Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0844

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta' Novembru 2004 li tistabbilixxi formola ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna legali taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE sabiex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizja f'tilwim bejn fruntiera u oħra billi tistabbilixxi regoli komuni minimi li għandhom x'jaqsmu ma' l-għajnuna legali f'tilwim bħal dawn (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4285) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 365, 10.12.2004, pp. 27–34 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 269M, 14.10.2005, pp. 87–94 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/844/oj

14.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

87


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Novembru 2004

li tistabbilixxi formola ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna legali taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE sabiex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizja f'tilwim bejn fruntiera u oħra billi tistabbilixxi regoli komuni minimi li għandhom x'jaqsmu ma' l-għajnuna legali f'tilwim bħal dawn

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4285)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/844/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 sabiex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja f'tilwim ta' bejn fruntiera u oħra billi tistabbilixxi regoli komuni minimi li għandhom x'jaqsmu ma' l-għajnuna legali f'tilwim (1) bħal dawn u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv stabbilit mill-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2003/8/KE,

Billi:

(1)

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/8/KE jipprovdi li l-Kummissjoni għandha twaqqaf formola standard għall-applikazzjonijiet ta' għajnuna legali u għat-trasmissjoni ta' applikazzjonijiet bħal dawn.

(2)

Il-formola standard għat-trasmissjoni ta' applikazzjonijiet ta' għajnuna legali bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji ta' l-Istati Membri ġiet stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 1829 (2).

(3)

Il-formola standard infisha għall-applikazzjonijiet ta' għajnuna legali għandha titwaqqaf sa, l-aktar tard, it-30 ta' Novembru 2004, skond l-Artikolu 16(2) it-tieni sub-paragrafu tad-Direttiva 2003/8/KE. Din il-formola għalhekk għandha tiġi stabbilita minn din id-deċiżjoni.

(4)

B'konformità ma' l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka, li mhijiex marbuta bid-Direttiva 2003/8/KE, mhijiex marbuta b'din id-Deċiżjoni jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-formola standard għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet ta' għajnuna legali skond id-Direttiva 2003/8/KE se tkun hekk kif stipolata fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fid-9 ta' Novembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Antonio VITORINO

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 26, tal-31.1.2003, p. 41.

(2)  Id-Deċiżjoni għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

Image 6

Test ta 'immaġni

Image 7

Test ta 'immaġni

Top