EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0391

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 524/2004 tas-19 ta' Marzu 2004 li għall-31 darba qed temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr. 881/2002 li, jimponi ċerti miżuri ta' restrizzjoni fuq ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u tat-Taliban, u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 881

ĠU L 64, 2.3.2004, p. 36–37 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/391/oj

32004R0391



Official Journal L 064 , 02/03/2004 P. 0036 - 0037


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 524/2004

tas-19 ta' Marzu 2004

li għall-31 darba qed temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr. 881/2002 li, jimponi ċerti miżuri ta' restrizzjoni fuq ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u tat-Taliban, u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 881

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr. 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiki ta' restrizzjoni fuq ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden,in-networks ta' l-Al-Qaida u tat-Taliban u li tħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr.467/2001, li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' certu tip ta' merkanzija u servizzi lill-Afganistan,li ssaħħaħ il-projbizzjoni ta' titjir u testendi l'iffriżar ta' fondi u risorsi finanzjarji oħra lejn it-Taliban ta' l-Afganistan [1], kif kif emendat bir-Regolament (KE)Nr. 391/2004 [2] speċjalment bl-Artikolu 7(1)l-ewwel inċiż tiegħu

billi:

(1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nr.881/2002 jagħti lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u risorsi ekonomiki taħt l-istess Regolament.

(2) Fl-24 ta' Frar, fit-12 ta' Marzu u fis-17 ta' Marzu,il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċida li jemenda il-lista ta' persuni gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u risorsi ekonomiki.L-ANNESS I għandu b'hekk jiġi emendat kif xieraq.

(3) Biex jiġi aċċertat li dawn il-miżuri previsti ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ immedjatament.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ANNESS I tar-Regolament (KE) Nr. 881/2002 qiegħed jiġi emendat hawnhekk skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 19 Marzu 2004.

Ghall-Kummissjoni

Christopher Patten

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 139, 29.05.02, p. 9.

[2] ĠU L 64, 02.03.04, p. 36.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-ANNESS I tar-Regolament (KE) Nr.881/2002 qed jiġi amendat kif ġej:

Dawn li ġejjin għandhom jiġu miżjuda taħt l-Intestatura

"Persuni"

.

"Al-Haramain Fondazzjoni ta' (l-Indoneżja) (alias Yayasan Al-Manahil-l-Indoneżja), Jalan Laut Sulawesi Block DII/4, Kavling Angkatan Laut Duren Sawit, Jakarta Timur 13440, l-Indoneżja. Informazzjoni oħra: telefon: 021-86611265 u 021-86611266; fax 021-8620174."

--------------------------------------------------

Top