Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0900

Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/900/PESK tat- 22 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-Posizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar miżuri ulterjuri b’sostenn ta’ l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

ĠU L 379, 24.12.2004, p. 108–110 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 337–339 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/10/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0603

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/900/oj

7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

337


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2004/900/PESK

tat-22 ta' Diċembru 2004

li timplimenta l-Posizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar miżuri ulterjuri b’sostenn ta’ l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Posizzjoni Komuni 2004/694/PESK (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha, flimkien ma’ l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz tal-Posizzjoni Komuni 2004/694/PESK il-Kunsill adotta miżuri sabiex jiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha fil-pussess ta’ Radovan Karadžić, Ratko Mladić u Ante Gotovina.

(2)

Fil-15 ta’ Novembru 2004 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2004/767/PESK (2), li timplimenta l-Posizzjoni Komuni 2004/694/PESK.

(3)

Fit-12 ta’ Novembru 2004, l-Uffiċċju tal-Prosekutur ICTY ikkonferma li s-Sur Miroslav BRALO kien fil-kustodja tat-Tribunal. Fit-3 ta’ Diċembru 2004 l-Uffiċċju tal-Prosekutur ICTY ikkonferma li s-Sur Dragomir MILOSEVIC kien fil-kustodja tat-Tribunal. Għalhekk dawn iż-żewġ persuni għandhom jitneħħew mill-lista li tinsab fl-Anness għall-Posizzjoni Komuni 2004/694/PESK.

(4)

Il-lista li tinsab fl-Anness għall-Posizzjoni Komuni 2004/694/PESK għandha għalhekk tiġi emendata.

(5)

Azzjoni mill-Komunità hija meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-lista ta’ persuni stabbilita fl-Anness għall-Posizzjoni Komuni 2004/694/PESK għandha tiġi sostitwita bil-lista stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, nhar it-22 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

C. VEERMAN


(1)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52

(2)  ĠU L 339, 16.11.2004, p. 16


ANNESS

Lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 1

 

Isem: BOROVCANIN Ljubomir

Data tat-twelid: 27.02.1960

Post tat-twelid: Han Pijesak, Bosnja u Ħerzegovina

Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina

 

Isem: BOROVNICA Goran

Data tat-twelid: 15.08.1965

Post tat-twelid: Kozarac, Muniċipalità ta’ Prijedor, Bosnja u Ħerzegovina

Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina

 

Isem: DJORDJEVIC Vlastimir

Data tat-twelid: 1948

Post tat-twelid: Vladicin Han, Serbja u Montenegro

Nazzjonalità: Serbja u Montenegro

 

Isem: GOTOVINA Ante

Data tat-twelid: 12.10.1955

Post tat-twelid: Il-Gżira ta’ Pasman, Muniċipalità ta’ Zadar, Repubblika tal-Kroazja

Nazzjonalità:

Kroata

 

Franċiża

 

Isem: HADZIC Goran

Data tat-twelid: 07.09.1958

Post tat-twelid: Vinkovci, Repubblika tal-Kroazja

Nazzjonalità: Serbja u Montenegro

 

Isem: JANKOVIC Gojko

Data tat-twelid: 31.10.1954

Post tat-twelid: Trbusce, Muniċipalità ta’ Foca, Bosnja u Ħerzegovina

Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina

 

Isem: KARADZIC Radovan

Data tat-twelid: 19.06.1945

Post tat-twelid: Petnjica, Savnik, Montenegro, Serbja u Montenegro

Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina

 

Isem: LAZAREVIC Vladimir

Data tat-twelid: 23.03.1949

Post tat-twelid: Grncar, Serbja u Montenegro

Nazzjonalità: Serbja u Montenegro

 

Isem: LUKIC Milan

Data tat-twelid: 06.09.1967

Post tat-twelid: Visegrad, Bosnja u Herzegovina

Nazzjonalità:

Bosnja u Ħerzegovina

 

Possibilment Serbja u Montenegro

 

Isem: LUKIC Sredoje

Data tat-twelid: 05.04.1961

Post tat-twelid: Visegrad, Bosnja u Herzegovina

Nazzjonalità:

Bosnja u Ħerzegovina

 

Possibilment Serbja u Montenegro

 

Isem: LUKIC Sreten

Data tat-twelid: 28.03.1955

Post tat-twelid: Visegrad, Bosnja u Herzegovina

Nazzjonalità: Serbja u Montenegro

 

Isem: MLADIC Ratko

Data tat-twelid: 12.03.1942

Post tat-twelid: Bozanovici, Muniċipalità ta’ Kalinovik, Bosnja u Ħerzegovina

Nazzjonalità:

Bosnja u Ħerzegovina

 

Possibilment Serbja u Montenegro

 

Isem: NIKOLIC Drago

Data tat-twelid: 09.11.1957

Post tat-twelid: Bratunac, Bosnja u Herzegovina

Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina

 

Isem: PANDUREVIC Vinko

Data tat-twelid: 25.06.1959

Post tat-twelid: Sokolac, Bosnja u Herzegovina

Nazzjonalità:

Bosnja u Ħerzegovina

 

Possibilment Serbja u Montenegro

 

Isem: PAVKOVIC Nebojsa

Data tat-twelid: 10.04.1946

Post tat-twelid: Senjski Rudnik, Serbja u Montenegro

Nazzjonalità: Serbja u Montenegro

 

Isem: POPOVIC Vujadin

Data tat-twelid: 14.03.1957

Post tat-twelid: Sekovici, Bosnja u Herzegovina

Nazzjonalità: Serbja u Montenegro

 

Isem: TODOVIC Savo

Data tat-twelid: 11.12.1952

Post tat-twelid: Foca, Bosnja u Herzegovina

Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina

 

Isem: ZELENOVIC Dragan

Data tat-twelid: 12.02.1961

Post tat-twelid: Foca, Bosnja u Herzegovina

Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina

 

Isem: ZUPLJANIN Stojan

Data tat-twelid: 22.09.1951

Post tat-twelid: Kotor Varos, Bosnja u Herzegovina

Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina


Top