This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0824
2004/824/EC: Commission Decision of 1 December 2004 establishing a model health certificate for non-commercial movements of dogs, cats and ferrets from third countries into the Community (notified under document number C(2004) 4421)Text with EEA relevance
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 1 ta' Diċembru 2004 tistabblixxi certifikat mudell ta' saħħa għaċ-ċaqliq mhux kummercjali ta' klieb, qtates u inmsa minn pajjiżi terzi lejn il-Komunità (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4421) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 1 ta' Diċembru 2004 tistabblixxi certifikat mudell ta' saħħa għaċ-ċaqliq mhux kummercjali ta' klieb, qtates u inmsa minn pajjiżi terzi lejn il-Komunità (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4421) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 358, 3.12.2004, pp. 12–17
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 269M, 14.10.2005, pp. 58–63
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011; Imħassar b' 32011D0874
|
14.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
58 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-1 ta' Diċembru 2004
tistabblixxi certifikat mudell ta' saħħa għaċ-ċaqliq mhux kummercjali ta' klieb, qtates u inmsa minn pajjiżi terzi lejn il-Komunità
(innotifikata fid-dokument bin-numru K(2004) 4421)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2004/824/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar ir-rekwiżiti għas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għaċ-ċaqliq mhux kummercjali ta' annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 (4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistabbilixxi kondizzjonijiet għaċ-ċaqliq mhux-kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa minn pajjiżi terzi lejn il-Komunità. Dawn il-kondizzjonijiet ivarjaw skond l-istatus tal-pajjiż terz ta' oriġini u ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/203/KE tat-18 ta' Frar 2004 li tistabbilixxi mudell ta' ċertifikat tas-saħħa għaċ-ċaqliq mhux kummercjali minn pajjiżi terzi ta' klieb, qtates u inmsa (2) tistabbilixxi ċ-ċertifikat mudell biex jakkumpanja dawn l-annimali meta jidħlu fil-Komunità, li għalih ġie ppubblikat Korriġendum (3). |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/539/KE ta' l-1 ta' Lulju 2004 li tistabbilixxi miżura transizzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar ir-rekwiżiti għas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għaċ-ċaqliq mhux kummercjali ta' annimali domestiċi (4) tippermetti sa l-1 ta' Ottubru 2004 il-ko-eżistenza ta' ċertifikati maħruġa skond ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jew skond ir-regoli nazzjonali li kienu fis-seħħ qabel it-3 ta' Lulju 2004. |
|
(4) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/650/KE ta' 13.9.2004 li temenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 (5), Malta ġiet miżjuda mal-lista ta' pajjiżi f'Parti A ta' Anness II tar-Regolament. B'riżultat ta' dan d-dispożizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-dħul ta' annimali domestiċi fl-Irlanda, l-Iżvezja u r-Renju Unit għandhom ikunu estiżi għal Malta. |
|
(5) |
Biex kollox ikun ċar id-Deċiżjoni 2004/203/KE għandha tkun revokata u mibdula b'din id-Deċiżjoni. |
|
(6) |
Minħabba n-natura speċifika ta' l-annimali u taċ-ċaqliq konċernat, huwa xieraq li jkun faċilitat il-mod kif isir u l-użu taċ-ċertifikat għall-veterinarji u l-vjaġġaturi konċernati. |
|
(7) |
Peress li r-Regolament (KE) Nru 998/2003 u d-Deċiżjoni 2004/203/KE, kif mibdula mid-Deċiżjoni preżenti, għandhom japplikaw mit-3 ta' Lulju 2004, din id-Deċiżjoni għandha wkoll tapplika mingħajr dewmien. |
|
(8) |
Il-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi iċ-ċertifikat mudell u l-kondizzjonijiet ta' użu tiegħu għaċ-ċaqliq mhux-kummerċjali minn pajjiżi terzi ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-klieb, qtates u inmsa, msemmija f'Artikolu 8 (4) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.
2. Iċ-ċertifikat mudell huwa mniżżel fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Iċ-ċertifikat msemmi f'Artikolu 1 (2) għandu jkun meħtieġ għal ċaqliq mhux kummercjali ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' klieb, qtates u inmsa (“l-annimali domestiċi”) li ġejjin minn:
|
a) |
il-pajjiżi terzi kollha u li jidħlu fi Stat Membru għajr l-Irlanda, Malta, l-Iżvezja, u r-Renju Unit, u |
|
b) |
pajjiżi terzi elenkati f'Taqsima 2 ta' Parti B u f'Parti C ta' Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 u li jidħlu fl-Irlanda, Malta, l-Iżvezja u r-Renju Unit. Iċ-ċertifikat m'għandux jintuża għal annimali li ġejjin jew huma mrobbija f'pajjiżi terzi mhux elenkati f'Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, meta jiċċaqalqu lejn l-Irlanda, Malta, l-Iżvezja jew ir-Renju Unit, f'dan il-każ għandu japplika l-Artikolu 8 1) b) ii) tar-Regolament. |
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw iċ-ċaqliq mhux kummercjali ta' klieb, qtates u inmsa akkumpanjat b'passaport skond il-mudell stabbilit bid-Deċiżjoni 2003/803/KE minn dawk il-pajjiżi terzi elenkati f'Taqsima 2 ta' Parti B ta' Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 li avżaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-intenzjoni tagħhom li jużaw il-passaport minflok iċ-ċertifikat.
3. Minkejja r-regoli li japplikaw għaċ-ċaqliq lejn Malta, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw ċertifikat tal-mudell fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/203/KE.
Artikolu 3
1. Iċ-ċertifikat imsemmi f'Artikolu 1 għandu jikkonsisti f'folja waħda magħmula mill-inqas bil-lingwa ta' l-Istat Membru tad-dħul u bl-Ingliż. Għandha timtela' b'ittri kbar bil-lingwa ta' l-Istat Membru tad-dħul jew bl-Ingliż.
2. Iċ-ċertifikat imsemmi f'Artikoli 1 għandu jkun maħruġ kif ġej:
|
a) |
Il-partijiet I sa V taċ-ċertifikat għandhom:
|
|
b) |
Il-Parti VI u l-Parti VII, fejn xieraq, għandhom ikunu mimlija u ffirmati minn veterinarju awtorizzat biex jaħdem fil-mediċina veterinarja tal-pajjiz minn fejn ikunu gejjin. |
3. Iċ-ċertifikat għandu jkun akkumpanjat b'dokumentazzjoni li ssostnih, jew b'kopja ċertifikata tiegħu, inkluż d-dettalji ta' identifikazzjoni ta' l-annimal konċernat, id-dettalji tat-tilqim u r-riżultat tat-test seroloġiku.
4. Iċ-ċertifikat huwa validu ghac- ċaqliq intra-Komunitarju għal perijodu ta' 4 xhur mid-data tal-ħruġ jew sad-data ta' l-iskadenza tat-tilqim muri f'Parti IV, liema jiġi l-iktar kmieni.
Artikolu 4
It-tilqim mitlub f'Parti IV għandu jsir bl-użu ta' tilqima inattiva prodotta għall-inqas skond l-istandards deskritti fil-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u tat-Tilqim għall-Annimali ta' l-Art, l-aħħar edizzjoni, ta' l-Office International des Epizooties.
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kondizzjonijiet imsemmija f'Artikolu 8 (1) (a) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 ikunu biss applikati għal annimali domestiċi minn pajjiżi terzi elenkati f'Taqsima 2 ta' Parti B jew f'Parti C ta' l-Anness II ta' dak ir-Regolament li jagħmlu:
|
— |
jew vjaġġ dirett lejn l-Istat Membru ta' dħul, jew |
|
— |
vjaġġ bejn il-pajjiż terz li jibgħat u l-Istat Membru ta' dħul, inkluż residenza biss f'pajjiż wieħed jew aktar elenkat f'Taqsima 2 ta' Parti B jew f'Parti C ta' l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003. |
2. B'deroga minn paragrafu 1, il-vjaġġ jista' jinkludi tranżitu bl-ajru jew bil-baħar f'pajjiż terz mhux elenkat f'Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, kemm-il darba l-annimal domestiku jibqa' fi ħdan il-perimetru ta' ajruport internazzjonali f'dak il-pajjiż jew jibqa' magħluq fil-bastiment.
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni 2004/203/KE hija revokata.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika minn jum/xahar/sena [niżżel 3 ijiem wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea].
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, fl-1 ta' Diċembru 2004
Għall-Kummissjoni
David BYRNE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 592/2004 (ĠU L 94, tal-31.3.2004, p. 7).
(2) ĠU L 65, 3.3.2004, p. 13. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/301/KE (ĠU L 98, 2.4.2004, p. 55).
(3) ĠU L 111, 17.4.2004, p. 83.
ANNESS I
Certifikat mudell tas-saħħa għaċ-ċaqliq mhux kummercjali minn pajjiżi terzi ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-klieb, qtates u inmsa, kif imsemmi f’Artikolu 8 (4) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.