Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0921

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas 27 ta' Diċembru 2004 li tirrigwarda l-iffinanzjar għal sondaġġ Eurobarometer mill-Komunità dwar kif il-konsumaturi jħarsu lejn is-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali għat-trobbija

ĠU L 389, 30.12.2004, p. 33–33 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 246–246 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/921/oj

14.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

246


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas 27 ta' Diċembru 2004

li tirrigwarda l-iffinanzjar għal sondaġġ Eurobarometer mill-Komunità dwar kif il-konsumaturi jħarsu lejn is-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali għat-trobbija

(2004/921/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam tal-veterinarja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE l-Komunità għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għat-twaqqif ta' politika ta' informazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-annimali.

(2)

Din il-politika ta' informazzjoni tinkludi inter alia t-twettiq ta' studji meħtieġa għat-tħejjija u l-iżvilupp ta' leġislazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-annimali.

(3)

It-twettiq ta' sondaġġ li jassessja kif il-konsumaturi jħarsu lejn is-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali jifforma parti minn din il-politika ta' informazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-annimali u r-riżorsi finanzjarji meħtieġa għall-Komunità biex twettaq dan is-sondaġġ għandhom għalhekk jiġu prenotati u mgħotija soġġetti għat-twettiq effiċjenti tas-sondaġġ ippjanat

(4)

Dan is-sondaġġ għandu jitwettaq taħt forma ta' studju EWROBAROMETRU speċifiku fi ħdan il-għan tal-Kuntratt ta' Qafas (2) konkluż bejn il-Komunità, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea u t-TNS Opinion and Survey, konsorzju ffurmat minn Taylor Nelson Sofres plc u EOS Gallup Europe, rappreżentati miċ-Ċentru ta' koordinazzjoni l-European Ominbus Survey “EOS Gallup Europe”.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-azzjoni ta' twettiq ta' sondaġġ dwar kif il-konsumaturi jħarsu lejn is-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali għat-trobbija, li għandha tkun finanzjata mil-linja tal-bilanċ 17.04.02 tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea għal ammont massimu ta' 200 000 EUR, hija b'dan approvata. Dan is-sondaġġ għandu jitwettaq taħt forma ta' studju EWROBAROMETRU speċifiku fi ħdan il-għan tal-Kuntratt ta' Qafas konkluż bejn il-Komunità, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea u t-TNS Opinion and Survey, konsorzju ffurmat minn Taylor Nelson Sofres plc u EOS Gallup Europe, rappreżentati miċ-Ċentru ta' koordinazzjoni l-European Ominbus Survey “EOS Gallup Europe”.

Magħmul fi Brussell, fis-27 ta' Diċembru 2004.

Għall Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/99? KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill taż-17 ta' Novembru 2003 (ĠU L 325, 12 12 2003, p. 31).

(2)  Kuntratt Nru PRESS-B-1/2003-25/B1 ta' l-24 8.2004.


Top