Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0216

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 216/2004 tas-6 ta’ Frar 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1722/93 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 u (KEE) Nru 1418/76 li jirrigwardaw rifużjonijiet fuq il-produzzjoni għas-setturi taċ-ċereali u r-ross rispettivament

ĠU L 36, 7.2.2004, pp. 13–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0491

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/216/oj

32004R0216



Official Journal L 036 , 07/02/2004 P. 0013 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 216/2004

tas-6 ta’ Frar 2004

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1722/93 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 u (KEE) Nru 1418/76 li jirrigwardaw rifużjonijiet fuq il-produzzjoni għas-setturi taċ-ċereali u r-ross rispettivament

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3072/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8(e) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1722/93 [3] jistipula kif għandha tkun ikkalkulata r-rifużjoni. Is-sitwazzjoni tas-suq tal-lamtu tal-patata, li huwa influwenzat b’mod partikolari mill-prezz minimu tal-patata, jista’ jvarja minn dak tal-lamtu taċ-ċereali. Għalhekk għandu jkun possibbli li tiġi stabbilita rifużjoni differenti għal-lamtu tal-patata.

(2) Applikazzjonijiet għal-ċertifikati ta’ rifużjoni jistgħu jiġu ddepożitati kull jum tax-xogħol qabel it-tlieta ta’ wara nofsinhar, ħin ta’ Brussel. Billi dan il-limitu tal-ħin jista’ jaħbat wara li tkun bdiet laqgħa tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali, f’liema laqgħa jkunu qegħdin jiġu deċiżi r-rati ta’ rifużjoni, hemm riskju li jsiru applikazzjonijiet ta’ natura spekulattiva. Għalhekk il-limitu taż-żmien għandu jiġi antiċipat.

(3) Ir-Regolament (KEE) Nru 1722/93 jistipula li ċertifikati ta’ rifużjoni fuq produzzjoni huma validi sa’ l-aħħar ġurnata tal-ħames xahar wara dak ta’ meta jkunu nħarġu. Dan iġorr miegħu r-riskju li ċertifikati jinħargu għal volumi kbar iżżejjed; billi l-Kummissjoni ma tistax la tirrifjuta applikazzjonijiet għal ċertifikati fl-eventwalita’ ta’ spekulazzjoni u lanqas tissettja rata differenti ta’ rifużjoni mingħajr ma tikkonsulta mal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali, il-validita’ tal-liċenzi trid titqassar biex tiskadi fl-aħħar jum tat-tielet xahar wara dak tal-ħruġ.

(4) Il-Kummissjoni ma jkollhiex tagħrif dettaljat dwar il-kwantitajiet li fuqhom ikunu ingħataw ir-rifużjonijiet fuq il-produzzjoni sa tliet xhur wara l-aħħar ta’ kull tliet xhur tas-sena kalendarja. Bil-għan li jkun hemm stampa aktar ċara tas-sitwazzjoni, l-Istati Membri għandhom javżaw kull xahar il-kwantitajiet ta’ lamtu li għalih ikunu sara applikazzjonijiet għal ċertifikati.

(5) Ir-Regolament (KEE) Nru 1722/93 għandu jkun hekk emendat.

(6) Il-Kumitat tat-Tmexxija taċ-Ċereali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1722/93 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Is-sub-paragrafu li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 3(2):

"Għall-lamtu tal-patata tista’ tiġi ssettjata rata differenti li tirrifletti l-prezz minimu indikat fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92."

2. It-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 5(1) tinbidel bi:

"L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu depożitati kull jum tax-xogħol qabel is-siegħa ta’ wara nofsinhar ħin ta’ Brussel."

3. L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) jinbidel bi:

"3. Iċ-ċertifikat tar-rifużjoni għandu jinkludi t-tagħrif meħtieġ skond l-Artikolu 5(2) u għandu jiddikjara r-rata tar-rifużjoni u l-aħħar jum tal-validita’ tal-liċenza, li għandu jkun l-aħħar jum tat-tielet xahar wara x-xahar tal-ħarġa."

4. L-Artikolu 12 jiġi mibdul bi:

"L-Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni:

(a) sa l-aħħar ta’ l-ewwel ġimgħa ta’ kull xahar, bil-kwantitajiet ta’ lamtu li għalihom ikunu saru applikazzjonijiet għal ċertifikati kif indikat fl-Artikolu 5(1) matul ix-xahar ta’ qabel;

(b) fi żmien tliet xhur mill-aħħar ta’ kull kwart tas-sena t-tip, kwantitajiet u oriġini tal-lamtu (qamħirrum, qamħ, patata, xgħir, żerriegħa tal-ħafur jew ross) li għalihom tkun tħallset ir-rifużjoni u l-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ikun intuża l-lamtu."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Frar 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21. Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1104/2003 (ĠU L 158, tas-27.6.2003, p. 1).

[2] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18. Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 411/2002 (ĠU L 62, tal-5.3.2002, p. 27).

[3] ĠU L 159, ta’ l-1.7.1993, p. 112. Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1786/2001 (ĠU L 242, tat-12.9.2001, p. 3).

--------------------------------------------------

Top