Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0003

Id-Direttiva 2004/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 70/156/KEE u 80/1268/KEE dwar il-kejl ta' l-emissjonijiet ta' dijossidu tal-karbonju u konsum ta' karburanti minn vetturi N1Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 49, 19.2.2004, pp. 36–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2013; Imħassar b' 32007R0715

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/3/oj

32004L0003



Official Journal L 049 , 19/02/2004 P. 0036 - 0041


Id-Direttiva 2004/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-11 ta' Frar 2004

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 70/156/KEE u 80/1268/KEE dwar il-kejl ta' l-emissjonijiet ta' dijossidu tal-karbonju u konsum ta' karburanti minn vetturi N1

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew [2],

Waqt li mxew skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE tas-16 ta' Diċembru 1980 dwar l-emissjonijiet ta' dijossidu tal-karbonju u konsum ta' karburanti minn vetturi bil-mutur [4] hi waħda mid-direttivi separati skond il-proċedura ta' approvazzjoni ta' tip preskritta bid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw għall-approvazzjoni ta' tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [5].

(2) Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill dwar "politika u miżuri ta' l-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass li jżid it-tisħin ta' l-atmosfera: lejn Programm Ewropew dwar Bidla tal-Klima (ECCP)", tipproponi l-implimentazzjoni ta' strateġija li tnaqqas l-emissjoni ta' gassijiet li jżidu t-tisħin ta' l-atmosfera inklużi miżuri fis-settur tat-trasport. Il-Karta Ħadra "Lejn strateġija Ewropea għas-sigurtà tal-provvista ta' enerġija" ukoll titlob għal sforzi għal titjib fl-ekonomija ta' karburanti minn vetturi bil-mutur.

(3) Skond l-istrateġija tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' dijossidu tal-karbonju (CO2) minn karrozzi tal-passiġġieri, kif deskritt fil-qasir fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill intitolata "Strateġija tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn karrozzi tal-passiġġieri u biex isir titjib fl-ekonomija ta' karburanti", il-metodoloġija armonizzata ta' kejl, kif preskritt fid-Direttiva 801/268/KEE, intużat bħala strument bażiku. Biex miżuri sussegwenti jkunu jistgħu inaqqsu l-konsum ta' karburanti u emissjonijiet ta' CO2 fis-settur ta' vetturi kummerċjali żgħar, hu meħtieġ li jikber l-iskop tad-Direttiva biex jinkludi wkoll vetturi tal-kategorija N1.

(4) Kif imsemmi fid-Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju li tistabbilixxi skema għal monitoraġġ ta' emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 minn karrozzi tal-passiġġieri ġodda [6], il-Kummissjoni għamlet studju li jinvestiga l-possibiltajiet u l-implikazzjonijiet ta' proċedura armonizzata biex jitkejlu l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 minn vetturi tal-kategorija N1. F'dan ir-rigward, hu meqjus teknikament aċċettabbli u jaqbel ħafna f'dak li hu benefiċċju għall-flus li jintefqu jekk wieħed japplika t-test dwar emissjonijiet eżistenti tad-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta' l-20 ta' Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra tniġġis ta' l-arja b'emissjonijiet minn vetturi bil-mutur [7] anke biex jitkejjel il-konsum ta' karburanti u emissjonijiet ta' CO2 għal dik il-kategorija ta' vetturi.

(5) Ħafna fabbrikanti li jipproduċu fuq skala żgħira jixtru minn għand fornituri magni li huma ta' tip approvat f'dak li huma emissjonijiet skond id-Direttiva 88/77/KEE tat-3 ta' Diċwembru 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra emissjonijiet ta' inkwinanti li jkun fihom gass u partikoli minn magni li jaħdmu permezz ta' kompressjoni u jintużaw f'vetturi, u l-emissjoni ta' inkwinanti li fihom il-gass minn magni li jaqbdu posittivament b'gass naturali jew gass magħmul minn żejt f'għamla likwida għal użu f'vetturi [8]. Numru mdaqqas ta' dawk il-fabbrikanti m'għandhomx l-infrastruttura jew tagħrif espert meħtieġa biex jagħmlu testijiet għal emissjonijiet ta' dħaħen jew ta' CO2. Għalhekk hemm bżonn li tingħata eżenzjoni lil fabbrikanti żgħar, ladarba l-ispejjeż addizzjonali li jkollhom biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva ikunu għoljin wisq bħala proporzjon.

(6) Dawk il-miżuri għandhom impatt ukoll fuq l-Annessi tad-Direttiva 70/156/KEE.

(7) Id-Direttivi 70/156/KEE u 80/1268/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 70/156/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

(a) il-filliera 39 ta' l-Anness IV, Parti I, tinbidel b'dan li ġej:

"Suġġett | Numru tad-Direttiva | Referenza tal-Ġurnal Uffiċjali | M1 | M2 | M3 | N1 | N2 | N3 | O1 | O2 | O3 | O4 |

39.emissjonijiet ta' CO2 konsum ta' karburant | 80/1268/KEE | L 375, tal-31.12.1980, p. 36 | X | | | X" | | | | | | |

(b) fiċ-ċertifikat Komunitarju ta' konformità għal vetturi kompleti jew kompletati tal-kategoriji N1, N2 u N3 fl-Anness IX, parti 1, paġna 2, jiżdied il-punt li ġej:

+++++ TIFF +++++

Artikolu 2

L-Annessi I u II tad-Direttiva 80/1268/KEE għandhom jiġu emendati kif preskritt fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Mhux aktar tard mid-19 ta' Frar 2006, il-Kummissjoni għandha:

(a) tippreżenta studju dwar il-possibiltajiet li jinkisbu data dwar emissjonijiet ta' CO2 u konsum ta' karburanti għal vetturi kompletati b'diversi stadji ta' operazzjoni u vetturi li l-emissjonijiet tagħhom jitkejlu skond id-Dirtettiva 88/77/KEE biex ikunu jistgħu jiġu meqjusa l-aspetti ta' "benefiċċji ta' valur għal dak li jintefaq" ta' dawn il-metodi ta' kejl;

(b) tippreżenta valutazzjoni tal-kunċett tal-familja ta' vetturi imdaħħal b'din id-Direttiva;

(ċ) jekk xieraq, tippreżenta abbozz ta' miżuri dwar l-adattament ta' din id-Direttiva għal progress tekniku lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 4

Meta vettura magħmula minn speċjalista li jibni kowċijiet tkun konformi mal-kriterji ta' waħda mill-familji ta' vetturi tal-fabbrikant tal-vettura bażi, dak li jibni l-kowċ jista' juża d-data dwar effiċjenza tal-karburanti u l-produzzjoni ta' CO2 fornuti minn dak il-fabbrikant.

Artikolu 5

1. B'seħħ mid-19 ta' Frar 2005 għal vetturi tal-kategorija N1, Stati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet marbuta ma' emissjonijiet ta' CO2 jew konsum ta' karburanti:

(a) jirrifjutaw, dwar xi tip partikolari ta' vettura bil-mutur, li jagħtu tip ta' approvazzjoni jew tip ta' approvazzjoni nazzjonali tal-KE;

(b) jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, bejgħ jew dħul fis-servizz ta' vetturi skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 70/156/KEE,

jekk iċ-ċifri ta l-emissjoni ta' CO2 jew tal-konsum ta' karburanti jkunu ġew stabbiliti skond il-ħtiġijiet tad-Direttiva 80/1268/KE, kif emendata b'din id-Direttiva.

2. B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2005 għal vetturi tal-kategorija N1, Klassi I, u b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2007 għal vetturi tal-kategorija N1, Klassijiet II u III, Stati Membri:

(a) m'għandhomx aktar jagħtu approvazzjoni ta' tip nazzjonali KE skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 70/156/KEE;

(b) għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni ta' tip nazzjonali, ħlief meta d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 70/156/KEE ikunu invokati,

jekk iċ-ċifri dwar l-emissjoni ta' CO2 u l-konsum ta' karburanti ma jkunux ġew stabbiliti skond il-ħtiġijiet tad-Direttiva 80/1268/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.

3. B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2006 għal vetturi tal-kategorija N1, Klassi I, u b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2008 għal vetturi tal-kategorija N1, Klassijiet II u III, Stati Membri għandhom:

(a) jikkunsidraw ċertifikati ta' konformità li jkun hemm ma' vetturi ġodda, skond id-Direttiva 70/156/KEE mhux aktar validi għall-għan ta' l-Artikolu 7(1) ta' dik id-Direttiva;

(b) jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, bejgħ jew dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda li ma' jkollhomx magħhom ċertifikat validu ta' konformità skond id-Direttiva 70/156/KEE, ħlief meta d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(2) ta' dik id-Direttiva jkunu invokati;

jekk iċ-ċifri dwar l-emissjoni ta' CO2 u l-konsum ta' karburanti ma jkunux ġew stabbiliti skond il-ħtiġijiet tad-Direttiva 80/1268/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.

4. Għal vetturi b'diversi stadji ta' operazzjoni tal-kategorija N1, id-dati msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu mtawla bi 12-il xahar.

5. Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu:

- vettura tal-kategorija N1, Klassi 1, tfisser vattura N1 b'massa referenzali ta' mhux aktar minn 1305 kg,

- vettura tal-kategorija N1, Klassi II, tfisser vettura N1 b'massa referenzali ta' aktar minn 1305 kg, iżda mhux aktar minn 1760 kg,

- vettura tal-kategorija N1, Klassi III, tfisser vettura N1 b'massa referenzali ta' aktar minn 1760 kg.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel id-19 ta' Frar 2005. Għandhom minnufih jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif għandha ssir din ir-referenza għandhom ikunu stabbilit mill-Istati Membri.

Artikolu 7

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, fil-11 ta' Frar 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] ĠUK 51 E, tas- 26.02.2002, p. 317.

[2] ĠU C 125, tas-27.05.2002, p. 6.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Settembru 2002 (ĠU C 273 E, ta' l-14.11.2003, p. 22), Pożizzjoni komuni tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2003 (ĠU C 305 E, tas-16.12.2003, p. 1) u pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2003 (għad mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 375, tal- 31.12.1980, p. 36. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/100/KEE (ĠU L 334, tat-28.12.1999, p. 36).

[5] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

[6] ĠU L 202, ta' l-10.08.2000, p. 1.

[7] ĠU L 76, 06.04.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/76/KEE (ĠU L 206, tal-15.08.2003, p. 29).

[8] ĠU L 36, tad-9.2.1988, p. 33. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/27/KEE (ĠU L 107, tat-18.04.2001, p. 10).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

I. L-Anness I tad-Direttiva 80/1268/KEE hi hawnhekk emendata kif ġej

1. Il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1. SKOP

Din id-Direttiva tapplika għall-kejl ta' emissjonijiet ta' dijossidu tal-karbonju (CO2) u konsum ta' karburanti minn vetturi bil-mutur tal-kategoriji M1 u N1.

Ma tapplikax għal tip ta' vettura N1 jekk:

- it-tip ta' magna mwaħħla ma' dik it-tip ta' vettura tkun irċeviet approvazzjoni ta' tip skond id-Direttiva 88/77/KEE, u

- u l-produzzjoni kollha globali ta' kull sena fid-dinja ta' vetturi N1 tal-fabbrikant tkun inqas minn 2000 unitajiet."

2. Il-punt 2.3 jinbidel b'dan li ġej:

"2.3. Għat-test deskritt fil-punt 6, vettura li tirrappreżenta t-tip ta' vetturi li għandhom jiġu approvati tintbgħat meta s-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet ta' approvazzjoni ta' tip iwettaq it-testijiet hu stess. Għal vetturi M1 u N1, approvati bħala tip dwar l-emissjonijiet tagħhom skond id-Direttiva 70/220/KEE, is-servizz tekniku irid jiċċekkja waqt it-test li din il-vettura tikkonforma mall-valuri ta' limiti applikabbli għal dak it-tip, kif deskritt fid-Direttiva 70/220/KEE."

3. Fil-punt 6.1, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Vetturi li ma jilħqux il-valuri ta' aċċelerazzjoni u veloċità massima fiċ-ċiklu tat-test għandhom jitħaddmu bil-pedala ta' l-aċċeleratur magħfusa kollha sakemm għal darb'oħra jilħqu l-kurva meħtieġa li jaħdmu fiha. Devjazzjonijiet miċ-ċiklu tat-test għandhom jiġu reġistrati fir-rapport tat-test."

4. Il-punt 11 jinbidel b'dan li ġej:

"11. ESTENSJONI TA' APPROVAZZJONI

11.1. L-approvazzjoni ta' tip tista' tiġi estiża għal vetturi ta' l-istess tip jew ta' tip differenti li jiddifferixxu fil-karatteristiċi li ġejjin ta' l-Anness II, jekk l-emissjonijiet ta' CO2 imkejla mis-servizz tekniku ma jeċċedux il-valur ta' approvazzjoni ta' tip b'aktar minn 4 % għal vetturi tal-kategorija M1 u 6 % għal vetturi tal-kategorija N1:

- massa referenzali,

- massa awtorizzata massima,

- tip ta' karrozzerija:

għal M1: vettura saloon, hatchback, station wagon, coupe', mikxufa, ta' użi diversi

għal N1: lorry, vann,

- ratios fuq kollox ta' gerijiet,

- tagħmir u aċċessorji tal-magna.

11.2. Estensjoni ta' approvazzjoni ta' vetturi tal-kategorija N1 ġo familja:

11.2.1. Għal vetturi tal-kategorija N1 approvati bħala membri ta' familja ta' vetturi li jużaw il-proċedura fl-Anness I, punt 12.2, l-approvazzjoni ta' tip tista tiġi estiża għal vetturi ta' l-istess familja biss jekk is-servizz tekniku jistma li l-konsum tal-karburant mill-vettura l-ġdida ma' jkunx aktar mill-konsum ta' karburant mill-vettura li fuqha jkun bażat il-konsum ta' karburant tal-familja.

Approvazzjonijiet jistgħu jiġu estiżi wkoll għal vetturi li:

- ikunu sa 110 kg itqal mill-membru tal-familja ttestjat, basta li jkunu sa 220 kg mill-eħfef membru tal-familja,

- ikollhom overall transmission ratio aktar baxx minn tal-membru tal-familja ttestjat dovut biss għal bidla fid-daqsijiet tat-tajers u

- jikkonformaw mall-familja fl-aspetti l-oħra kollha.

11.2.2. Għal vetturi tal-kategorija N1 approvati bħala membri ta' familja ta' vetturi li jużaw il-proċedura fl-Anness I, punt 12.3, l-approvazzjoni ta' tip tista tiġi estiża għal vetturi ta' l-istess familja mingħajr testjar ieħor biss jekk is-servizz tekniku jistma li l-konsum tal-karburant tal-vettura l-ġdida jkun fil-limiti magħmula minn dawk iż-żewġ membri tal-familja bl-inqas u bl-ogħla konsum ta' karburant, rispettivament."

5. Għandu jiżdied il-punt li ġej:

"12. APPROVAZZJONI TA' VETTURI TAL-KATEGORIJA N1 ĠO FAMILJA

Vetturi tal-kategorija N1 jistgħu jiġu approvati ġo familja kif imfisser fi 12.1 bl-użu ta' wieħed miż-żewġ metodi alternattivi deskritti fi 12.2 u 12.3.

12.1. Vetturi N1 jistgħu jingħaqdu fi gruppi ġo familja għall-għanijiet ta' din id-Direttiva jekk il-parametri li ġejjin ikunu identiċi jew fil-limiti speċifikati:

12.1.1. Parametri identiċi huma:

- fabbrikant u tip kif imfisser fl-Anness II, taqsima 1, punt 2,

- ċilindrata tal-magna,

- tip ta' sistema ta' kontroll ta' emissjoni,

- tip ta' sistema ta' karburant kif imfisser fl-Anness II, punt 1.5.2.

12.1.2. Il-parametri li ġejin għandhom ikunu fil-limiti li ġejjin:

- ratios fuq kollox ta' trasmissjoni (mhux aktar minn 8 % ogħla mill-aktar baxx) kif imfisser fil-punt 1.6.3,

- massa referenzali (mhux aktar minn 220 kg eħfef mill-itqal),

- parti ta' quddiem (mhux aktar minn 15 % iżgħar mill-akbar),

- qawwa tal-magna (mhux aktar minn 10 % inqas mill-ogħla valur

12.2. Familja ta' vetturi, kif imfisser fi 12.1, tista' tiġi approvata b'data ta' emissjoni CO2 u konsum ta' karburant li jkunu komuni għall-membri kollha tal-familja. Is-servizz tekniku għandu jagħżel għat-testjar dak il-membru tal-familja meqjus mis-servizz li għandu l-ogħla emissjoni ta' CO2. Il-kejl isir kif deskritt fil-punt 6, u r-riżultati skond il-metodu deskritt f'6.5 jintużaw bħala valuri ta' tip ta' approvazzjoni komuni għall-membri kollha tal-familja.

12.3. Vetturi li jkunu fi grupp ta' familja kif imfisser fi 12.1 jistgħu jiġu approvati b'data individwali ta' emissjonijiet ta' CO2 u konsum ta' karburant għal kull membru tal-familja Is-servizz takniku jagħżel għat-testjar iż-żewġ vetturi, li s-servizz jidhirlu li għandhom l-ogħla u l-inqas emissjonijiet ta' CO2 rispettivament. Il-kejl isir kif deskritt fil-punt 6. Jekk id-data tal-fabbrikant għal dawn iż-żewġ vetturi jkunu fil-limiti ta' tolleranza deskritti f'6.5, l-emissjonijiet ta' CO2 dikjarati mill-fabbrikant għall-membri kollha tal-familja tal-vettura jistgħu jintużaw bħala valuri ta' approvazzjoni ta' tip. Jekk id-data tal-fabbrikant ma jkunux fil-limiti ta' tolleranza, ir-riżultati skond il-metodu deskritt f'6.5 jintużaw bħala valuri ta' approvazzjoni ta' tip u s-servizz tekniku għandu jagħżel numru xieraq ta' membri oħra tal-familja għal testijiet addizzjonali."

II. L-Anness II tad-Direttiva 80/1268/KEE jiġi emendat kif ġej:

1. It-test fin-naħa ta' fuq tal-paġna hu emendat kif ġej:

"Addendum għaċ-ċertifikat ta' approvazzjoni ta' tip KE Nru:

dwar l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura (6) fir-rigward tad-Direttiva 80/1268/KEE (emissjonijiet ta' CO2 u konsum ta' karburanti) kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 2004/3/KE."

2. In-nota ta' qiegħ il-paġna li ġejja tiżdied ma' l-Addendum:

"(6) Għal vetturi approvati fi ħdan familja skond l-Anness I, punt 12, dan l-Addendum għandu jingħata għal kull membru individwai tal-familja ta' vetturi."

3. L-Addendum ikompli jiġi emendat kif ġej:

(a) il-punt 1.3 jinqara kif ġej:

"1.3. Tip ta' karozzerija:

1.3.1. għal M1: vettura saloon, hatchback, station wagon, coupé, convertible, ta' diversi użi (1)

1.3.2. għal N1: lorry, vann"

(b) il-punt 1.7 għandu jinqara kif ġej:

"1.7. Valuri ta' tip ta' approvazzjoni"

--------------------------------------------------

Top