Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0821

Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta' sigurtà BiH/4/2004 tad- 19 ta' Novembru 2004 dwar il-ħatra tal-Kap ta' l-Element ta' Kmand ta' l-UE f'Napli għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

ĠU L 357, 2.12.2004, p. 38–38 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 228–228 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/821/oj

7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

228


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ BiH/4/2004

tad-19 ta' Novembru 2004

dwar il-ħatra tal-Kap ta' l-Element ta' Kmand ta' l-UE f'Napli għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

(2004/821/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 25, it-tielet paragrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Bi Skambju ta' Ittri bejn is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO fit-28 ta' Settembru 2004 u fit-8 ta' Ottubru 2004 rispettivament, il-Kunsill tan-Nord Atlantiku qabel li jqiegħed għad-disposizzjoni lill-Kap tal-Persunal tal-Kwartieri Ġenerali tal-Kmand tal-Forza Konġunta, Napli bħala Kap ta' l-Element ta' Kmand ta' l-UE f'Napli.

(2)

Il-Kumitat Militari ta' l-UE fil-15 ta' Settembru 2004 qabel dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE sabiex jinħatar il-Kap tal-Persunal tal-Kwartieri Ġenerali tal-Kmand tal-Forza Konġunta, Napli, il-Ġeneral Ciro COCOZZA, bħala Kap ta' l-Element ta' Kmand ta' l-UE f'Napli għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

(3)

Skond l-Artikolu 6 ta' l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PSC) sabiex jeżerċita t-tmexxija politika u strateġika ta' l-operazzjoni militari ta' l-UE.

(4)

Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża.

(5)

Fit-12 u t-13 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill Ewropew ta' Kopenhagen adotta Dikjarazzjoni li tgħid li l-arranġamenti tal-“BERLIN plus” u l-implimentazzjoni tagħhom japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta' l-UE li huma wkoll jew membri tan-NATO jew partijiet fil-“Partnership for Peace”, u li konsegwentement ikkonkludew ftehim ta' sigurtà bilaterali man-NATO,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ġeneral Ciro COCOZZA hu permezz ta' dan maħtur Kap ta' l-Element ta' Kmand ta' l-UE f'Napli għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum meta tiġi adottata.

Magħmula fi Brussel, nhar id-19 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

A. HAMER


(1)  ĠU L 252, 28.7.2004, p 10.


Top