Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0015

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/15/KE ta' l-10 ta' Frar 2004 li temenda d-Direttiva 77/388/KEE biex testendi l-faċilità li tħalli l-Istati Membri japplikaw rati mnaqqsin ta' VAT lil ċerti servizzi ta' xogħol intensiv

    ĠU L 52, 21.2.2004, p. 61–61 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006L0112

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/15/oj

    32004L0015



    Official Journal L 052 , 21/02/2004 P. 0061 - 0061


    Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/15/KE

    ta' l-10 ta' Frar 2004

    li temenda d-Direttiva 77/388/KEE biex testendi l-faċilità li tħalli l-Istati Membri japplikaw rati mnaqqsin ta' VAT lil ċerti servizzi ta' xogħol intensiv

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 93 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

    Billi:

    (1) L-Artikolu 28(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq il-qliegħ - sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima [3], tħalli r-rati mnaqqsin previsti fit-tielet sottoparagrafu ta' l-Artikolu 12(3)(a) li għandhom jiġu applikati wkoll lis-servizzi ta' xogħol intensiv imniżżlin fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness K ta' dik id-Direttiva għal perjodu massimu ta' erba' snin mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2003.

    (2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/185/KE tat-28 ta' Frar 2000 li tawtorizza lill-Istati Membri japplikaw rata mnaqqsa ta' VAT lil ċerti servizzi ta' xogħol intensiv skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 28(6) tad-Direttiva 77/388/KEE [4], awtorizzat lil ċerti Stati Membri japplikaw rata mnaqqsa ta' VAT lil dawk is-servizzi ta' xogħol intensiv għal liema kienu taw applikaxxjoni sal-31 ta' Diċembru 2003.

    (3) Fuq il-bażi tar-rapporti ta' stima mogħtija mill-Istati Membri li applikaw ir-rata mnaqqsa, il-Kummissjoni tat ir-rapport ta' stima globali tagħha fit-2 ta' Ġunju 2003.

    (4) Bi qbil ma' l-istrateġija tagħha biex ittejjeb il-ħidma tas-sistema ta' VAT fil-kuntest tas-suq intern, il-Kummissjoni adottat proposta għal reviżjoni ġenerali tar-rati mnaqqsin ta' VAT biex tissimplifika u tirrazzjanolizza dawn.

    (5) Peress li l-Kunsill ma laħaqx ftehim dwar il-kontenut tal-proposta, għandu jinata' l-ħin meħtieġ biex jagħmel dan, sabiex tiġi evita inċertezza legali mill-1 ta' Jannar 2004 il-perjodu massimu ta' applikazzjoni stabbilit għal din il-miżura fid-Direttiva 77/388/KEE għandu għalhekk jiġi estiż.

    (6) Sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni kontinwa ta' l-Artikolu 28(6) tad-Direttiva 77/388/KEE, proviżjoni għandha tiġi magħmula biex din id-Direttiva tapplika b'mod retroattiv.

    (7) L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva bl-ebda mod timplika bidla fid-disposizzjonijiet leġislattivi ta' l-Istati Membri.

    (8) Id-Deċiżjoni 77/388/KEE għandha tiġi emendata skond dan,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Fl-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 28(6) tad-Direttiva 77/388/KEE il-kliem "erba' snin bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Diċembru 2003" għandhom jiġu mibdulin bil-kliem "sitt snin bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Diċembru 2005".

    Artikolu 2

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2004.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, 10 Frar 2004.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    C. McCreevy

    [1] Opinjoni mogħtija fl-15 ta' Jannar 2004 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] Opinjoni mogħtija fit-28 ta' Jannar 2004 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2004/7/KE (ĠU L 27, tat-30.1.2004, p. 44).

    [4] ĠU L 59, ta' l-4.3.2000, p. 10. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2002/954/KE (ĠU L 331, tas-7.12.2002, p. 28).

    --------------------------------------------------

    Top