Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0037

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 37/2004 tad-9 ta' Jannar 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward ta' kwoti tat-tariffi tal-Komunità u kwantitajiet ta' referenza għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Marokk

    ĠU L 6, 10.1.2004, p. 3–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/37/oj

    32004R0037



    Official Journal L 006 , 10/01/2004 P. 0003 - 0012


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 37/2004

    tad-9 ta' Jannar 2004

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward ta' kwoti tat-tariffi tal-Komunità u kwantitajiet ta' referenza għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Marokk

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad- 9 ta' April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffa tal-Komunità u tal-kwantitajiet ta' referenza għall-prodotti eliġibbli għall-preferenzi bħala riżultat tal-ftehim ma' ċerti pajjiżi tal-Mediterran u r-Regolamenti ta' abrogazzjoni (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 [1], u partikolarment l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,

    Billi:

    (1) Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri kien deċiż fit-22 ta' Diċembru 2003 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jikkonċerna miżuri ta' liberalizzazzjoni reċiproka u t-tibdil tal-Protokolli 1 u 3 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Marokk. Dak il-Ftehim ġdid japplika mill-1 ta' Jannar 2004, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 2, 4 u 5 tal-Protokoll 1 ġdid ta' l-agrikoltura, hawnhekk iżjed 'il quddiem "il-Protokoll 1 il-ġdid", li jikkonċerna l-arranġamenti applikabbli lill-importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Marokk. Dawk l-artikoli japplikaw mill-1 ta' Ottubru 2003 fir-rigward tal-konċessjonijiet provduti għat-tadam.

    (2) Il-Protokoll 1 il-ġdid jipprovdi għal konċessjonijiet tariffarji ġodda u għal bidliet fil-konċessjonijiet eżistenti mniżżlin fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 747/2001, fejn xi wħud minnhom jaqgħu fil-kwoti tat-tariffi u kwantitajiet ta' referenza tal-Komunità.

    (3) Għal ċerti prodotti agrikoli li għalihom il-konċessjonijiet tariffarji eżistenti japplikaw fi kwantitajiet ta' referenza, il-Protokoll 1 il-ġdid jipprovdi għall-eżenzjoni ta' dazji doganali fi kwoti ta' tariffi jew għall-eżenzjoni ta' dazji doganali għal volumi kbar ħafna.

    (4) Biex jimplimenta l-konċessjonijiet tariffarji pprovduti fil-Protokoll 1 il-ġdid, hu neċessarju li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 747/2001.

    (5) Sabiex jiġu kkalkolati l-kwoti tat-tariffi għall-ewwel sena ta' applikazzjoni, għandu jkun provdut illi, ħlief għat-tadam ta' kodiċi NM 07020000, fejn il-perjodu tal-kwota jibda qabel id-data minn meta l-Ftehim il-ġdid jibda jopera, l-volumi tal-kwota tat-tariffa jridu jitnaqqsu bi proporzjon għal dik il-parti tal-perjodu li kien diġà għadda qabel dik id-data.

    (6) Sabiex tiffaċilita l-immaniġjar ta' ċerti kwoti tat-tariffi eżistenti provduti fir-Regolament (KE) Nru 747/2001, il-kwantitajiet importati fil-qafas ta' dawk il-kwoti għandhom jiġu kkunsidrati għall-ħlas fuq il-kwoti tat-tariffi miftuħa skond ir-Regolament (KE) Nru 747/2001, kif emendat b'dan ir-Regolament.

    (7) Il-Ftehim il-ġdid jipprovdi li kwoti tat-tariffi għal tadam frisk jew imkessaħ għandhom japplikaw mill-1 ta' Ottubru 2003. Il-kwantitajiet li kienu tpoġġew f'ċirkolazzjoni libera fil-Komunità mill-1 ta' Ottubru 2003 bil-vantaġġ tal-kwoti tat-tariffi eżistenti għal tadam frisk jew imkessaħ bħala riżultat tar-Regolament (KE) Nru 747/2001, għandhom għalhekk jiġu kkunsidrati għall-ħlas bi kwoti tat-tariffi miftuħa skond ir-Regolament (KE) Nru 747/2001, kif emendat b'dan ir-Regolament.

    (8) Taħt il-Protokoll 1 il-ġdid, il-volum tal-kwota tat-tariffa addizjonali għal tadam frisk u mkessaħ applikabbli mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju għandha tiddependi kull sena fuq il-volum totali ta' tadam li joriġina mill-Marokk u li tpoġġew f'ċirkolazzjoni libera fil-Komunità matul il-perjodu preċedenti mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju. Konsegwentement, il-Kummissjoni trid, qabel l-1 ta' Novembru ta' kull sena, tirrevedi l-volumi imqiegħda f'ċirkolazzjoni libera matul il-perjodu preċedenti mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju, u trid tadotta dispożizzjonijiet biex timplimenta xi aġġustament neċessarju tal-volum tal-kwota tat-tariffa addizzjonali.

    (9) Għall-kwoti tat-tariffi għal tadam frisk jew imkessaħ, għandha tkun provduta skond il-Protokoll 1 il-ġdid li, matul kull staġun ta' importazzjoni mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju, kwantitajiet mhux użati tal-kwoti tat-tariffi ta' kull xahar jistgħu jkunu trasferiti f'żewġ dati speċifiċi għall-kwota tat-tariffa addizzjonali applikabbli għal dak l-istaġun ta' importazzjoni.

    (10) Skond il-Protokoll 1 il-ġdid, il-volumi ta' kwoti tat-tariffi għal ċerti prodotti għandhom jiżdiedu mill-1 ta' Jannar 2004 sa l-1 ta' Jannar 2007, fuq bażi ta' erba' rati annwali u indaqs, kull waħda tikkorrispondi għal 3 % ta' dawk il-volumi.

    (11) Minħabba li d-dispożizzjonijiet provvduti f'dan ir-Regolament iridu japplikaw mid-data ta' l-applikazzjoni tal-Ftehim il-ġdid, huwa xieraq li dan ir-Regolament jiġi fis-seħħ kmieni kemm jista' jkun.

    (12) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 3a li ġej huwa mdaħħal:

    "Artikolu 3

    Dispożizzjonijiet speċjali għall-kwotas tat-tariffa għat-tadam li joriġina fil-Marokk

    Għat-tadam ta' kodiċi NM 07020000 impoġġi f'ċirkolazzjoni libera f'kull perjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju (hawnhekk iżjed "il quddiem" staġun ta' importazzjoni') ġbid fuq il-kwoti tat-tariffi ta' kull xahar applikabbli taħt ordni Nru 09.1104 mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu rispettivament, għandhom jitwaqqfu kull sena fil-15 ta' Jannar u fit-tieni jum ta' xogħol fil-Kummissjoni wara l-1 ta' April. Fil-ġurnata tax-xogħol li jmiss fil-Kummissjoni, s-servizzi tal-Kummissjoni iridu jiddeterminaw il-bilanċ ta' dawk il-kwoti tat-tariffa mhux użati u jridu jagħmluha disponibbli fil-kwota tat-tariffa addizzjonali applikabbli għal dak l-istaġun ta' importazzjoni taħt in-numru ta' l-ordni 09.1112.

    Mid-dati li fihom l-kwoti tat-tariffi ta' kull xahar ġew imwaqqfa, kull abbozzi retroattivi minn kull kwoti tat-tariffi tax-xahar mwaqqfin u kull volumi li ma ntużawx u treġġgħu lura lil xi kwoti tat-tariffi mwaqqfin fix-xahar għandhom isiru fuq il-kwota tat-tariffa addizzjonali applikabbli għal dak l-istaġun ta' importazzjoni."

    2. L-Anness II hu mibdul bit-test imdaħħal fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    1. Għall-perjodu tal-kwota li għadu kif infetaħ fl-1 ta' Jannar 2004, il-kwantitajiet li skond ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 tpoġġew f'ċirkolazzjoni libera fil-Komunità fil-kwoti tat-tariffi bin-numri ta' l-ordni 09.1115, 09.1122, 09.1130, 09.1133, 09.1135, 09.1136 u 09.1137, għandhom jiġu kkunsidrati għall-ħlas fuq il-kwoti tat-tariffa rispettivi stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 747/2001, kif emendat b'dan ir-Regolament.

    2. Il-kwantitajiet ta' tadam tal-kodiċi NM 07020000 li skond ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 tpoġġew f'ċirkolazzjoni libera fil-Komunità mill-1 ta' Ottubru 2003 fi kwotas tat-tariffa bin-numri ta' l-ordni 09.1116, 09.1189 u 09.1190, għandhom jiġu kkunsidrati għall-ħlas fuq il-kwoti tat-tariffa miftuħa għal dawk il-prodotti minn dik id-data skond l-Anness II tar-Regolament (KE) No 747/2001, kif emendat b'dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2004, bl-eċċezzjoni tal-kwoti tat-tariffa indikati fit-tielet u r-raba' paragrafu.

    Il-kwoti tat-tariffi taħt in-numru ta' l-ordni 09.1104 għal tadam ta' kodiċi NM 07020000 għandhom japplikaw mill-1 ta' Ottubru 2003.

    Il-kwota tat-tariffa taħt in-numru ta' l-ordni 09.1112 għal tadam ta' kodiċi CN 07020000 għandhom japplikaw mill-1 ta' Novembru 2003.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Jannar 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Frederik Bolkestein

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 109, tad-19.4.2001, p. 2. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2003 (ĠU L 28, ta' l-4.2.2003, p. 30).

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "

    ANNESS II

    IL-MAROKK

    Minkejja r-regoli ta' l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandha tkun ikkunsidrata bħala li ma għandhiex aktar minn valur indikattiv, l-iskema preferenzjali tkun determinata, fil-kuntest ta' dan l-Anness bil-kopertura ta' kodiċi NM kif jeżistu fil-ħin ta' l-adozzjoni tar-regolament kurrenti. Fejn il-kodiċi NM ta' qabel huma indikati, l-iskema preferenzali għandha tkun determinata bl-applikazzjoni ta' kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.

    Kwoti tat-tariffa

    Nru ta' l-Ordni | Kodiċi tan-NM | Sub-diviżjoni TARIC | Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Kwota tal-perjodu | Kwota tal-volum (f'tunnellati ta' piż nett) | Kwota tad-dazju |

    09.1135 | | | Fjuri maqtugħa friski u żahar ta' fjuri ta' kull xorta addattati għall-bukketti jew għal għanijiet ornamentali: | mill- 15.10.2003 sal- 31.5.2004 | 3000 | Eżenzjoni |

    06031010 | | —Ward |

    06031020 | | —Qronfol |

    06031040 | | —Gladioli |

    06031050 | | —Lellux | mill- 15.10.2004 sal- 31.5.2005 | 3090 |

    | mill- 15.10.2005 sal- 31.5.2006 | 3180 |

    | mill- 15.10.2006 sal- 31.5.2007 | 3270 |

    | mill- 15.10.2007 sal- 31.5.2008 u għal kull perjodu minn hemm 'il quddiem mill-15.10 sal-31.5 | 3360 |

    09.1136 | | | Fjuri maqtugħa friski u żahar ta' fjuri ta' kull xorta addattati għall-bukketti jew għall-għanijiet ornamentali: | mill- 15.10.2003 sa l- 14.5.2004 | 2000 | Eżenzjoni |

    06031030 | | —Orkidea |

    06031080 | | —Oħrajn | mill- 15.10.2004 sa l- 14.5.2005 | 2060 |

    | mill- 15.10.2005 sa l- 14.5.2006 | 2120 |

    | mill- 15.10.2006 sa l- 14.5.2007 | 2180 |

    | mill- 15.10.2007 sa l- 14.5.2008 u għal kull perjodu minn hemm 'il quddiem mill-15.10 sa l-14.5 | 2240 |

    09.1115 | ex07019050 | | Patata ġdida u hekk imsejħa "patata ġdida", friska jew imkessħa | mill- 1.12.2003 sat- 30.4.2004 | 120000 | Eżenzjoni |

    ex07019090 | 10 | mill- 1.12.2004 sat-tat- 30.4.2005 | 123600 |

    mill- 1.12.2005 sat-tat- 30.4.2006 | 127200 |

    mill- 1.12.2006 sat-tat- 30.4.2007 | 130800 |

    mill- 1.12.2007 sat-tat- 30.4.2008 u għal kull perjodu minn hemm 'il quddiem mill-1.12 sat-30.4 | 134400 |

    09.1104 | 07020000 | | Tadam, frisk jew imkessaħ | mill-1.10 sal-31.10 | 10000 | Eżenzjoni |

    09.1104 | 07020000 | | Tadam, frisk jew imkessaħ | mill-1.11 sat-30.11 | 26000 | Eżenzjoni |

    09.1104 | 07020000 | | Tadam, frisk jew imkessaħ | mill-1.12 sal-31.12 | 30000 | Eżenzjoni |

    09.1104 | 07020000 | | Tadam, frisk jew imkessaħ | mill-1.1 sal-31.1 | 30000 | Eżenzjoni |

    09.1104 | 07020000 | | Tadam, frisk jew imkessaħ | mill-1.2 sat-28/29.2 | 30000 | Eżenzjoni |

    09.1104 | 07020000 | | Tadam, frisk jew imkessaħ | mill-1.3 sal-31.3 | 30000 | Eżenzjoni |

    09.1104 | 07020000 | | Tadam, frisk jew imkessaħ | mill-1.4 sat-30.4 | 15000 | Eżenzjoni |

    09.1104 | 07020000 | | Tadam, frisk jew imkessaħ | mill-1.5 sal-31.5 | 4000 | Eżenzjoni |

    09.1112 | 07020000 | | Tadam, frisk jew imkessaħ | mill- 1.11.2003 sal- 31.5.2004 | 15000 | Eżenzjoni |

    | mill- 1.11.2004 sal- 31.5.2005 | 25000 | Eżenzjoni |

    | mill- 1.11.2005 sal- 31.5.2006 | 35000 | Eżenzjoni |

    | mill- 1.11.2006 sal- 31.5.2007 u għal kull perjodu minn hemm 'il quddiem mill-1.11 sal-31.5 | 45000 | Eżenzjoni |

    09.1127 | ex0703101107031019 | | Basal, li jinkludi basal salvaġġ ta' l-ispeċi Muscari comosum, frisk jew imkessaħ | mill-15.2 sal- 15.5.2004 | 8240 | Eżenzjoni |

    07099090 | 50 | mill-15.2 sal- 15.5.2005 | 8480 |

    mill-15.2 sal- 15.5.2006 | 8720 |

    mill-15.2 sal- 15.5.2007 u għal kull perjodu minn hemm 'il quddiem mill-15.2 sal-15.5 | 8960 |

    09.1102 | 070310900703200007039000 | | Basal abjad, tewm, kurrat u oħrajn ħaxix relatat ma' ġens it-tewm, frisk jew imkessaħ | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 1030 | Eżenzjoni |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 1060 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 1090 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 1120 |

    09.1106 | ex0704 | | Kaboċċi, pastard, ġidra, kaboċċa u simili tal-kaboċċi tajba biex jittieklu, friski jew imkessħa, eskluż il-kaboċċa Ċiniża | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 515 | Eżenzjoni |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 530 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 545 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 560 |

    09.1109 | ex07049090 | 20 | Kaboċċa ċiniża, friska jew imkessħa | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 206 | Eżenzjoni |

    mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 212 |

    mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 218 |

    mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 224 |

    09.1108 | 07051100 | | Ħassa ikkaboċċjata (ħass ikkaboċċjat), frisk jew imkessaħ | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 206 | Eżenzjoni |

    | mill-1.1. sal- tal- 31.12.2005 | 212 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 218 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 224 |

    09.1110 | 07051900 | | —Ħass (Lactuca sativa), frisk jew imkessaħ, minbarra l-ħassa ikkaboċċjata | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 618 | Eżenzjoni |

    07052900 | | —Indivja (Cichorium spp.), friska jew imkessħa, minbarra l-indivja witloof | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 636 |

    0706 | | —Karrotti, nevew, pitrava ta' l-insalata, salsafja, krafes ħoxnin, ravanell abjad and ħaxix simili tajba biex jittieklu, friski jew imkessħa | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 654 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 672 |

    09.1137 | 07070005 | | Ħjar, frisk jew imkessaħ | mill- 1.11.2003 sal- 31.5.2004 | 5429 | Eżenzjoni |

    | għal kull perjodu minn hemm 'il quddiem mill-1.11 sal-31.5 | 5600 |

    09.1113 | 07070090 | | Ħjar żgħar għall-immarinat, frisk jew imkessaħ | mill-1.1. sal-tal- 31.12.2004 | 103 | Eżenzjoni |

    | mill-1.1. sal-tal- 31.12.2005 | 106 |

    | mill-1.1. sal-tal- 31.12.2006 | 109 |

    | mill-1.1. sal-tal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 112 |

    09.1138 | 07091000 | | Qaqoċċ frisk jew imkessaħ | mill-1.11 sal-31.12 | 500 | Eżenzjoni |

    09.1120 | | | —Ħaxix ieħor, frisk jew imkessaħ: | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 9270 | Eżenzjoni |

    07094000 | | —Karfus minbarra krafes ħoxnin |

    ex07095100 | 90 | —Faqqiegħ tal-genus Agar-icus, minbarra l-faqqiegħ ikkultivat | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 9540 |

    07095910 | | —Chanterelles | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 9810 |

    07095930 | | —Faqqiegħ flap | mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 10080 |

    ex07095990 | 90 | —Faqqiegħ ieħor, minbarra faqqiegħ ikkultivat |

    07097000 | | —Spinaċi, spinaċi ta'New Zealand u spinaċi orache (spinaċi tal-ġnien) |

    09.1133 | 07099070 | | Qargħa bagħli żgħir, frisk jew imkessaħ | mill- 1.10.2003 sa l- 20.4.2004 | 13276 | Eżenzjoni |

    | għal kull perjodu minn hemm 'il quddiem mill-1.10 sa l-20.4 | 20000 |

    09.1143 | ex0710 | | Ħaxix (mhux misjur jew misjur bil-fwar jew bit-togħlija fl-ilma), iffriżat, esklużi l-piżelli tas-sottotitli 07102100 u ex07102900 u esklużi frott ieħor tal-genus Capsicum jew tal-genus Pimenta ta' sottotitlu 07108059 | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 10300 | Eżenzjoni |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 10600 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 10900 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 11200 |

    09.1125 | 07114000071151000711590007119030071190500711908007119090 | | Ħjar u ħjar żgħar għall-immarinat, faqqiegħ, tartuf, xorta ta' qamħ bil-qalba fiha ħafna zokkor, basal, ħaxix ieħor (esklużi frott tal-genus Capsicum jew Pimenta) u taħlit ta' ħaxix, provviżorjament priservati imma mhux adattati f'dak l-istat għal konsum immedjat | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 618 | Eżenzjoni |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 636 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 654 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 672 |

    09.1126 | ex0712 | | Ħaxix mnixxef, sħiħ, mqatta',f'biċċiet, miksur jew f'xi trab, imma mhux preparat aktar, esklużi l-basal ta' sottotitlu 07122000 u esklużi ż-żebbuġ ta' ex07129090 | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 2060 | Eżenzjoni |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 2120 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 2180 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 2240 |

    09.1122 | 080510100805103008051050 | | Larinġ frisk | mill-1.12 sal-31.5 | 300000 | Eżenzjoni |

    ex08051080 | 10 |

    09.1130 | ex08052010 | 05 | Klementini friski | mill- 1.11.2003 sad- tad- 29.2.2004 | 120000 | Eżenzjoni |

    għal kull perjodu minn hemm 'il quddiem mill-1.11 sat-28/29.2 | 130000 |

    09.1145 | 08082090 | | Sfarġel frisk | mill-1.1 sal-31.12 | 1000 | Eżenzjoni |

    09.1128 | 08091000 | | —Berquq frisk | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 3605 | Eżenzjoni |

    080920 | | —Ċirasa friska |

    080930 | | —Ħawħ frisk, li jinkludi ċ-ċiprisk | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 3710 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 3815 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 3920 |

    09.1134 | 08105000 | | Ribes Ċiniż frisk | mill-1.1 sat- 30.4.2004 | 257,5 | Eżenzjoni |

    | mill-1.1 sat- 30.4.2005 | 265 |

    | mill-1.1 sat- 30.4.2006 | 272,5 |

    | mill-1.1 sat- 30.4.2007 u għal kull perjodu minn hemm 'il quddiem mill-1.1 sat-30.4 | 280 |

    09.1140 | 1509 | | —Żejt taż-żebbuġ u l-partijiet tiegħu, kemm jekk raffinat jew le, imma mhux modifikati b'mod kimiku | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 3605 | Eżenzjoni |

    151000 | | —Żjut oħra u l-partijiet tagħhom, miksuba biss miż-żebbuġ, kemm jekk raffinati jew le, imma mhux modifikati b'mod kimiku, li tinkludi taħlitiet ta' dawn iż-żjut jew partijiet bi żjut jew partijiet tat-titlu 1509 | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 3710 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 3815 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 3920 |

    09.1147 | ex20011000 | 90 | Ħjar żgħir għall-immarinat, preparat jew ippreservat fil-ħall jew aċidu aċetiku | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 10300 tunnellata ta' piż nett imbattla | Eżenzjoni |

    mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 10600 tunnellata ta' piż nett imbattla |

    mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 10900 tunnellata ta' piż nett imbattla |

    mill-1.1. sal-tal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 11200 tunnellata ta' piż nett imbattla |

    09.1142 | 200290 | | Tadam preparat jew preservat b'mod ieħor milli fil-ħall jew aċidu aċetiku, ħlief sħiħ jew imqatta' biċċiet | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 2060 | Eżenzjoni |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 2120 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 2180 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 2240 |

    09.1119 | 200490502005400020055900 | | Piżelli (Pisum sativum) u fażola li għad baqagħlha tiżviluppa fil-miżwed preparati jew preservati b'mod ieħor milli fil-ħall jew aċidu aċetiku, iffriżati jew le | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 10815 | Eżenzjoni |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 11130 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 11445 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm'il quddiem | 11760 |

    09.1144 | 2008506120085069 | | Berquq, preparat jew preservat b'mod ieħor, li ma fihx spirtu miżjud, fih zokkor miżjud u f'pakketti żgħar ta' użu immedjat ta' kontenut nett li jaqbeż-il 1 kilo | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 10300 | Eżenzjoni |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 10600 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 10900 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 11200 |

    09.1146 | 2008507120085079 | | Berquq, preparat jew preservat b'mod ieħor, ma fihx spirtu miżjud, fih zokkor miżjud u f'pakketti żgħar ta' użu immedjat ta' kontenut nett li jaqbeż–il 1 kilo | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 5150 | Eżenzjoni |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 5300 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 5450 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 5600 |

    09.1105 | ex20085092 | 20 | Polpa tal-berquq, ma fihiex spirtu jew zokkor miżjuda, f'pakketti żgħar ta' użu immedjat ta' kontenut nett ta' 4,5 kilos jew aktar | mill-1.1. sal- tal- 31.12.2004 | 10300 | Eżenzjoni |

    ex20085094 | 20 | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 10600 |

    mill-1.1.sal- 31.12.2006 | 10900 |

    mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 11200 |

    09.1148 | 20085099 | | Berquq, preparat jew preservat b'mod ieħor, ma fihx spirtu jew zokkor miżjuda, f'pakketti żgħar ta' użu immedjat ta' kontenut nett ta' anqas minn 4,5 | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 7416 | Eżenzjoni |

    ex20087098 | 21 | kilosNofsijiet ta' ħawħ (inklużi ċiprisk), preparati jew preservati b'mod ieħor, ma fihomx spirtu jew zokkor miżjud, f'pakketti żgħar ta' użu immedjat ta' kontenut nett ta' anqas minn 4,5 kilos | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 7632 |

    mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 7848 |

    mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 8064 |

    09.1149 | 200892512008925920089272200892742008927620089278 | | Taħlit ta' frott, li fihom zokkor miżjud, imma mhux spirtu miżjud | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 103 | Eżenzjoni |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 106 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 109 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 112 |

    09.1123 | 20091120091200200919 | | Meraq tal-larinġ | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 51500 | Eżenzjoni |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 53000 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 54500 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 56000 |

    09.1192 | 20092100200929 | | Meraq tat-tronġ | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 1030 | Eżenzjoni |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 1060 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 1090 |

    | mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 1120 |

    09.1131 | 2204101922041099 | | Inbid ieħor ifexfex | mill-1.1. sal- 31.12.2004 | 98056 hl | Eżenzjoni |

    22042110 | | Inbid ieħor minn għeneb frisk | mill-1.1. sal- 31.12.2005 | 100912 hl |

    22042179 | | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 103768 hl |

    ex22042180 | 727980 | mill-1.1. sal- 31.12.2007 u għal kull sena minn hemm 'il quddiem | 106624 hl |

    22042183 | |

    ex22042184 | 10727980 |

    ex22042194 | 1030 |

    ex22042198 | 1030 |

    ex220421992204291022042965 | 10 |

    ex2204297522042983 | 10 |

    ex22042984 | 1030 |

    ex22042994 | 1030 |

    ex22042998 | 1030 |

    ex22042999 | 10 |

    09.1107 | ex22042179 | 72 | Inbid intitolati lil waħda mid-denominazzjonijiet ta' l-oriġini li ġejjin: Berkane, Saïs, Beni M'Tir, Guerrouane, Zemmour and Zennata, ta'qawwa alkoħolika eżatta bil-volum li ma jaqbiżx 15 % vol u fil-kontenituri li jesgħu 2.1 jew anqas | mill-1.1. sal-tal- 31.12.2004 | 57680 hl | Eżenzjoni |

    ex22042180 | 72 |

    ex22042183 | 72 | mill-1.1. sal-tal- 31.12.2005 | 59360 hl |

    ex22042184 | 72 | mill-1.1. sal- 31.12.2006 | 61040 hl |

    mill-1.1.sal-tal- 31.12.2007 u għalkull sena minn hemm 'il quddiem | 62720 hl |

    "

    --------------------------------------------------

    Top