Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0026

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità

    ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/01/2017; Revokat u sostitwit bi 32017R0218

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/26/oj

    32004R0026



    Official Journal L 005 , 09/01/2004 P. 0025 - 0035


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004

    tat-30 ta' Diċembru 2003

    dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd taħt il-politika komuni dwar is-sajd [1], u b'mod partikolari Artikolu 15 (3) u (4) tiegħu,

    Billi:

    (1) Fl-applikazzjoni tar-regoli tal-politika komuni dwar is-sajd, skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, kull Stat membru huwa meħtieġ li jżomm reġistru tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u l-Kummissjoni hija meħtieġa li tistabbilixxi reġistru tal-flotta tal-Komunità fuq il-bażi tar-reġistri nazzjonali.

    (2) Sabiex din tkun għodda komprensiva u effettiva għall-implimentazzjoni tar-regoli tal-politika komuni dwar is-sajd, ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità għandu jinkludi l-bastimenti tas-sajd kollha tal-Komunità, inklużi dawk użati esklussivament fl-akwakultura.

    (3) Sabiex tkun tista' ssir disponibbli l-informazzjoni essenzjali għall-amministrazzjoni tal-kapaċità tal-flottot tas-sajd u l-attività tagħhom, l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-bastiment li għandha tidher fir-reġistru għal kull Stat Membru skond l-Artikolu 15 (1) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 għandha tkun identifikata.

    (4) It-tifsira tal-proċeduri biex tintbagħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni li tidher fir-reġistru ta' kull Stat Membru hija meħtieġa biex tiżgura aġġornar regolari tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità.

    (5) Il-karatteristiċi u l-immarkar esterni rekordjati fir-reġistru miżmum minn kull Stat Membru għandhom ikunu speċifikati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2930/86 tat-22 ta' Settembru ta' l-1986 li jiddefinixxi l-karatteristiċi għall-bastimenti tas-sajd [2], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3259/94 [3], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 ta' l-20 ta' Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-immarkar u d-dokumentazzjoni ta' bastimenti tas-sajd [4].

    (6) L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-ħin kollu l-kwalità ta' l-informazzjoni mogħtija fir-reġistri nazzjonali tagħhom u jiżguraw li tiġi verifikata mill-Kummissjoni malli tiġi rċevuta.

    (7) Sabiex jiġu segwiti l-movimenti ta' bastimenti bejn Stati Membri u biex tiġi żgurata l-rabta mhix ekwivoka bejn l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità u d-data minn sistemi oħra ta' informazzjoni li tirrelata ma' attivitajiet tas-sajd, huwa importanti li jiġi allokat numru uniku ta' identifikazzjoni għal kull bastiment tas-sajd tal-Komunità, li ma jista' taħt l-ebda ċirkostanza jiġi assenjat mill-ġdid jew jinbidel.

    (8) Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament u tiġi simplifikata l-amministrazzjoni ta' l-informazzjoni, l-għodda tal-komunikazzjoni li għandhom jintużaw bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni iridu jkunu definiti.

    (9) Għandu jiġi stipulat li l-Kummissjoni għandha tiżgura l-aċċess mill-Istati Membri għall-informazzjoni kollha fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità bl-osservanza tad-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-protezzjoni tad-data personali stipulata fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [5].

    (10) Fid-dawl tal-bidliet magħmula permezz tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 tal-metodu għall-amministrazzjoni tar-reġistri tal-bastimenti tas-sajd, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/98 tat-30 ta' Settembru 1998 dwar ir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità [6], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 839/2002 [7], għandu jitħassar.

    (11) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akwakultura,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett

    1. Dan ir-Regolament:

    (a) jistabbilixxi l-informazzjoni minima dwar il-karatteristiċi u l-attività li għandhom jidhru fir-reġistru li kull Stat Membru għandu jżomm dwar il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu (hawnhekk iżjed ‘l quddiem imsejjaħ "ir-reġistru nazzjonali");

    (b) jippreskrivi l-obbligi ta' l-Istati membri fir-rigward tal-ġbid, validazzjoni u trasmissjoni ta' data mir-reġistru nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni;

    (ċ) jippreskrivi l-obbligi tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-amministrazzjoni tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (hawnhekk iżjed ‘l quddiem imsejjaħ "ir-reġistru tal-Komunità").

    2. Id-data mir-reġistru tal-Komunità għandha sservi bħala referenza għall-applikazzjoni tar-regoli tal-politika komuni dwar is-sajd.

    Artikolu 2

    Skop

    Dan ir-Regolament għandu jgħodd għall-bastimenti kollha tas-sajd tal-Komunità, inklużi dawk użati esklussivament fl-akwakultura kif definit fil-punt 2.2 tal-Anness III li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 [8]

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:

    1. "avveniment": kull dħul jew ħruġ mill-flotta ta' bastiment jew reġistrazzjoni jew bidla fil-karatteristiċi tiegħu kif definiti fl-Anness I;

    2. "transmissjoni": it-trasferiment diġitali ta' avveniment wieħed jew aktar tan-network ta' telekomunikazzjonijiet stabbilit bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-Kummissjoni;

    3. "stampa": il-ġrajjiet kollha rekordjati għall-bastimenti li jikkomprendu l-flotta ta' Stat membru bejn iċ-ċensiment imsemmi fl-Anness I u d-data tat-trasmissjoni;

    4. "data personali": l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-aġenti u l-proprjetarji ta' bastimenti tas-sajd.

    Artikolu 4

    Ġbid ta' data

    Kull Stat membru għandu jiġbor mingħajr dewmien id-data msemmija fl-Anness II għall-bastimenti tal-Komunità li jtajru l-bandiera tiegħu.

    Artikolu 5

    Rekordjar fir-reġistru nazzjonali

    Kull Stat Membru għandu jivvalida d-data miġbura skond Artikolu 4 u jirrekordjha fir-reġistru nazzjonali tiegħu.

    Artikolu 6

    Trasmissjoni perjodika

    Kull Stat membru għandu jittrasmetti stampa lill-Kummissjoni fl-ewwel jum utli ta' Marzu, Ġunju, Settembru u Diċembru ta' kull sena.

    Artikolu 7

    Rekordjar fir-reġistru tal-Komunità

    1. Malli tirċievi l-istampa, l-Komunità għandha tivverifika d-data li jkun fiha u ddaħħalha fir-reġistru tal-Komunità. Jekk ma jinkixef ebda żball din l-istampa għandha tissostitwixxi dik ta' qabel.

    Jekk jinkixfu żbalji, l-Kummissjoni għandha tibgħat il-kummenti tagħha lill-Istat Membru li għandu jagħmel il-korrezzjonijiet meħtieġa fir-reġistru nazzjonali tiegħu u jibgħat lill-Kummissjoni stampa ġdida fi żmien għaxart ijiem utli min-notifikazzjoni tal-Kummissjoni.

    2. Wara li tirċievi u tivverifika l-istampa l-ġdida, l-Kummissjoni għandha tirreġistraha jew tirrifjutaha jekk l-istampa jkun fiha żbalji mhux kompatibbli mal-politika komuni dwar is-sajd.

    Jekk l-istampa aċċettata jkun għad fiha l-iżbalji, dawn għandhom jiġu notifikati lill-Istat membru li għandu jimpenja ruħu li jikkoreġihom minnufih skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 8.

    3. Ir-reġistru tal-Komunità għandu jkun disponibbli għall-Istati Membri, skond ir-regoli stabbiliti bl-Artikolu 11, madwar xi 20 jum utli wara d-data tat-trasmissjoni perjodika ta' l-istampa.

    Artikolu 8

    Trasmissjoni temporanja

    1. Fejn l-implimentazzjoni ta' miżuri speċjali taħt il-politka komuni dwar is-sajd hekk teħtieġ, l-Istat Membru, jew minn jeddu, jew fuq it-talba tal-Kummissjoni, għandu jittrasmetti mingħajr dewmien mir-reġistru nazzjonali tiegħu it-tagħrif aġġornat għall-bastimenti konċernati.

    2. It-tagħrif trasmess għandu jkun fih għal kull bastiment il-partikolaritajiet tal-ġrajjiet kollha mid-data tad-daħla tiegħu fil-flotta sad-data tat-trasmissjoni.

    3. Malli tirċievi l-istampa, l-Kummissjoni għandha tivverifika t-tagħrif u tissostitwih fir-reġistru tal-Komunità.

    Artikolu 9

    Għodda ta' komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri

    1. It-trasmissjoni ta' data bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandha tkun immaniġġata permezz ta' l-applikazzjoni tal-IT żviluppata mill-Kummissjoni.

    2. Ir-reġistru tal-Komunità u d-data li tikkonċerna l-verifiki u l-moniteragg tat-trasmissjonijiet għandhom ikunu aċċessibbli għall-Istati membri fuq l-Internet.

    Artikolu 10

    Numru ta' identifikazzjoni "CFR"

    In-numru CFR imsemmi fl-Anness I għandu jidentifika l-bastimenti tas-sajd b'mod uniku. Dan għandu jkun inkluż fit-trasmissjonijiet kollha ta' data bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li tikkonċerna l-karatteristiċi u l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd.

    In-numru għandu jiġi assenjat definittavament meta bastiment jiġi reġistrat għall-ewwel darba fir-reġistru nazzjonali. Dan ma jistax jinbidel jew jiġi assenjat mill-ġdid lil xi bastiment ieħor.

    Artikolu 11

    Aċċess

    1. L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha li tkun tinsab fir-reġistru tal-Komunità bil-kundizzjoni li dawn josservaw id-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-protezzjoni ta' data personali li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 45/2001, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu.

    2. Il-pubbliku għandu jkollu aċċess għal verżjoni tar-reġistru tal-Komunità li ma jkunx fih data personali.

    3. Talbiet għall-aċċess għad-data personali fir-reġistru tal-Komunità għandhom jiġu trattati mill-Kummissjoni skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

    Artikolu 12

    Tħassir

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/98 huwa b'dan imħassar.

    Artikolu 13

    Dhul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2004.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Diċembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 59.

    [2] ĠU L 274 25.9.1986, p. 1.

    [3] ĠU L 339, 29.12.1994, p. 11.

    [4] ĠU L 132, 21.5.1987, p. 9.

    [5] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

    [6] ĠU L 266, 1.10.1998, p. 27.

    [7] ĠU L 134, tat-22.5.2002, p. 5.

    [8] ĠU L 337, 30.12.1999, p. 10.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    DEFINIZZJONI TA' DATA U DESKRIZZJONI TA' REĠISTRAZZJONI

    Isem taż-żona | Numru massimu ta' karattri | Allinjament L(xellug)/R (lemin) | Definizzjoni u kummenti |

    Pajjiż ta' reġistrazzjoni | 3 | — | Stat Membru (Kodiċi Alpha-3 ISO) li fih il-bastiment huwa reġistrat għas-sajd skond ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dejjem il-pajjiż li jirrapporta. |

    CFR | 12 | — | (Numru tar-reġistru tal-flotta tal-Komunità). Numru uniku ta' identifikazzjoni ta' bastiment tas-sajd. Stat Membru (Kodiċi Alpha-3 ISO) segwit b'serje ta' identifikazzjoni (disa' karattri). Fejn serja jkollha anqas minn disa' karattri, għandhom jiddaħħlu żerijiet addizzjonali man-naħa tax-xellug. |

    Kodiċi ta' incident | 3 | — | Kodiċi li tidentifika t-tip ta' incident rapportat. (Tabella 1) |

    Data ta'l-incident | 8 | — | Data (SSSSXXJJ) meta jkun seħħ |

    Indikatur tal-liċenza | 1 | — | Bastiment b'liċenza tas-sajd skond ir-Regolament (KE) Nru 3690/93: I(iva)/L(le) |

    Numru tar-reġistrazzjoni | 14 | L | |

    Immarkar estern | 14 | L | Skond ir-Regolament (KEE) Nru 1381/87 |

    Isem tal-bastiment | 40 | L | |

    Port ta' reġistrazzjoni | 5 | L | Kodiċi nazzjonali |

    Indikatur IRCS | 1 | — | Bastiment b'radju internazzjonali abbord: I(Iva)/L(Le)/MM(Mhux magħruf) |

    IRCS | 7 | L | (Sinjal tas-sejħa internazzjonali bir-radju). Sinjal tas-sejħa internazzjonali bir-radju |

    Indikatur VMS | 1 | — | (Sistema ta' moniteragg tal-bastiment) Bastiment b'sistema ta' moniteragg permezz tas-satellita skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002: I(iva)/L(le) |

    Tagħmir prinċipali tas-sajd | 3 | L | Kodiċi tat-tagħmir prinċipali (Tabella 3) |

    Tagħmir tas-sajd sussidjarju | 3 | L | Kodiċi tat-tagħmir tas-sajd sussidjarju (Tabella 3) |

    LOA | 6 | R | (Tul kollu) It-tul kollu f'metri definit skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. |

    LBP | 6 | R | (It-tul bejn il-perpendikolari) It-tul bejn il-perpendikolari f'metri, skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. |

    Tunnellaġġ TG | 8 | R | Fit-TG, definit skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. |

    Tunellaġġ ieħor | 8 | R | F'tunnellati metriċi skond il-Konvenzjoni ta' Oslo jew skond id-definizzjoni li għandha tiġi preskritta mill-Istat Membru. |

    TG | 7 | R | Fit-TG, żieda fit-tunnellaġġ permessa fuq il-bażi ta' sigurezza skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. |

    Saħħa tal-makna prinċipali | 8 | R | F'kW, skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. |

    Saħħa tal-makna awżiljari | 8 | R | F'kW. Tinkludi s-saħħa kollha tal-makni stallati mhix taħt l-intestatura "Saħħa tal-makna prinċipali." |

    Materjal tal-buq | 1 | — | Kodiċi (Tabella 4) |

    Sena li fih ġie kummissjonat | 4 | — | Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. |

    Xahar li fih ġie kummissjonat | 2 | — | Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. |

    Jum li fih ġie kummissjonat | 2 | — | Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. |

    Segment | 3 | — | Kodiċi (Tabella 5) |

    Pajjiż ta' importazzjoni/esportazzjoni | 3 | — | Kodiċi Alpha-3 ISO għall-pajjiż importatur jew esportatur. |

    Tip ta' esportazzjoni | 2 | — | Kodiċi (Tabella 6) |

    Kodiċi għal għajnuna pubblika | 2 | — | Kodiċi (Tabella 7) |

    Data tad-deċiżjoni amministrattiva | 8 | — | Data (SSSSXXJJ) tad-deċiżjoni amministrattiva msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1438/2003, Artikolu 6. |

    Segment kopert bid-deċiżjoni amministrattiva | 3 | — | Kodiċi tas-segment MAGP li għandu jiġi notifikat skond ir-Regolament (KE) Nru 1438/2003. |

    Sena ta' kostruzzjoni | 4 | — | |

    Lok ta' kostruzzjoni | 100 | L | Test liberu. L-isem tat-tarznar, belt u pajjiż fejn inbena l-buq. |

    L-isem ta'l-aġent tal-bastiment | 100 | L | Aġent tal-bastiment: Persuna naturali: kunjom, isem,Persuna ġuridika: isem |

    Indirizz ta'l-aġent tal-bastiment | 100 | L | Test liberu. L-indirizz għandu jkun ċar biżżejjed biex jippermetti li l-aġent jiġi kuntattjat: triq, numru, kaxxa, kodiċi postali, belt u pajjiż. |

    Indikatur tal-proprjetarju | 1 | — | Bastiment li l-aġent tiegħu huwa wkoll il-proprjetarju I(iva)/L(le) |

    Isem tal-proprjetarju | 100 | L | Proprjetarju tal-bastiment: Persuna naturali: kunjom, isemPersuna ġuridika: isem |

    Indirizz tal-proprjetarju | 100 | L | Test liberu. L-indirizz għandu jkun ċar biżżejjed biex jippermetti li l-proprjetarju jiġi kkuntattjat: triq, numru, kaxxa, kodiċi postali, belt u pajjiż. |

    Daħla tal-flotta | Censiment | CEN |

    Kostruzzjoni ġdida | CST |

    Bdil ta' attività | CHA |

    Importazzjoni intra-Komunitarja, trasferiment | IMP |

    Fi ħdan il-flotta | Modifikazzjoni | MOD |

    Ħruġ mill-flotta | Tkissir, għarqa | DES |

    Bdil ta' attività | RET |

    Esportazzjoni intra-Komunitarja, trasferiment | EXP |

    Tabella 2 Data ta' ċensiment iffissat mill-pajjiż

    BEL, DNK, FRA, GBR, PRT | ta' l- 1.1.1989 |

    NLD | ta' l- 1.9.1989 |

    DEU, ESP | ta' l- 1.1.1990 |

    IRL | ta' l- 1.10.1990 |

    ITA | ta' l- 1.1.1991 |

    GRC | ta' l- 1.7.1991 |

    SWE, FIN | ta' l- 1.1.1995 |

    CYP, EST, LTU, LVA, MT, POL, SVN | ta' l- 1.5.2004 |

    Tabella 3 Kodiċi għal tagħmir tas-sajd

    Kategorija tat-tagħmir | Tagħmir | Kodiċi | Tagħmir statiku (S) jew irmonkat (T) | Pelaġiku (P) jew jgħijx qrib il-qiegħ tal-baħar (D) |

    Xbieki jiċċirkondaw | Tartaruni forma ta' borża | PS | T | P |

    Xbieki tal-lampara | LA | T | P |

    Tartaruni | Tartaruni twal | SB | T | D/P |

    Tartaruni Daniżi | SDN | T | D/P |

    Tartaruni Skoċċiżi | SSC | T | D/P |

    Tartaruni f'pari | SPR | T | D/P |

    Xbieki tat-tkarkir | Xbieki tat-tkarkir mill-ġnub | TBB | T | D |

    Xbieki għat-takarkir tal-qiegħ | OTB | T | D |

    Xbieki f'pari għat-tkarkir tal-qiegħ | PTB | T | D |

    Xbieki għat-tkarkir f'nofs-fond | OTM | T | D/P |

    Xbieki għat-tkarkir pelaġiċi f'pari | PTM | T | D/P |

    Xbieki f'pari għat-tkarkir tal-qiegħ | OTT | T | D/P |

    Gangmi | Gangmi tad-dgħajjes | DRB | T | D |

    Gagmi tal-idejn użati abbord bastiment | DRH | T | D |

    Gangmi mekkanizzati inklużi karrakki bi ġbid tal-arja | HMD | T | D |

    Xbieki ta'l-irfiegħ | Xbieki ta' rfiegħ operati minn dgħajjes | LNB | S | P |

    Xbieki ta' rfiegħ stazzjonarji operati mill-art | LNS | S | P |

    Għażel tal-wiċċ u xbieki li jeħel il-ħut magħhom | Xbieki tal-wiċċ issettjati (ankrati) | GNS | S | D |

    Pariti tal-wiċċ | GND | S | D/P |

    Xbieki tal-wiċċ li jdawrru l-ħut | GNC | S | D/P |

    Pariti | GTR | S | D/P |

    Pariti mgħaqqda ma' xbieki tal-wiċċ | GTN | S | D/P |

    Nasses | Nasses | FPO | S | D |

    Snanar u xolfa | Xolfa ta' l-idejn u tal-qasab (imħaddma bl-idejn) | LHP | S | D/P |

    Xolfa ta' l-idejn u tal-qasab (mekkanizzati) | LHM | S | D/P |

    Konzijiet ankrati | LLS | S | D |

    Konzijiet (jitkaxkru mal-kurrent) | LLD | S | P |

    Xolfa bir-rixa | LTL | T | P |

    Tagħmir mhux magħruf | | NK | | |

    Ebda tagħmir | | NO | | |

    Injam | 1 |

    Metall | 2 |

    Fibra tal-ħġieġ/plastik | 3 |

    Oħrajn | 4 |

    Mhux magħruf | 5 |

    Data ta' incident qabel il- 31.12.2002 | Kodiċi MAGP |

    Data ta'l-incident mill- 1.1.2003 | Flotta tal-pajjiż prinċipali | MFL |

    Reġjun l-aktar imbiegħed | Franza | Kodiċi MAGP IV |

    Il-Portugall | Kodiċi MAGP IV |

    Spanja | CAN1 à CANn |

    Akwakultura | AQU |

    Esportazzjoni intra-Komunitarja jew trasferiment | EX |

    Esportazzjoni fi ħdan negozju bi sħab | SM |

    Tabella 7 Kodiċi għal għajnuna pubblika

    Għajnuna mhix finanzjata f'parti mill-Komunità | AE |

    Għajnuna finanzjata f'parti mill-Komunità skond ir-Regolament (KE) Nru 2792/1999 | AC |

    Ebda għajnuna pubblika | PA |

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    DATA LI GĦANDHA TIĠI PROVDUTA SKOND IT-TIP TA INCIDENT DEFINIT FL-ANNESS I, IT-TABELLA 1

    | Dħul tal-flotta | Fi ħdan il-flotta | Ħruġ mill-flotta |

    | CEN | CST | CHA | IMP | MOD | DES | RET | EXP |

    Pajjiż ta' reġistrazzjoni | X | X | X | X | X | X | X | X |

    CFR | X | X | X | X | X | X | X | X |

    Kodiċi ta l-incident | X | X | X | X | X | X | X | X |

    Data ta l-incident | X | X | X | X | X | X | X | X |

    Indikatur tal-liċenza | X | X | X | X | X | X | X | X |

    Numru tar-reġistrazzjoni | X | X | X | X | X | X | X | X |

    Immarkar estern | X | X | X | X | X | X | X | X |

    Isem tal-bastiment | X | X | X | X | X | X | X | X |

    Port ta' reġistrazzjoni | X | X | X | X | X | X | X | X |

    Indikatur IRCS | X | X | X | X | X | X | X | X |

    IRCS | X | X | X | X | X | X | X | X |

    Indikatur VMS | X | X | X | X | X | X | X | X |

    --------------------------------------------------

    Top