Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0845

    Id-Deċiżjoni Nru 845/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' april 2004 li temenda d-deċiżjoni nru 163/2001/KE dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' taħriġ għall-professjonisti fl-industrija tal-programm ewropew awdjoviżiv (Taħriġ tal-MEDIA) (2001-2005)

    ĠU L 157, 30.4.2004, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/845(1)/oj

    32004D0845



    Official Journal L 157 , 30/04/2004 P. 0001 - 0003


    Id-Deċiżjoni Nru 845/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tad-29 ta' april 2004

    li temenda d-deċiżjoni nru 163/2001/KE dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' taħriġ għall-professjonisti fl-industrija tal-programm ewropew awdjoviżiv (Taħriġ tal-MEDIA) (2001-2005)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 150(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [2],

    Waqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

    Billi:

    (1) Bid-Deċiżjoni Nru 163/2001/KE [4] il-Parlament Ewropew stabbilixxa l-programm tat-taħriġ tal-MEDIA li huwa programm ta' taħriġ għall-professjonisti fl-industrija Ewropea tal-programmi awdjoviżivi, biex jibda mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2005.

    (2) Huwa essenzali li tiġi assigurata l-kontinwità tal-politika tal-Komunità għas-sostenn tas-settur Ewropew awdjoviżiv fir-rigward ta' l-għanijiet segwiti mill-Komunità taħt l-Artikolu 150 tat-Trattat.

    (3) Huwa essenzali wkoll li l-Kummissjoni tipprovdi rapport sħiħ u dettaljat ta' stima dwar il-Programm ta' Taħriġ MEDIA mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2005, fi żmien biżżejjed biex l-awtorità leġislattiv tkun tista' tikkunsidra l-proposta għall-Programm ġdid ta' Taħriġ tal-MEDIA ippjanat li jibda fl-2007, sabiex l-awtorità tal-buġit tkun tista' tevalwa l-ħtieġa għal qafas finanzjarju ġdid.

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni Nru 163/2001/KE hija b'dan emendata kif ġej:

    (1) Fl-Artikolu 1, "31 Diċembru 2005" għandha tiġi sostitwita bi "31 ta' Diċembru 2006".

    (2) Fl-Artikolu 4(5), il-qafas finanzjarju ffissat f'Ewro 52 milju għandu jiġi sostitwit b'Ewro 59,4 miljuni, skond id-Deċiżjoni Nru…/2004 * tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-ammonti ta' referenza, sabiex jingħata kont tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Strasbourg, tad- 29.4.2004

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    P. Cox

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. McDowell

    [1] ĠU C 10, ta' l-14.1.2004, p. 8.

    [2] ĠU C 23, tas-27.1.2004, p. 24.

    [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2004 (għada mhux ippublikata fil- Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' April 2004.

    [4] ĠU L 26, tas-27.1.2001, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru/2004/KE (ĠU L., p. 7).

    --------------------------------------------------

    Top