EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0393

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 393/2004 ta’ l-24 ta’ Frar 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1673/2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb imkabbra għall-fibra

ĠU L 65, 3.3.2004, p. 4–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32007R1234

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/393/oj

32004R0393



Official Journal L 065 , 03/03/2004 P. 0004 - 0004


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 393/2004

ta’ l-24 ta’ Frar 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1673/2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb imkabbra għall-fibra

Il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari t-tielet parti ta’ l-Artikolu 37(2) fih imsemmi,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkonsulta l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

billi:

(1) It-tieni parti ta’ l-Artikolu 2(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru. 1673/2000 [3] tistabbilixxi li l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mil-limitu ta’ 7,5 % ta’ impuritajiet u skald u jagħtu għajnuna għall-ipproċessar tal-fibra qasira tal-kittien li tkun tinsab f’persentaġġ ta’ impuritajiet u skald ta’ bejn 7,5 % u 15 % u għall-fibra tal-qanneb li tkun tinsab f’persentaġġ ta’ impuritajiet u skald ta’ bejn 7,5, % u 25 %. Madankollu, jista’ jittieħed vantaġġ minn din il-possibilita’ biss sas-sena tal-marketing 2003/04.

(2) Fiż-żmien preżenti, il-persentaġġ ta’ impuritajiet u skald f’ħafna mill-fibri qosra tal-kittien u l-fibri tal-qanneb miksuba matul l-ewwel proċess jaqbeż il-limitu ta’ 7,5 %. Sabiex ikun konsolidat l-iżvilupp pożittiv li s-settur qed jesperjenza u sabiex jingħata lok għal iktar titjib fil-kompetittivita’, il-possibilita’ ta’ l-Istati Membri biex jidderogaw minn dak il-limitu għandha tkun estiża għal sentejn tal-marketing.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru. 1673/2000 għandu jkun emendat skond iċ-ċirkostanzi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Fit-tieni parti ta’ l-Artikolu 2(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru. 1673/2000, "2001/2002 sa 2003/2004" hu sostitwit minn "2001/02 sa 2005/06".

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Frar 2004.

F’isem il-Kunsill

Il-President

J. Walsh

[1] Opinjoni mogħtija nhar l-10 ta’ Frar 2004 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-ġurnal Uffiċjali).

[2] Opinjoni mogħtija nhar il-21ta’ Jannar 2004 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 193, tad-29.7.00, p. 16. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, tal-21.10.3, p. 1).

--------------------------------------------------

Top