Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0131

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 131/2004 tas-26 ta' Jannar 2004 dwar ċerti miżuri ristrettivi dwar is-Sudan

    ĠU L 21, 28.1.2004, p. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/07/2014; Imħassar b' 32014R0747

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/131/oj

    32004R0131



    Official Journal L 021 , 28/01/2004 P. 0001 - 0004


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 131/2004

    tas-26 ta' Jannar 2004

    dwar ċerti miżuri ristrettivi dwar is-Sudan

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/31/CFSP tad-9 ta' Jannar 2004 dwar l-imposizzjoni ta' embargo fuq l-armi, il-munizzjoni u t-tagħmir militari [1] fuq is-Sudan,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Minħabba l-gwerra ċivili li għaddejja fis-Sudan, il-Pożizzjoni Komuni 2004/31/CFSP iżżomm l-embargo fuq fuq l-armi mposta kontra dak il-pajjiż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/165/CFSP [2] u saħħaħ dak l-embargo biex jinkludi projbizzjoni fuq l-assistenza teknika u servizzi oħra relatati fuq attivitajiet militari, u fuq assistenza finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari.

    (2) Il-Pożizzjoni Komuni 2004/31/CFSP ukoll tagħmel dispożizzjoni għal eżenzjonijiet umanitarji għall-embargo ta' l-armi, inkluż il-bejgħ, fornitura, trasferiment jew esportazzjoni ta' tagħmir u materjal għal operazzjonijiet ta' tneħħija ta' mini fis-Sudan.

    (3) L-embargi dwar ċerta assistenza teknika u finanzjarja jaqgħu taħt l-iskop tat-Trattat. Għalhekk, l-aktar bil-għan li tkun evitata distorzjoni ta' kompetizzjoni, il-leġislazzjoni tal-Komunità hija meħtieġa biex timplimenta l-embargi sa fejn it-territorji tal-Komunità huma kkonċernati. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, it-territorju tal-Komunità titqies li tiġbor it-territorji ta' l-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f'dak it-Trattat.

    (4) Biex ikun assigurat illi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, d-definizzjoni li ġejja għandha tgħodd:

    "assistenza teknika" tfisser kull appoġġ tekniku dwar it-tiswija, żvilupp, manifattura, armar, eżami, manutenzjoni, jew kull servizz tekniku ieħor, u jista' jieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' għarfien imħaddem jew kompetenzi jew servizzi ta' konsulenza. Assistenza teknika tinkludi forom verbali ta' assistenza.

    Artikolu 2

    Għandu jkun ipprojbit:

    (a) li tagħti, tbigħ, tipprovdi jew titrasferi assisteza teknika dwar attivitajiet militari u għall-fornitura, manifattura, manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u l-partijiet ta' sostituzzjoni għal dawk imsemmija qabel, direttament jew indirettament lil kull peruna, entità jew korp fi, jew għall-użu fi, is-Sudan;

    (b) li tipprovdi finanzi jew assistenza finanzjarja dwar attivitajiet militari, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu fuq esporti, għal kull bejgħ, fornitura, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat, jew għal kull għotja, bejgħ, fornitura, jew trasferiment ta' assistenza teknika relatata, direttament jew indirettament lejn kull persuna, entità jew korp fi, jew għall-użu fi, is-Sudan.

    Artikolu 3

    Il-parteċipazzjoni, bl-għarfien jew b'mod intenzjonali, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom huwa, direttament jew indirettament, li jippromwovi t-transazzjonijiet riferuti fl-Artikolu 2 għandu jkun ipprojbit.

    Artikolu 4

    1. B'mod ta' deroga mill-Artikoli 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif imniżżel fl-Anness, jistgħu jawtorizzaw il-fornitura ta' finanzjar u assistenza finanzjarja u l-assistenza teknika dwar:

    (a) tagħmir militari mhux letali maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi ta' bini ta' istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea u l-Komunità;

    (b) materjal maħsub għall-operazzjonijiet ta' amministrazzjoni ta' kriżi ta' l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti;

    (ċ) tagħmir għat-tneħħija tal-mini u materjal għall-użu fit-tneħħija tal-mini.

    2. L-ebda awtorizzazzjoni ma tingħata għal attivitajiet li diġà saru.

    Artikolu 5

    L-Artikoli 2 u 3 m'għandhomx japplikaw għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket rinforzati bil-metall u elmi militari, temporanjament esportati lejn is-Sudan mill-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, persunal ta' l-UE, il-Komunità jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medja u ħaddiema umanitarji u ta' l-iżvilupp u l-persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

    Artikolu 6

    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom minnufih javżaw lil xulxin bil-miżuri li ttieħdu taħt dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin b'kull informazzjoni relevanti oħra għad-dispożizzjoni tagħhom dwar dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar il-vjolazzjoni u l-problemi dwar rinfurzaru sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.

    Artikolu 7

    Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li temenda l-Anness fuq il-bażi ta' l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

    Artikolu 8

    L-Istati Membri għandhom iniżżlu r-regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispoizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jkunu implimentati. Is-sanzjonijiet preskritti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u li jiddiswadu.

    L-Istati Membri għandhom javżaw dawn ir-regoli lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom javżawha b'kull emenda ta' wara.

    Artikolu 9

    Dan ir-Regolament għandu jgħodd:

    (a) ġewwa t-territorju tal-Komunità, inkluż l-ispazju ta' l-ajru tagħha;

    (b) fuq kull inġenju ta' l-ajru jew kull bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;

    (ċ) għal kull peruna x'imkien ieħor li hija ċittadin ta' Stat Membru;

    (d) għal kull peruna legali, grupp jew entità li hija fformati jew kostitwita taħt il-liġi ta' Stat Membru;

    (e) għal kull persuna legali, grupp jew entità li tagħmel kummerċ ġewwa l-Komunità.

    Artikolu 10

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Jannar 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. Cowen

    [1] Ġu L 6, ta' l-10.1.2004, p. 55.

    [2] Ġu L 75, tas-17.3.1994, p. 1. Deciżjoni revokata bil-Pożizzjoni Komuni 2004/31/CFSP.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Lista ta' awtoritajiet kompetenti riferuti fl-Artikolu 4

    IL-BELĠJU

    Service public fédéral des affaires étrangères, commerce extérieur et coopération au développement

    Egmont 1

    Rue des Petits Carmes 19

    B - 1000 Bruxelles

    Direction générale des affaires bilatérales

    Service "Afrique du sud du Sahara"

    Téléphone (32-2) 501 88 75

    Télécopieur (32-2) 501 38 26

    Service public fédéral de l'économie, des PME, des classes moyennes et de l'énergie

    ARE 4e o division, service des licences

    Avenue du Général Leman 60

    B-1040 Bruxelles

    Téléphone (32-2) 206 58 16/27

    Télécopieur (32-2) 230 83 22

    Brussels Hoofdstedelijk Gewest - Région de Bruxelles-Capitale:

    Kabinet van de minister van Financiën, Begroting, Openbaar Ambt en Externe Betrekkingen van de Brusselse Hoofdstedelijke regering

    Kunstlaan 9

    B-1210 Brussel

    Cabinet du ministre des finances, du budget, de la fonction publique et des relations extérieures du gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale

    Avenue des Arts 9

    B-1210 Bruxelles

    Téléphone (32-2) 209 28 25

    Télécopieur (32-2) 209 28 12

    Région wallonne:

    Cabinet du ministre-président du gouvernement wallon

    Rue Mazy 25-27

    B-5100 Jambes-Namur

    Téléphone (32-81) 33 12 11

    Télécopieur (32-81) 33 13 13

    Vlaams Gewest:

    Administratie Buitenlands Beleid

    Boudewijnlaan 30

    B-1000 Brussel

    Tel. (32-2) 553 59 28

    Fax (32-2) 553 60 37

    ID-DANIMARKA

    Erhvervs-og Boligstyrelsen

    Dahlerups Pakhus

    Langelinie Allé 17

    DK-2100 København Ø

    Tlf. (45) 35 46 60 00

    Fax (45) 35 46 60 01

    Udenrigsministeriet

    Asiatisk Plads 2

    DK-1448 København K

    Tlf. (45) 33 92 00 00

    Fax (45) 32 54 05 33

    Justitsministeriet

    Slotholmsgade 10

    DK-1216 København K

    Tlf. (45) 33 92 33 40

    Fax (45) 33 93 35 10

    IL-ĠERMANJA

    Dwar iffinanzjar u assistenza finanzjarja:

    Deutsche Bundesbank

    Servicezentrum Finanzsanktionen

    Postfach

    D-80281 München

    Tel. (49-89) 2889-3800

    Fax (49-89) 350163-3800

    Dwar assistenza teknika u servizzi oħra:

    Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA)

    Frankfurter Straße 29-35

    D-65760 Eschborn

    Tel. (49-61) 96908-0

    Fax (49-61) 96908-800

    IL-GREĊJA

    A. L-iffriżar ta' l-Assi

    Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi

    Direttorju Ġenerali tal-Politika Ekonomika

    5 Nikis Str.

    GR-101 80 Ateni

    Tel. (30) 210333 27 86

    Fax (30) 210333 28 10

    Α. Δέσμευση κεφαλαίων

    Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών

    Γενική Δ/νση Οικονομικής Πολιτικής

    Νίκης 5

    GR-101 80 Αθήνα

    Τηλ.: (30) 210333 27 86

    Φαξ: (30) 210333 28 10

    B. Import-Export restrictions

    Ministry of Economy and Finance

    General Directorate for Policy Planning and Management

    Kornaroy Str. 1 ,GR-105 63 Athens

    Tel: (30) 210328 64 01-3

    Fax: (30) 210328 64 04

    Β. Περιορισμοί εισαγωγών-εξαγωγών

    Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών

    Γενική Δ/νση Σχεδιασμού και Διαχείρισης Πολιτικής

    Κορνάρου 1 ,GR-105 63 Αθήνα

    Τηλ.: (30) 210328 64 01-3

    Φαξ: (30) 210328 64 04

    SPANJA

    Ministerio de Economía

    Dirección General de Comercio e Inversiones

    Paseo de la Castellana, 162

    E-28046 Madrid

    Tel.: (34) 913 49 38 60

    Fax (34) 914 57 28 63

    FRANZA

    Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie

    Direction générale des douanes et des droits indirects

    Cellule embargo - Bureau E2

    Téléphone (33) 144 74 48 93

    Télécopieur (33) 144 74 48 97

    Ministère des affaires étrangères

    Direction des Nations unies et des organisations internationales

    Téléphone (33) 143 17 59 68

    Télécopieur (33) 143 17 46 91

    L-IRLANDA

    Dipartiment ta' l-Intrapriża, l-Kummerċ u l-Impieg

    Unit tal-Liċenzar

    Earlsfort Centre

    Lower Hatch St.

    Dublin 2

    L-Irlanda

    Tel. (353) 16312121

    Fax (353) 16312562

    L-ITALJA

    Ministero degli Affari esteri

    DGAE-Uff. X

    Roma

    Tel. (39) 06 36 91 37 50

    Fax (39) 06 36 91 37 52

    Ministero del Commercio estero

    Gabinetto

    Roma

    Tel. (39) 06 59 93 23 10

    Fax (39) 06 59 64 74 94

    Ministero dei Trasporti

    Gabinetto

    Roma

    Tel. (39) 06 44 26 71 16/84 90 40 94

    Fax (39) 06 44 26 71 14

    IL-LUSSEMBURGU

    Ministère des affaires étrangères

    Office des licences

    21, rue Philippe II

    L-2340 Lussemburgu

    Téléphone (352) 478 23 70

    Télécopieur (352) 46 61 38

    L-OLANDA

    Ministerie van Economische Zaken

    Directoraat-generaal Buitenlandse Economische Betrekkingen

    Directie Handelspolitiek en Investeringsbeleid

    Bezuidenhoutseweg 153

    2594 AG Den Haag

    Nederland

    Tel. (31) 70379 76 58

    Fax (31) 70379 73 92

    L-AWSTRIJA

    Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

    Abteilung C/2/2

    Stubenring 1

    A-1010 Wien

    Tel. (43-1) 711 00

    Fax (43-1) 711 00-8386

    IL-PORTUGAL

    Ministério dos Negócios Estrangeiros

    Direcção-Geral dos Assuntos Multilaterais

    Largo Rilvas

    P-1350-179 Lisboa

    Tel.: (351-21) 394 60 72

    Fax (351-21) 394 60 73

    IL-FINLANDJA

    Ulkoasiainministeriö/Utrikesministeriet

    PL/PB 176

    00161 Helsinki/Helsingfors

    Puhelin (358) 9 16 05 59 00

    Faksi (358) 9 16 05 57 07

    Puolustusministeriö/Försvarsministeriet

    Eteläinen Makasiinikatu 8

    00131 Helsinki/Helsingfors

    PL/PB 31

    Puhelin (358) 9 16 08 81 28

    Faksi (358) 9 16 08 81 11

    L-ISVEZJA

    Inspektionen för strategiska produkter (ISP)

    Box 70252

    107 22 Stockholm

    Tfn (46-8) 406 31 00

    Fax (46-8) 20 31 00

    Regeringskansliet

    Utrikesdepartementet

    Rättssekretariatet för EU-frågor

    Fredsgatan 6

    103 39 Stockholm

    Tfn (46-8) 405 10 00

    Fax (46-8) 723 11 76

    IR-RENJU UNIT

    Sanctions Licensing Unit

    Export Control Organisation Department of Trade and Industry

    4 Abbey Orchard Street

    London SW1P 2HT

    United Kingdom

    Tel. (44) 20 72150594

    Fax (44) 20 72150593

    --------------------------------------------------

    Top