Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0055

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/55/KE tal-20 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar il-marketing taż-zerriegħa ta’ pjanti għall-għalfTest b’relevanza għall-ŻEE

    ĠU L 114, 21.4.2004, p. 18–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/55/oj

    32004L0055



    Official Journal L 114 , 21/04/2004 P. 0018 - 0018


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/55/KE

    tal-20 ta’ April 2004

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar il-marketing taż-zerriegħa ta’ pjanti għall-għalf

    (Test b’relevanza għall-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing ta’ zerriegħa ta’ pjanti għall-għalf [1], u partikolarment l-Artikolu 2(1a) u 21a tagħha,

    Billi:

    (1) Id-Direttiva 66/401/KEE tinkludi lista tal-ġeneri u speċi tal-pjanti li huma kunsidrati bħala pjanti għall-għalf fis-sens ta’ din id-Direttiva. Din il-lista tinkludi ibridi li jirriżultaw mit-taħlit tal-meadow fescue (Festuca pratensis Hudson) ma’ l-Italian ryegrass (Lolium multiflorum Lam).

    (2) L-għan tad-Direttiva 66/401/KEE għandu jiġi estiż biex ikopri taħlit tal-Festuca spp. mal-Lolium spp.

    (3) Id-Direttiva fuq imsemmija, fil-kuntest tal-kondizzjonijiet li jridu jkunu sodisfatti biż-żerriegħa, stabbiliet it-tnibbit minimu ( % taż-żerriegħa pura) taż-żerriegħa tal-favetta (Vicia faba L.).

    (4) It-tnibbit minimu taż-żerriegħa tal-favetta (Vicia faba L.) miksub fil-preżent fil-Komunità huwa anqas minn dak mitlub mid-Direttiva 66/401/KEE.

    (5) Id-Direttiva 66/401/KEE għandha għalhekk tkun emendata għal dawn ir-ragunijiet.

    (6) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Żrieragħ u Materjal Propagatorju għall-Agrikoltura, Ortikoltura u Forestrija,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 66/401/KEE hija emendata skond kif ġej:

    1. f’punt (a) ta’ Part A tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 2 il-kliem

    "Festuca pratensis Hudson x Lolium multiflorum Lam. Ibridu li jirrizulta mit-tahlit tal-meadow fescue ma' l-Italian ryegrass (inkluz il-Westerwold ryegrass) (x Festulolium)"

    huma mibdula bil-kliem

    "Festuca spp. x Lolium spp. Ibridi li jirrizultaw mit-tahlit ta' speci tal-genus Festuca ma' speci tal-genus Lolium (x Festu-lolium)"

    2. L-Annessi II u IV huma emendati kif ġej:

    (a) fil-kolonna 2 tat-tabella fit-taqsima I.2.A ta’ l-Anness II, fid-dħul li għandu x’ jaqsam ma’ Vicia faba, "85" huwa mibdul bi "80".

    (b) fil-punt I (a) 4 u (c) 4 ta’ taqsima A ta’ l-Anness IV is-sentenza li ġejja hija miżjuda:

    "Fil-każ ta’ x Festulolium l-ismijiet ta’ l-ispeċi fil-genus Festuca u l-Lolium għandhom ikunu indikati"

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex titħares id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2004. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella korrispendenti bejn dawn id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza meta jkunu pubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

    2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fl-oqsma koperti b’ din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ April 2004.

    Ghall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] Id-Direttiva skond kif emendata l-aħħar bid ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66. Id-Direttiva skond kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 23).<0}

    --------------------------------------------------

    Top