This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004L0001
Commission Directive 2004/1/EC of 6 January 2004 amending Directive 2002/72/EC as regards the suspension of the use of azodicarbonamide as blowing agent (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/1/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li temenda d-Direttiva 2002/72/KE f'dak li jirrigwardja s-sospenzjoni ta' l-użu ta' azodicarbonamide bħala blowing agentTest b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/1/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li temenda d-Direttiva 2002/72/KE f'dak li jirrigwardja s-sospenzjoni ta' l-użu ta' azodicarbonamide bħala blowing agentTest b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 7, 13.1.2004, pp. 45–46
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 01/05/2011; Imħassar b' 32011R0010
Official Journal L 007 , 13/01/2004 P. 0045 - 0046
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/1/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li temenda d-Direttiva 2002/72/KE f'dak li jirrigwardja s-sospenzjoni ta' l-użu ta' azodicarbonamide bħala blowing agent (Test b'relevanza għaż ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/109/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt ma' oġġetti ta' l-ikel [1], u partikolarment l-Artikolu 3 tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE tas-6 ta' Awissu 2002 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f'kuntatt ma' oġġetti ta' l-ikel [2] tawtorizza l-użu ta' azodicarbonamide bħala blowing agent fil-materjali tal-plastika u fl-oġġetti intiżi li jiġu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (SCF/KSI). (2) L-azodicarbonamide huwa użat bħala blowing agent fil-manifattura tas-siegli tal-plastika fl-għotjien tal-metal għall-għeluq ta' vażetti tal-ħġieġ. Sejbien ġodda urew li l-azodicarbonamide jiddikomponi fi semicarbazide (SEM) meta msaħħan waqt il-produzzjoni tas-siegla bir-ragħwa u matul l-isterilizzazzjoni tal-vażetti issiġġilati tal-ħġieġ. (3) Fit-8 ta' Lulju 2003 l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel (minn hawn il-quddiem imsejħa "l-Awtorità") kienet ġiet infurmata mill-industrija li is-SEM kien instgħab f'numru ta' ikel li jinsab fil-vażetti tal-ħġieġ. Il-livelli tas-SEM f'dan l-ikel kienu ivarjaw (sa 25 μg/kg), bl-akbar konċentrazzjoni misjuba fl-ikel tat-trabi. (4) Ibbażata fuq l-informazzjoni xjentifika eżistenti, inkluża r-riċerka riċenti ikkommisjonata mill-Awtorità, il-Grupp Xjentifiku dwar l-addittivi ta' l-ikel, il-ħwawar, l-għajnuniet tal-ipproċċessar u l-materjali f'kuntatt ma' l-ikel (minn hawn il-quddiem imsejjaħ "il-Grupp"), ikkonkluda, fl-istqarrija tiegħu ta' l-1 ta' Ottubru 2003, li s-SEM għandu attività karċenoġenika dgħajfa fl-annimali tal-laboratorju u ġenotossiċità dgħajfa in vitro imma li ma kienx possibbli skond it-tagħrif xjentifiku preżenti li ssir konklużjoni dwar jekk is-SEM timponix riskju karċenoġenikua għall-bnedmin. (5) Grupp ad hoc ta' esperti ġie speċifikament ikkommissjonat mill-Awtorità sabiex jagħti aktar pariri dwar ir-riskji possibbli għat-trabi, il-grupp tal-konsumaturi li għalih l-esposizzjoni potenzali għas-SEM skond il-piż tal-ġisem aktarx li tkun l-għola. Fil-valutazzjoni tal-konsegwenzi possibbli tas-SEM fl-ikel tat-trabi, il-grupp ta' esperti eżamina l-aspetti tossikoloġiċi flimkien mal-konsiderazzjonijiet mikro-bioloġiċi u nutrizzjonali. (6) Fid-9 ta' Ottubru 2003 dan il-Grupp ta il-parir, billi qies l-informazzjoni preżentament disponibbli dwar il-livelli ta' SEM fl-ikel, fl-inġestjoni u tat-tossikoloġija, li r-riskju kemm għat-trabi u wkoll għall-adulti li jieklu ikel li fih is-SEM kien probabbilment żgħr ħafna. B'dana kollu, il-Grupp stqarr li l-preżenza ta' SEM fl-ikel tat-trabi ma kienetx mixtieqa u rrakkommanda li jkun prudenti li titnaqqas l-esposizzjoni għas-SEM malajr kemm jista jkun hekk kif il-progress b'sigurtà tat-teknoloġija jkun jippermetti. (7) Meqjusa l-konklużjonijiet tal-Grupp u l-grupp ad hoc ta' esperti u l-inċertezzi xjentifiċi li n baqa' huwa xieraq, sabiex ikun milħuq l-għola livell tal-ħarsien tas-saħħa kif magħżul fil-Komunità, li jkun sospiż l-użu ta' l-azodicarbonamide b'konformità mal-prinċipju ta' prekwazzjoni msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [3] (Il-Liġi ta' l-Ikel). Is-sospenzjoni ta' l-azodicarbonamide mil-lista mhux kompluta ta' l-addittivi armonizzati b'mod sħiħ fil-livell Komunitarju għandha tkun applikabbli waqt li l-Komunità tfittex aktar informazzjoni aktar kompleta minn kwalunkwe sors, li tkun tista tikklarifika il-vojt fl-istat tat-tgħarif preżenti tal-SEM. (8) Il-Kummissjoni ġiet infurmata li alternattivi għall-azodicarbonamide għandhom ikunu disponibbli fil-futur qarib. Fir-rigward tas-sostituzzjoni possibli tal-azodicarbonamide fil-materjali tal-imballaġġ ta' l-ikel tat-trabi, huwa essenzjali li tkun eżaminata u valutata l-integrità tas-siġġill għandha tkun imwettqa qabel l-introduzzjoni tagħhom sabiex ma tikkomprommetix is-sigurtà mikro-bioloġika ta' l-ikel. Huwa għalhekk meħtieġ li jkun presvist perijodu transitorju ta' 18 il-xahar sabiex jippermetti li tali valutazzjoni tkun imwettqa matul perijodu ta' żmien, li għandha tqis l-ammont minimu tal-ħajja utili ta' tali ikel imballat. (9) Perijodu transitorju għandu jkun ukoll previst fir-rigward tal-materjali u l-oġġetti li jinġiebu f'kuntatt ma l-oġġetti ta' l-ikel qabel it-tmiem taż-żmien għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva. (10) Dan il-perijodu transitorju għandu wkoll iqis il-ħtiġiet tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel [4]. (11) Id-Direttiva 2002/72/KE għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq, (12) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Fir-rigward ta' l-addittiv azodicarbonamide bin-numru ta' referenza 36640, it-test fil-kolonna 4 tas-Sezzjoni A ta' l-Anness III tad-Direttiva 2002/72/KE huwa mibdul b'dan li ġej: "Għall-użu bħala blowing agent. L-użu huwa ipprojbit sa mit-2 ta' Awissu 2005." Artikolu 2 1. L-Istati Membru għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-2 ta' Awissu 2005, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test ta' dawk id-disposizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-disposizzjonijiet u din id-Direttiva. 2. L-Istati Membri għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet imsmmija fil-paragrafu 1 sa mit-2 ta' Awissu 2005 b'tali mod li jipprojbixxu it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta' materjali u ta' l-oġġetti tal-plastika intiżi li jiġu f'kuntatt ma' oġġetti ta' l-ikel u li ma jkunux konformi ma' din id-Direttiva. B'dana kollu, materjali u oġġetti mimlija qabel it-2 ta' Awissu 2005 jistgħu jibqgħu jkunu mqiegħda fis-suq basta li d-data tal-mili tkun tidher fuq il-materjali u l-oġġetti. Id-data tal-mili tista' tkun mibdula b'indikazzjoni oħra, basta li dik l-indikazzjoni tippermetti l-identifikazzjoni tad-data tal-mili. Meta jkun mitlub hekk, id-data tal-mili għandha tkun magħmula disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti u lil kull persuna li tkun tenforza il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva. L-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom ikunu applikabbli mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet tad-Direttiva 2000/13/KE. Meta Stat Membru jadotta id-disposizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir. 3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Jannar 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 38. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1). [2] ĠU L 220, tal-15.8.2002, p. 18. [3] ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1.Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4). [4] ĠU L 109, tas-6.5.2000, p. 29.Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/89/KE (ĠU L 308, tal-25.11.2003, p. 15). --------------------------------------------------