EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004H0705

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat- 11 ta' Ottubru 2004 dwar il-monitoraġġ ta' l-ammont tad-diossini u PĊBs li jixbhu d-diossina fil-prodotti ta' l-ikel (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3462) Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 321, 22.10.2004, p. 45–52 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 267M, 12.10.2005, p. 232–239 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2004/705/oj

12.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

232


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-11 ta' Ottubru 2004

dwar il-monitoraġġ ta' l-ammont tad-diossini u PĊBs li jixbhu d-diossina fil-prodotti ta' l-ikel

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3462)

[Test b'rilevanza għaż-ŻEE]

(2004/705/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 211 tiegħu,

Billi,

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 tat-8 ta' Marzu 2001 li jistipula l-ogħla livelli għal ċerti sustanzi kontaminanti f'ċerti prodotti ta' l-ikel (1) jistabbilixxi l-ogħla livelli tad-diossini fil-prodotti ta' l-ikel.

(2)

Għalkemm minn perspettiva tossikoloġika, kwalunkwe livell għandu japplika għad-diossini, furans u PĊBs bħad-diossina, ġew stipulati l-ogħla livelli għad-diossini u l-furans u mhux għall-PĊBs bħad-diossina, minħabba l-informazzjoni limitata ħafna li teżisti dwar il-prevalenza ta' dawn ta' l-aħħar. Ir-Regolament hawn fuq imsemmi, għall-ewwel darba jipprovdi għal verifika ta' l-ogħla livelli sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2004, fid-dawl ta' l-informazzjoni ġdida dwar il-preżenza tad-diossini u PĊBs bħad-diossina, b'mod partikolari bil-għan ta' l-inklużjoni ta' PĊBs bħad-diossina fil-livelli li għandhom jiġu stipulati.

(3)

Ir-Regolament (KE) 466/2001 jipprovdi għal verifika ulterjuri ta' l-ogħla livelli għad-diossini u għall-PĊBs bħad-diossina sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006 bil-għan li l-ogħla livelli jitnaqqsu b'mod sinifikanti.

(4)

Huwa meħtieġ li tiġi ġġenerata informazzjoni affidabbli madwar il-Komunità Ewropea dwar il-preżenza tad-diossini, furans u PĊBs bħad-diossina fl-aktar medda wiesgħa ta' prodotti ta' l-ikel sabiex ikun hemm stampa ċara tax-xejriet kronoloġiċi tal-preżenza ta' dawn is-sustanzi fil-prodotti ta' l-ikel.

(5)

Ir-relazzjoni bejn il-preżenza tad-diossini, furans, PĊBs bħad-diossina u PĊBs mhux bħad-diossina hija importanti imma sa ċertu punt mhux magħrufa. Huwa għalhekk xieraq li fejn possibli jiġu analizzati l-kampjuni magħżula anki għal PĊBs bħad-diossina.

(6)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2002/201/KE ta' l-4 ta' Marzu 2002 dwar it-tnaqqis tal-preżenza tad-diossini, furans u PĊBs fl-għalf ta' l-annimali u fil-prodotti ta' l-ikel (2) tirrakkomanda li l-Istati Membri jwettqu monitoraġġ każwali tal-preżenza tad-diossini, furans u PĊBs bħad-diossina fil-prodotti ta' l-ikel, fi proporzjon mal-produzzjoni u l-konsum tal-prodotti ta' l-ikel. Dan il-monitoraġġ għandu jitwettaq billi jsegwi linji ta' gwida dettaljati stabbiliti mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. Sabiex jiżguraw grad għoli ta' uniformità madwar l-Unjoni Ewropea, dawn il-linji ta' gwida għandhom jinkludu dispożizzjonijiet inter alia li għandhom x'jaqsmu mal-frekwenza minima u kif għandhom jiġu rrapurtati r-riżultati.

(7)

Huwa importanti li din l-informazzjoni tiġi rrapurtata lill-Kummissjoni fuq bażi regolari. Il-Kummissjoni ser tiżgura l-kumpilazzjoni ta' din l-informazzjoni f'database li ser tkun pubblikament disponibbli biex tiġi kkonsultata.

(8)

Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, u s-Slovakkja ngħaqdu mal-Komunità Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004. Huwa xieraq li l-Istati Membri ġodda jieħdu sehem fil-programm ta' monitoraġġ kemm jista' jkun malajr. Huwa madankollu magħruf li huwa xieraq li jitbassar arranġament transitorju għall-Istati Membri u li għalissa ebda frekwenza minima dettaljata għall-monitoraġġ każwali tal-preżenza tad-diossini, furans u PĊBs bħad-diossina fil-prodotti ta' l-ikel hija rakkomandata għall-Istati Membri ġodda.

HAWNHEKK TIRRAKKOMANDA:

1.

Li l-Istati Membri mis-sena 2004 'l quddiem sal-31 ta' Diċembru 2006 jwettqu l-monitoraġġ tal-preżenza tad-diossini, furans u PĊBs bħad-diossina fil-prodotti ta' l-ikel li jużaw il-frekwenza minima rrakkomandata tal-kampjuni li għandhom jiġu analizzati annwalment, kif muri fit-tabella ta' l-Anness 1 bħala gwida. Il-frekwenza tal-kampjuni għandha tiġi vverifikati kull sena fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba.

2.

Li r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja jieħdu sehem kemm jista' jkun malajr fil-programm ta' monitoraġġ dwar il-preżenza tad-diossini, furans u PĊBs bħad-diossina fil-prodotti ta' l-ikel. Il-frekwenza tal-kampjuni li għandhom jiġu analizzati annwalment mir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ser tkun stabbilita mis-sena 2005 'l quddiem.

3.

L-Istati Membri fuq bażi regolari jipprovdu lill-Kummissjoni għall-kumpilazzjoni f'database waħda d-data bl-informazzjoni u fil-format kif muri f'Anness II. Huwa xieraq li tiġi pprovduta wkoll l-informazzjoni li nkisbet fl-aħħar snin bis-saħħa ta' l-użu ta' metodu ta' analiżi bi qbil mal-ħtiġijiet stipulati mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/69/KE tad-29 ta' Lulju li tistipula l-metodi ta' kif jittieħdu l-kampjuni u l-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' diossini u d-determinazzjoni ta' PĊBs bħad-diossina fi prodotti ta' l-ikel (3) kif ukoll il-livelli riflessi .

4.

Li l-Istati Membri, jekk possibli, jwettqu wkoll l-analiżi fuq PĊBs mhux bħad-diossina fl-istess kampjuni.

Magħmula fi Brussell, 11 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 77, tas-16.3.2001, p. 1. Kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2004 tat-13 ta' April (ĠU L 106, tal-15.4.2004, p. 6).

(2)  ĠU L 67, tad-9.3.2002, p. 69.

(3)  ĠU L 209, tas-6.8.2002, p. 5, kif emendat mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/44/KE tat-13 ta' April 2004 (ĠU L 113, ta' l-20.4.2004, p. 17).


ANNESS I

Tabella: Ħarsa ġenerali lejn in-numru minimu rakkomandat ta' kampjuni ta' ikel biex jiġu analizzati kull sena. Id-distribuzzjoni tal-kampjuni hija bbażata fuq il-produzzjoni f'kull pajjiż. Attenzjoni partikolari hija mogħtija lill-prodotti ta' l-ikel mistennija li jkollhom varjazzjoni kbira fil-livelli tad-diossini, furans u PCBs bħad-diossina. Dan huwa partikolarment il-każ għall-ħut.

Image Test ta 'immaġni

Qabda (għall-Istati Membri >10 kampjuni rrakkomandati

Id-Danimarka 15-il kampjun Image 4 aringi, 4 mytilus edulis (blue mussel), 7 oħrajn

Spanja 33 kampjun Image 7 palamiti, 4 sardin, 5 tonn tal-pinen sofor, 2 żgombri, 2 klamari tal-pinen qosra, 13 oħrajn

Franza 18-il kampjun Image 3 palamiti 3 tonn tal-pinen sofor, 2 sardin, 2 bakkaljaw, 2 aringi, 6 oħrajn

L-Olanda 14-il kampjun Image 4 sardinellas, 2 żgombri, 3 aringi, 2 makkarell u 3 oħrajn

L-Iżvezja 10 kampjuni Image 5 aringi, 4 sardin (sprat), u 1 merluzz

Ir-Renju Unit 24 kampjun Image 6 makkarell, 4 aringi, 3 bakkaljaw (haddock), 2 merluzz, u 9 oħrajn

Prodotti ta' l-akwakultura (għall-Istati Membri >5 kampjuni rrakkomandati

Id-Danimarka 5 kampjuni Image 4 troti u 1 sallura

Il-Ġermanja 5 kampjuni Image 2 tamal, 2 troti u 1 karpjun

Il-Greċja 7 kampjuni Image 3 awrata, 2 spnotta, 1 mytilidae (mussel) u 1 ieħor

Spanja 16-il kampjun Image 8 mytilidae, 3 troti, 1 awrata, 1 gajdra (oyster), 1 tonn u 2 oħrajn

Franza 16-il kampjuni Image 8 gajdriet, 4 mytilidae, 3 troti u 1 karpjun

L-Italja 14-il kampjun Image 6 mytilidae, 3 arzella, 3 troti, 1 spnotta, 1 awrata

L-Olanda 7 kampjuni Image 4 mytilidae, 1 sallura, 1 gajdra, u 1 catfish

Ir-Renju Unit 12-il kampjuni Image 9 salamun, 2 troti u 1 mytilidae


ANNESS II

A.   A.Noti ta' spjegazzjoni għall-formola għar-Riżultati Analitiċi tad-diossini, furans u PCBs bħad-diossina u PCBs oħra li jinsabu fl-ikel

1.   Informazzjoni ġenerali dwar il-kampjuni analizzati

Pajjiż

isem l-Istat Membru fejn twettaq il-monitoraġġ

Sena

is-sena li fiha twettaq il-monitoraġġ.

Prodott

il-prodott ta' l-ikel analizzat — iddeskrivi l-prodott ta' l-ikel bil-mod l-aktar preċiż possibli

Fażi ta' kummerċjalizzazzjoni

il-post fejn il-prodott (kampjun) inġabar

Tessut

il-parti tal-prodott analizzat, eż. xaħam jew muskolu

Espressjoni tar-riżultati

Ir-riżultati għandhom jitfissru fuq il-bażi li fuqhom il-livelli massimi għandhom jiġu stabbiliti (Ir-Regolament tal-Kunsill 2375/2001). Fil-każ ta' l-analiżi ta' PCBs mhux bħad-diossina, huwa rakkomandat ħafna li l-livelli jitfissru fuq l-istess bażi.

Tip ta' kampjuni

kampjuni każwali — riżultati analitiċi minn kampjuni mmirati jistgħu jiġu rrapurtati wkoll imma jrid jiġi indikat b'mod ċar li l-kampjunar kien immirat u mhux neċessarjament jirrifletti l-livelli normali.

Metodi

irreferi għall-metodu użat

Akkreditat

speċifika jekk il-metodu analitiku huwiex akkreditat jew le.

Inċertezza ( %)

il-persentaġġi ta' l-inċertezza mħaddna fil-metodu analitiku.

2.   Informazzjoni Ġenerali dwar il-kampjuni analizzati

Numru tal-Kampjun

in-numru tal-kampjuni ta' l-istess tip ta' prodott analizzat. Jekk għandek riżultati ta' aktar kampjuni milli għandek immarkati fil-kolonni, sempliċement żid kolonni ġodda b'numru fil-qiegħ tal-formola.

Metodu ta' produzzjoni

konvenzjonali/organiku (dettaljat kemm jista' jkun)

Żona

safejn huwa rilevanti, id-distrett jew ir-reġjun fejn inġabar il-kampjun, jekk possibli b'indikazzjoni fil-każ ta' żona rurali, żona urbana, żona industrijali, port, baħar miftuħ, eċċ. Eż. Brussel — żona urbana, Mediterran — baħar miftuħ.

Numru ta' sub-kampjuni

jekk il-kampjun analizzat huwa pooled sample, in-numru ta' sub-kampjuni (numru ta' individwi) għandu jkun innotifikat. Jekk ir-riżultat analitiku huwa bbażat fuq kampjun wieħed, 1 għandu jiġi nnotifikat. In-numru ta' sub-kampjuni f' ġabra ta' kampjuni jista' jvarja, jiġifieri jekk jogħġbok speċifika dan għal kull kampjun.

Kontenut tax-xaħam ( %)

il-persentaġġ ta' kontenut ta' xaħam fil-kampjun

Kontenut ta' umdità ( %)

il-persentaġġ ta' kontenut ta' umdità fil-kampjun (jekk disponibbli).

3.   Riżultati

Diossini, furans, PCBs bħad-diossina

ir-riżultati ta' kull konġeneru għandu jkun irrapurtat f' ppt — nanogrammi/kg (ng/kg)

PCBs mhux bħad-diossina

ir-riżultati ta' kull konġeneru għandu jkun irrapurtat f' ppb — mikrogrammi/kilo (μg/kg).

LOQ

Il-limitu ta' kwantifikazzjoni f' pg/kg jew μg/kg (għal PCBs mhux bħad-diossina)

LOD

Il-limitu ta' determinazzjoni f' pg/kg jew μg/kg (għal PCBs mhux bħad-diossina)

Għall-konġeneri analizzati imma inqas mil-LOD (limitu ta' determinazzjoni), fil-kaxxa tar- riżultati għandu jitniżżel bħala < LOD (il-LOD għandu jkun irrappurtat bħala valur).

Għall-konġeneri analizzati imma inqas mil-LOQ (limitu ta' kwantifikazzjoni), fil-kaxxa tar-riżultati għandu jitniżżel bħala < LOQ (il-LOQ għandu jkun irrappurtat bħala valur).

Għall-konġeneri PCB analizzati flimkien mal-PCB-7 u l-PCBs bħad-diossina, in-numru tal-konġeneru PCB jeħtieġ jiġi miżjud mal-formula, eż. 31, 99, 110, eċċ. Jekk il-kampjun huwa analizzat għal aktar PCBs konġeneri milli hemm fillieri mmarkati, sempliċement żid fillieri ġodda fil-qiegħ tal-formula.

4.   Rimarki

Apparti l-metodu użat ta' l-estrazzjoni tal-lipidi, dan l-ispazju għandu jiġi wżat ukoll biex jitniżżlu rimarki rilevanti addizjonali għall-informazzjoni mogħtija.

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

Top