This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0284
Commission Regulation (EC) No 284/2004 of 18 February 2004 initiating an investigation concerning the possible circumvention of anti-dumping measures imposed by Council Regulation (EC) No 1676/2001 on imports of polyethylene terephthalate (PET) film originating, inter alia, in India by imports of polyethylene terephthalate (PET) film consigned from Brazil and from Israel, whether declared as originating in Brazil or Israel or not and making such imports subject to registration
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 284/2004 tat-18 ta' Frar 2004 li jiftaħ investigazzjoni li tirrigwarda t-tagħwiġ possibbli tal-miżuri ta' kontra d-dumping imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2002 dwar l-importazzjonijiet tar-rita-tereftalat tal-polietilene (il-PET) li joriġinaw, fost l-oħrajn, fl-Indja mill-importazzjonijiet tar-rita tat-tereftalat tal-polietilene kkunsinnti mill-Brażil u mill-Iżrael, sewwa jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Brażil jew fl-Iżrael u sewwa jekk le u li jagħmlu dawn l-importazzjonijiet bla ħsara għar-reġistrazzjoni
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 284/2004 tat-18 ta' Frar 2004 li jiftaħ investigazzjoni li tirrigwarda t-tagħwiġ possibbli tal-miżuri ta' kontra d-dumping imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2002 dwar l-importazzjonijiet tar-rita-tereftalat tal-polietilene (il-PET) li joriġinaw, fost l-oħrajn, fl-Indja mill-importazzjonijiet tar-rita tat-tereftalat tal-polietilene kkunsinnti mill-Brażil u mill-Iżrael, sewwa jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Brażil jew fl-Iżrael u sewwa jekk le u li jagħmlu dawn l-importazzjonijiet bla ħsara għar-reġistrazzjoni
ĠU L 49, 19.2.2004, p. 28–30
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 23/08/2006
Official Journal L 049 , 19/02/2004 P. 0028 - 0030
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 284/2004 tat-18 ta' Frar 2004 li jiftaħ investigazzjoni li tirrigwarda t-tagħwiġ possibbli tal-miżuri ta' kontra d-dumping imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2002 dwar l-importazzjonijiet tar-rita-tereftalat tal-polietilene (il-PET) li joriġinaw, fost l-oħrajn, fl-Indja mill-importazzjonijiet tar-rita tat-tereftalat tal-polietilene kkunsinnti mill-Brażil u mill-Iżrael, sewwa jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Brażil jew fl-Iżrael u sewwa jekk le u li jagħmlu dawn l-importazzjonijiet bla ħsara għar-reġistrazzjoni IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni mill-importazzjonijiet tad-dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1972/2000 [2], (ir-Regolament bażiku), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(13) u l-Artikolu 14(3) u (5) tiegħu, Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. IT-TALBA (1) Il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku sabiex tinvestiga t-tagħwiġ possibbli tal-miżuri ta' kontra d-dumping imposti fuq l-importazzjnijiet tar-rita (ir-rita tal-PET) tat-tereftalat tal-polietilene (il-PET) li joriġina, fost l-oħrajn, fl-Indja. (2) It-talba kienet iddepożitata fis-6 ta' Jannar 2004 mill-produtturi Komunitarji li ġejjin: Id-DuPont Teijin Ritas, il-Mitsubishi Polyester Rita GmbH u n-Nuroll SpA. B. IL-PRODOTT (3) Il-prodott interessat mit-tagħwiġ possibbli huwa r-rita tal-PET li toriġina fl-Indja, normalment iddikjarata taħt il-kodiċijiet tan-NM ex39206219 u ex39206290 (il-prodott interessat). Dawn il-kodiċijiet qegħdin jingħataw għat-tagħrif biss. (4) Il-prodott taħt investigazzjoni huwa r-rita tal-PET ikkunsinnata mill-Brażil u mill-Iżrael (il-prodott taħt l-investigazzjoni) normalment iddikjarata taħt l-istess kodiċijiet bħall-prodott interessat. Ċ. IL-MIŻURI EŻISTENTI (5) Il-miżuri bħalissa fis-seħħ u li possibbilment qegħdin jiġu mgħawġa huma l-miżuri ta' kontra d-dumping imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2001 [3]. D. IR-RAĠUNIJIET (6) It-talba fiha xiehda prima facie biżżejjed illi l-miżuri ta' kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet tar-rita tal-PET li toriġina mill-Indja qegħdin jiġu mgħawġa permezz tat-trasbord via l-Brażil u via l-Iżrael. (7) Ix-xiehda ssottomessa hija kif ġej: It-talba turi li saret bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjonijiet mill-Indja, mill-Brażil u mill-Iżrael lejn il-Komunità wara l-imposizzjoni tal-miżuri fuq il-prodott interessat, u jidher li mhemmx kawża jew ġustifikazzjoni mistħoqqa biżżejjed għajr l-imposizzjoni tad-dazju għal din il-bidla. Din il-bidla fix-xejra tal-kummerċ tidher li tinħoloq mit-trasbord tar-rita tat-tereftalat tal-polietilene (il-PET) li joriġina mill-Indja via l-Brażil u via l-Iżrael. (8) Iktar minn hekk, it-talba fiha xieħda prima facie biżżejjed illi l-effetti rimedjali tal-miżuri eżistenti kotra d-dumping fuq il-prodott interessat qegħdin jiġu mminati f'termini ta' kwantitajiet u ta' prezzijiet. Volumi sinfikanti ta' l-importazzjonijiet tar-rita tal-PET mill-Brażil u mill-Iżrael jidhru li ħadu l-post ta' l-importazzjonijiet tal-prodott interessat li joriġina fl-Indja. (9) Finalment, it-talba fiha biżżejjed xiehda prima facie illi l-prezzijiet tar-rita tal-PET qegħdin jiġu mitfugħa fid-dumping f'relazzjoni mal-valur normali stabbilit qabel għall-prodott interessat. (10) Jekk il-prattiċi tat-tagħwiġ koperti bl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament, għajr it-trasbord, jiġu identifikati fil-kors ta' l-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista' tkopri dawn il-prattiċi wkoll. E. IL-PROĊEDURA (11) Fid-dawl ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet illi teżisti xiehda biżżejjed għalbiex tiġġustifika l-ftuħ ta' investigazzjoni skond l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u tagħmel ir-rita tal-PET ikkunsinnat mill-Brażil u mill-Iżrael, sewwa jekk iddikjarata li toriġina fil-Brażil jew fl-Iżrael u sewwa jekk le, bla ħsara għar-reġistrazzjoni, skond l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku. (a) Il-Kwestjonarji (12) Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni trid tibgħat kwestjonarji lill-esportatiuri/produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta' l-esportaturi/produtturi fil-Brażil u fl-Iżrael, lill-esportaturi/produtturi fl-Indja, u lill-importaturi u l-assoċjazzjonijiet ta' l-importaturi fil-Komunità li kkooperaw fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti jew li huma elenkati fit-talba, u lill-awtoritajiet fl-Indja, fil-Brażil u fl-Iżrael. It-tagħrif, kif approprjat, jista' jintalab ukoll mill-industrija Komunitarja. (13) Ikun xi jkun il-każ, il-partijiet kollha interessati għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, iżda mhux iktar tard mil-limitu taż-żmien iffissat fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament sabiex tikxef jekk humiex elenkati fit-talba, u, jekk meħtieġ, titlob kwestjonarju fil-limitu taż-żmien iffissat fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, mogħti illi l-limitu taż-żmien iffissat fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha. (14) L-awtoritajiet ta' l-Indja, tal-Brażil u ta' l-Iżrael iridu jiġu nnotifikati fil-bidu ta' l-investigazzjoni u pprovvduti b'kopja tat-talba. (b) Il-ġbir tat-tagħrif u ż-żamma tas-smigħ (15) Il-partijiet interessati kollha huma hawnhekk mistiedna li jagħmlu l-veduti taghom magħrufa bil-miktub u li jipprovdu x-xiehda ta' sostenn. Iktar minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' partjiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba bil-miktub u juru li jeżistu raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. (ċ) L-eżenzjoni mir-reġistazzjoni ta' l-importazzjonijiet jew tal-miżuri (16) Skond l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni jistgħu jiġu eżentati mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma tikkonstitwix tagħwiġ. (17) It-tagħwiġ possibbli jsir barra mill-Komunità. L-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku qiegħed jimmira li jopponi l-prattiċi tat-tagħwiġ mingħajr ma jaffettwa lill-operaturi li jkunu jistgħu jippruvaw illi huma mhumiex involuti f'dawn il-prattiċi, imma ma fihx dispożizzjoni speċifika li jista' jistabbilixxi li ma jkunux involuti fil-prattiċi tat-tagħwiġ. Għalhekk jidher meħtieġ li tiddaħħal il-possibbiltà li l-produtturi interessati jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni ta' l-importazzjonijiet tal-prodotti esportati tagħhom jew mill-miżuri fuq dawn l-importazzjonijiet. (18) Il-produtturi li jixtiequ jiksbu eżenzjoni għandhom japplikaw għaliha u jissottomettu kull tweġiba mitluba fil-kwestjonarju fil-limiti approprjati taż-żmien, sabiex ikun jista' jiġi stabbilit illi mhumiex qegħdin jgħawġu d-dmirijet kontra d-dumping fit-tifsira ta' l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. L-importaturi jkunu għadhom jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri safejn u sakemm l-importazzjonijiet tagħhom ikunu minn għand produtturi li jkunu ġew konċessi din l-eżenzjoni, u skond l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku. F. IR-REĠISTRAZZJONI (19) Skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni għandhom isiru bla ħsara għar-reġistrazzjoni sabiex jiġi żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'sejbiet ta' tagħwiġ, id-dazji ta' kontra d-dumping ta' ammont approprjat ikunu jistgħu jiġu imposti b'taxxa (levy) retroattivament mid-data tar-reġistrazzjoni ta' dawn l-importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Brażil u mill-Israel. G. IL-LIMITI TAŻ-ŻMIEN (20) Fl-interess ta' amministrazzjoni soda, il-limiti taż-żmien għandhom jiġu ddikjarati fi żmien li fih: - il-partijiet interessati jkunu jistgħu jagħmlu lilhom infushom magħrufa lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-veduti tagħhom bil-miktub u jissottomettu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kull tagħrif ieħor li jrid jitqies matul l-investigazzjoni, - il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub li trid tinstema' mill-Kummissjoni. (21) Tinġibed l-attenzjoni għall-fatt illi l-eżerċizzju tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali ddikjarati fir-Regolament bażiku tiddependi milli l-parti tagħmel lilha nfisha magħrufa fil-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. H. IN-NUQQAS TA' KOOPERAZZJONI (22) Fil-każijiet li fihom parti interessata tirrifjuta l-aċċess għat-tagħrif meħtieġ fil-limiti taż-żmien jew inkella ma tipprovdihx, jew timpedixxi sinifikament l-investigazzjoni, is-sejbiet, fl-affermattiv jew fin-negattiv, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. (23) Meta jinstab li parti interessata tkun forniet tagħrif falz jew li jiżgwida, it-tagħrif ma għandux jingħata każ tiegħu u jista' jintgħamel użu mill-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax, jew tikkoopera bis b'mod parzjali, u jintgħamel użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli milli kieku kkooperat, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Hija hawnhekk miftuħa investigazzjoni skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, sabiex tistabbilixxi jekk l-importazzjonijiet fil-Komunità tar-rita tat-terftalat tal-polietilene (il-PET), li tidħol fil-kodiċijiet tan-NM ex39206219 u ex39206290 (il-kodiċijiet tat-TARIC3920621901, 3920621904, 3920621907, 3920621911, 3920621914, 3920621917, 3920621921, 3920621924, 3920621927, 3920621931, 3920621934, 3920621937, 3920621941, 3920621944, 3920621947, 3920621951, 3920621954, 3920621957, 3920621961, 3920621967, 3920621974, 3920621992, 3920629031, 3920629092), ikkunsinnati mill-Brażil u mill-Iżrael, sewwa jekk joriġinaw fil-Brażil jew l-Iżrael u sewwa jekk le, humiex qegħdin jgħawġu l-miżuri imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2001 dwar l-importazzjonijiet tar-rita tat-tereftalat tal-polietilene (PET), li joriġina fl-Indja. Artikolu 2 L-awtoritajiet tad-dwana huma hawnhekk idderiġuti, skond l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, li jieħdu l-passi approprjati sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fil-Komunità identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament. Ir-Reġistrazzjoni għandha tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. B'regolament, il-Kummissjoni tista' tidderieġi lill-awtoritajiet tad-Dwana li jieqfu mir-reġistrazzjoni rigward l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti ffabbrikati mill-produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkunu nstabu li ma humiex qegħdin jgħawġu d-dazji ta' kontra d-dumping. Artikolu 3 1. Il-kwestjonarji għandhom jiġu mitluba mill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnaal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. 2. Jekk ir-rappreżentanti tal-partijiet interessati jridu jitqiesu matul l-investigazzjoni, dawn il-partijiet interessati jridu jagħmlu lilhom infushom magħrufa billi jikkuntattaw lill-Kummisjoni, jippreżentaw il-veduti tagħhom bil-miktub u jissottomettu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għajr jekk speċifikat xorta oħra. 3. Il-partijiet interessati jistgħu japplikaw ukoll li jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu taż-żmien ta' 40 jum. 4. Kull tagħrif li għandu x'jaqsam mal-materja, kull talba għal smigħ jew għal kwestjonarju kif ukoll kull talba għall-awtorizzazzjoni taċ-ċertifikati ta' nuqqas ta' tagħwiġ iridu jsiru bil-miktub (mhux f'format elettroniku, għajr jekk speċifikat xorta oħra) u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz ta' l-e-mail, in-numri tat-telefon tal-fax u/jew tat-telex tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan ir-Regolament, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovvduta mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzali għandhom jiġu ttikkettjati bħala "Limitat" [4] u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati b'verżjoni mhux kunfidenzali li trid tiġi ttikkettjata "Għall-ispezzjon mill-partijiet interessati". L-Indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza European Commission Directorate General for Trade Directorate B Office: J-79, 5/16 B-1049 Brussels Fax (32-2) 295 65 05 Telex COMEU B 21877 Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Frar 2004. Għall-Kummissjoni Pascal Lamy Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. [2] ĠU L 305, tas-7.11.2002, p. 1. [3] ĠU L 227, tat-23.8.2002, p. 1. [4] Dan ifisser illi d-dokument huwa għall-użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT tas-sena 1993ż4 (il-Ftehim ta' Kontra d-Dumping). --------------------------------------------------