EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0060

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/60/KE tat-23 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-kinossifen bħala sustanza attivaTest b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 120, 24.4.2004, p. 39–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011: This act has been changed. Current consolidated version: 01/09/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/60/oj

32004L0060



Official Journal L 120 , 24/04/2004 P. 0039 - 0042


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/60/KE

tat-23 ta' April 2004

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-kinossifen bħala sustanza attiva

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 2003 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/82/EC [2] u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-Renju Unit irċieva fl-1 ta' Awissu 1995 applikazzjoni mingħand id-Dow Elanco Europe (issa d-Dow Agro Sciences), sabiex tiġi inkluża s-sustanza attiva kinossifen fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/457/KEE( [3]) ikkonformat illi d-dossier kien "komplet" u li jista' jiġi kkunsidrat li jissodisfa, fil-prinċipju, il-ħtiġiet ta' l-informazzjoni u tat-tagħrif ta' l-Annessi II u III mad-Direttva 91/414/KEE.

(2) Rigward din is-sustanza attiva, ġew stmati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent, skond id-Disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru rapporteur innominat, issottometta lill-Kummissjoni abbozz tar-rapport ta' stima li jirrigwarda s-sustanza fil-11 ta' Ottubru 1996.

(3) L-abbozz tar-rapport ta' stima kien rivist mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni ġewwa l-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali. Ir-rivista kienet iffinalizzata fit-28 ta' Novembru 2003 fil-format tar-rapport ta' rivista tal-Kummissjoni għall-kinossifen.

(4) Id-dokumenti u t-tagħrif ġew issottomessi wkoll lill-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti għal konsultazzjoni separata. Il-Kumitat kien mitlub li jikkummenta dwar l-akkumulazzjoni tas-sustanza fil-ħamrija u dwar l-impatt ambjentali potenzjali tagħha. Fl-opinjoni tiegħu [4], il-Kumitat innota illi l-istudji disponibbli u l-istudju fuq il-post rigward id-degredazzjoni tal-materjal organiku (l-istudju tal-borża taż-żibel) b'mod partikolari ma wrewx b'mod konvinċenti impatt aċċettabbli fuq l-ambjent, fil-biċċa l-kbira minħabba s-saħħa statistika mhux biżżejjed tad-disinn sperimentali. Il-Kumitat innota iktar mnn hekk illi frazzjon tal-kinossifen applikat jista' jisparixxi fl-arja wara li jiġi applikat fuq wiċċ tar-raba'. Għalkemm ir-riżultati disponibbli jindikaw dekomposizzjoni rapida tas-sustanza fl-arja, il-Kumitat issuġġerixxa illi l-kejl tan-nofs ħajja għandu jiġi mtenni wara li jkunu ġew żviluppati skemi approprjati sabiex jistmaw ir-riskji ambjentali tat-trasport atmosferiku tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Din ir-rakkommandazzjoni tal-kumitat tqieset fir-rapport ta' rivista tas-sustanza attiva.

L-istudju insuffiċjenti fuq il-post dwar il-qsim waħda waħda tal-materja organika ġie mtenni bi protokoll ta' test ta' livell ogħla. Ma ġie nnotat l-ebda effett tal-kinossifen fuq id-dekomposizzjoni tal-materjal organiku.

(5) Skond l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE u bil-ħsieb ta' deċiżjoni possibbilmemt sfavorevoli għall-kinossifen, il-Kummissjoni organizzat laqgħa tripartita ma' min kien issottometta l-informazzjoni ewliena u l-Istat Membru rapporteur fit-13 ta' Frar 2003. Dak li kien issottometta l-informazzjoni ewliena pprovda iktar informazzjoni sabiex jissodisfa t-tħassib ta' l-ewwel.

(6) Mill-eżaminjiet varji magħmula, deher illi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-kinossifen jistgħu jiġu mistennija li jissodisfaw, b'mod ġenerali, il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/4143/KEE, b'mod partikolari rigward l-użi li kienu eżaminati u dettaljati fir-rapport ta' rivista tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk approprjat li l-kinossifen jiġi inkluż fl-Anness II, sabiex jiġi żgurat illi fl-Istati Membri lkoll ikunu jistgħu jiġu konċessi l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom din is-sustanza attiva skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

(7) Ir-rapport ta' rivista tal-Kummissjoni huwa meħtieġ sabiex jiġu implimentati kif jixraq mill-Istati Membri numru ta' taqsimiet tal-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE. Huwa għalhekk approprjat li jiġi pprovvdut li r-rapport iffinalizzat tar-rivista, għajr għat-tagħrif kunfidenzjali fit-tifsira ta' l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jinżamm disponibbli, jew jintgħamel disponibbli mill-Istati Membri għall-konsultazzjoni minn kull parti interessata.

(8) Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jiġu permessi perjodu raġjonevoli taż-żmien sabiex jimplimentaw id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/LEE rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-kinossifen u b'mod partikolari sabiex jagħmlu rivista ta' l-awtorizzazzjonijiet proviżorji eżistenti u, l-iktar tard sat-tmiem ta' dan il-perjodu taż-żmien, sabiex jittrasformaw dawn l-awtorizzazzjonjiet f'awtorizzazzjonijiet kompleti, sabiex jemendawhom jew sabiex jirtirawhom skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE.

(9) Huwa għalhekk approprjat li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata kif jixraq.

(10) Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif iddikjarat fl-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw mhux iktar tard mit-28 ta' Frar 2005 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mill-1 ta' Marzu 2005.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu rivista ta' l-awtorizzazzjoni għal kull wieħed mill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih il-kinossifen sabiex jiżguraw illi jkunu skond il-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sustanzi attivi ddikjarati fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Meta meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni skond id-Direttiva 91/414/KEE qabel it-28 ta' Frar 2005.

2. Sal-31 ta' Awissu 2004, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw mill-ġdid, għal wieħed mill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih il-kinossifen jew bħala s-sustanza attiva waħdiena jew bħala wieħed minn numru ta' sustanzi attivi li lkoll ġew elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, il-prodott skond il-prinċipji uniformi pprovduti fl-Anness VI mad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dossier li jissodisfa l-ħtiġiet ta' l-Anness III ma' din id-Direttiva. Fuq il-bażi ta' din il-valutazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 4(1)(b), (ċ), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE. Meta meħtieġ u l-iktar tard sat-28 ta' Frar 2006, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti..

Artikolu 4

Din is-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2004.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, pġ. 1.

[2] ĠU L 77, tat-13.3.2002, pġ. 50.

[3] ĠU L 189, tat-30.7.1996, pġ. 112.

[4] Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti li tirrigwarda l-inklużjoni tal-kinossifen fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. (SCP/QUINOX/002-finali, adottata fis-7 ta’ Marzu 2001.)

--------------------------------------------------

ANNESS

Fl-Anness I il-filliera li ġejja għandha tiżdied fit-tarf tat-tabella:

"In-Nru | L-Isem komuni, In-Numri ta' l-identifikazzjoni | L-Isem tal-IUPAC | - Is-safa, | Id-Dħul fis-seħħ | L-Iskadenza ta' l-inklużjoni | Specific provisionsDisposizzjonijiet speċifiċi |

83 | Il-Kinossifen CAS Nru 124495-18-7 Nru tas-CIPAC 566 | Il-5, 7 –dikloro-4(ż-fluworofenossi) kinolin | 970 g/kg | L1 ta' Settembru 2004 | Il-31ta' Awissu 2014 | Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala funġiċida Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rivista dwar il-kinossifen, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II ta' miegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali fit-28 ta' Novembru 2003 L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-organiżmi akkwatiċi. Iridu jiġu applikati miżuri tat-taffija tar-riskji u jridu jinbdew programmi tal-monitoraġġ fiż-żoni vulnerabbli meta approprjat. |

--------------------------------------------------

Top