Diċembru ta’ l-2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 għal dak li jirrigwarda l-Fond tat-Tabakk tal-Komunità’ [2] jispeċifika, fl-Artikoli 17(3) u (4), l-għeluq taż-żmien għan-notifika lill-Kummisjsoni tal-pjanijiet ta’ proġettazzjoni finanzjarji għall-miżuri għal liema assistenza ġiet mitluba u l-għeluq taż-żmien għall-allokament definittiv, fost l-Istati Membri, ta’ riżorsi mill-Fond.

    (2) Li jippermetti Stati Membri żmien biżżejjed li jtellgħu l-pjanijiet ta’ proġettazzjoni finanzjarji għall-2004 għal miżuri li jippermettu bidla ta’ produzzjoni, t-terminu perentorju għall-2004 għan-notfika tal-pjanijiet lill-Kummissjoni u, konsegwentament, dak għall-allokament definittiv ta’ riżori fost Stati Membri, għandhom ikunu possposti fuq l-istess termini bħal fl-2003.

    (3) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma in konformita’ ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tat-Tabakk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L- Artikolu 1

    Il-paragrafu segwenti huwa miżjud ma’ l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 2182/2002:

    "Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 17(3), it-terminu perentorju tal-31 ta’ Marzu ta’ l-2004 għan-notifika ta’ pjanijiet ta’ proġettazzjoni għall-finanzjar ta’ miżuri għal liema assistenza ġiet mitluba taħt programm ta’ xiri lura għall-ħsad ta’ l-2003 għandu jkun posspost għall-31 ta’ Mejju ta’ l-2004 u, konsegwentament, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 17(4), it-terminu perentorju tal-31 ta’ Mejju ta’ l-2004 għandu jkun posspost għat-30 ta’ Ġunju ta’ l-2004."

    L- Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, l-15 ta’ Marzu ta’ l-2004.

    Ghall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 215, tat-30.7.92, p. 70. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2319/2003 (ĠU L 345, tal-31.12.3, p. 17).

    [2] ĠU L 331, tas-7.12.2, p. 16.

    --------------------------------------------------

    Arriba