EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0803
Decision No 803/2004/EC of the European Parliament and of the Council of 21 April 2004 adopting a programme of Community action (2004 to 2008) to prevent and combat violence against children, young people and women and to protect victims and groups at risk (the Daphne II programme)
Id-Deċiżjoni Nru 803/2004/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tadotta programm ta’ azzjoni Komunitarja (2004 sa l-2008) li jimpedixxi u jikkumbatti l-vjolenza kontra tfal, żgħażagħ u nisa u li jipproteġi vittmi u gruppi f’riskju (il-programm Daphne II)
Id-Deċiżjoni Nru 803/2004/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tadotta programm ta’ azzjoni Komunitarja (2004 sa l-2008) li jimpedixxi u jikkumbatti l-vjolenza kontra tfal, żgħażagħ u nisa u li jipproteġi vittmi u gruppi f’riskju (il-programm Daphne II)
ĠU L 143, 30.4.2004, p. 1–8
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 03/07/2007; Imħassar b' 32007D0779
Official Journal L 143 , 30/04/2004 P. 0001 - 0008
Deċiżjoni Nru 803/2004/KE tal-parlament ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tadotta programm ta’ azzjoni Komunitarja (2004 sa l-2008) li jimpedixxi u jikkumbatti l-vjolenza kontra tfal, żgħażagħ u nisa u li jipproteġi vittmi u gruppi f’riskju (il-programm Daphne II) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 152 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [2], Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], Billi: (1) Il-vjolenza fiżika, sesswali u psikoloġika kontra tfal, żgħażagħ u nisa, inklużi theddid ta’ atti tali, sfurzar jew tiċħid arbitrarju tal-liberta, kemm meta jiġru fil-ħajja pubblika kif ukoll privata, jikkostitwixxu ksur tad-dritt tagħhom għall-ħajja, sigurezza, liberta, dinjita u intergrita fiżika u emozzjonali u theddida serja għas-saħħa fiżika u mentali tal-vittmi ta’ vjolenza tali. L-effetti ta’ vjolenza tali huma hekk mifruxin fil-wisa’ mal-Komunità kollha tant li jikkostitwixxu flaġell ġenwin għas-saħħa u xkiel għat-tgawdija ta’ ċittadinanza żgura, libera u ġusta. (2) Huwa importanti u meħtieġ li jkunu rrikonoxxuti l-implikazzjonijiet serji immedjati u ta’ terminu fit-tul tal-vjolenza għall-iżvilupp tas-saħħa, psikoloġiku u soċjali, u għall-opportunitajiet ugwali ta’ dawk ikkonċernati, għal individwi, familji u komunitajiet, u għal prezzijiet soċjali u ekonomiċi għoljin għas-soċjeta fit-totalita tagħha. (3) Skond id-definizzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, is-saħħa hija stat ta’ benesseri fiżiku u soċjali komplit u mhux biss l-assenza ta’ mard jew infirmita. Riżoluzzjoni ta’ l-Assemblea tas-Saħħa Dinjija adottata fid-49 Assemblea tas-Saħħa Dinjija f’Ġinevra fl-1996 tiddikjara li l-vjolenza hija problema fuq quddiem ta’ saħħa pubblika mad-dinja kollha. Ir-rapport Dinji dwar il-vjolenza u s-saħħa ppreżentat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fi Brussel fit-3 ta’ Ottubru 2002 jirrakkomanda li jkunu promossi reazzjonijiet primarji ta’ prevenzjoni, reazzjonijiet li jsaħħu lill-vittmi tal-vjolenza u jkabbru l-kollaborazzjoni u skambju ta’ informazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza. (4) Dawn il-prinċipji huwa rrikonoxxuti f’konvenzjonijiet, dikjarazzjonijiet u protokolli numerużi ta’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali u istituzzjonijiet prinċipali bħalma huma n-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar ix-Xogħol, Il-Konferenza Dinjija dwar in-Nisa u l-Kungress Dinji kontra l-Isfruttament Sesswali Kummerċjali ta’ Tfal. Dan ix-xogħol importanti magħmul minn organizzazzjonijiet internazzjonali għandu jkun ikkomplimentat b’dak tal-Komunità. Tassew, l-Artikolu 3(1)(p) tat-Trattat jirrikjedi azzjoni Komunitarja għandha tinkludi kontribuzzjoni għall-ksib ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa. (5) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea [4] 1 tirriafferma, inter alia, id-drittijiet għad-dinjita, l-ugwaljanza u s-solidarita. Tinkludi numru ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi biex jipproteġu u jippromwovu l-integrita fiżika u mentali, it-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa, id-drittijiet tat-tfal u non-diskriminazzjoni, kif ukoll jip projbixxu t-trattament inuman u degradanti, jasar u x-xogħol furzat, u xogħol mit-tfal. (6) Il-Kummissjoni ntalbet tikteb (tippjana) u timplimenta programmi ta’ azzjoni biex tikkumbatti vjolenza tali mill-Parlament Ewropew, inter alia, fir-Riżoluzzjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2000 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. "Għal iktar azzjoni fil-ġlieda kontra t-traffikar fin-nisa" [5], u ta’ l-20 ta’ Settembru 2001 dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili [6]. (7) Il-programm ta’ azzjoni mwaqqaf bid-Deċiżjoni Nru 293/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Jannar 2000 li tadotta programm ta’ azzjoni Komunitarja (il-programm Daphne) (2000 sa l-2003) dwar miżuri preventivi li jiġġieldu l-vjolenza kontra t-tfal, żgħażagħ u nisa [7], għen biex jikber l-għarfien ġewwa l-Unjoni Ewropea u tikber u tikkonsolida ruħha l-koperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet fl-Istati Membri attivi fil-ġlieda kontra (f’li jikkumbattu) l-vjolenza. (8) Il-programme Daphne kien appoġġat bis-sħiħ u b’mod ċar jissodisfa l-ħtieġa profondament fil-qalb tas-settur volontarju. Il-proġetti ffinanzjati diġa bdew ikollhom effetti li joktru fuq l-attivitajiet minn organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet non-governattivi fl-Ewropa. Dan il-programm diġa kkontribwixxa sostanzjalment għall-iżvilupp ta’ politika ta’ l-UE dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza, ittraffikar, abbuż sesswali u pornografija, b’implikazzjonijiet ħafna lil hinn mill-konfini ta’ l-Unjoni Ewropea, kif issemma’ fir-rapport f’nofs it-terminu tal-programm Daphne. (9) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-4 ta’ Settembru 2002 dwar l-analiżi f’nofs it-terminu tal-programm Daphne [8], il-Parlament Ewropew jenfasizza li l-programm Daphne jissodisfa l-ħtieġa bażika għal strateġiji effettivi biex tkun ikkombattuta l-vjolenza u li għandu jissokta wara l-2003, u jitlob lill-Kummissjoni biex tissottometti proposta għal programm ta’ azzjoni ġdid li jinkorpora l-esperjenza kollha miksuba mill-1997 u li għalih ikun allokat finanzjament xieraq. (10) Huwa mixtieq li tkun żgurata kontinwita għall-proġetti sostnuti mill-programm Daphne biex jissoktaw jibnu fuq l-esperjenza miksuba u biex jipprovdu opportunitajiet li jippromwovu l-valur miżjud Ewropew li joħroġ minn dawn l-esperjenzi u, għal dan il-għan, huwa meħtieġ li tkun stabbilita t-tieni fażi tal-programm, minn hawn iżjed ’il quddiem issir referenza għaliha bħala "programm Daphne II". (11) Il-Komunità tista’ ġġib magħha valur miżjud lill-azzjonijiet li b’mod predominanti għandhom isiru mill-Istati Membri dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza, inklużi abbuż u sfruttament sesswali kommessi kontra t-tfal, żgħażagħ u nisa u l-protezzjoni tal-vittmi u gruppi f’riskju permezz ta’ tixrid u skambju ta’ informazzjoni u esperjenza, il-promozzjoni ta’ avviċinament innovattiv, l-istabbiliment konġunt ta’ prijoritajiet, l-iżvilupp ta’ konnessjonijiet tax-xogħol kif xieraq, l-għażla ta’ proġetti mal-Komunità kollha u l-motivazzjoni u mobilizzazzjoni tal-partijiet ikkonċernati. Dawn l-azzjonijiet għandhom ukoll jinkludu tfal u nisa miġjuba fl-Istati Membri permezz ta’ ttraffikar uman. Il-Komunità tista’ wkoll tidentifika u tistimula prassi tajba. (12) Il-programm Daphne II jista’ jġib miegħu valur miżjud billi jidentifika u jistimula prassi tajba, billi jinkoraġġixxi innovazzjoni u billi jiskambja esperjenza relevanti ta’ azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri, inklużi skambju ta’ informazzjoni konnessa ma’ liġijiet varji, sanzjonijiet u r-riżultati miksuba. Biex jinkisbu l-għanijiet ta’ dan il-programm u jintużaw ir-riżorsi disponibbli bl-iktar mod effiċjenti, iż-żoni li fihom għandu jsir ix-xogħol għandhom jintgħażlu b’attenzjoni billi ssir selezzjoni ta’ proġetti li joffru iktar valur miżjud Komunitarju u juru t-triq lejn l-ipprovar u t-tixrid ta’ ideat innovattivi li jimpedixxu u jikkombattu l-vjolenza, fil-kuntest ta’ avviċinament multidixxiplinarju. (13) Ladarba l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri l-prevenzjoni u l-kombatt kontra l-għamliet kollha ta’ vjolenza kontra t-tfal, żgħażagħ ma jistgħux jinkisbu b’mod sodisfaċent mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-ħtieġa ta’ avviċinament kordinat u multidixxiplinarju li jiffavorixxi t-twaqqif ta’ oqfsa ta’ xogħol trasnazzjonali għal taħriġ, informazzjoni, studju u skambju ta’ prassi tajba, u l-għażla ta’ proġetti mal-Komunità kollha, jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarita kif miġjub fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalita, kif miġjub f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet, (14) Il-programm Daphne II għandu jkun għal ħames snin biex jippermetti żmien biżżejjed għal azzjonijiet li għandhom ikunu implimentati biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti u jinġabru flimkien il-lezzjonijiet u l-esperjenza u jkunu integrati fi prassi tajba ma’ l-Unjoni Ewropea kollha. (15) Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [9]; (16) Din id-Deċiżjoni tippreskrivi, għaż-żmien kollu tal-programm, qafas finanzjarju li jikkositiwixxi r-referenza primarja, fit-tifsira tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina fl-estimi u titjib fil-proċedura ta’ l-estimi [10], għall-awtorita ta’ l-estimi matul il-proċedura annwali ta’ l-estimi, IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni It-tieni fażi tal-programm Daphne biex jimpedixxi u jikkombatti l-għamliet kollha ta’ vjolenza kontra t-tfal, żgħażagħ u jipproteġI l-vittmi u gruppi f’riskju (il-programm Daphne II) huwa b’dan stabbilit għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2008. Jista’ jkun estiż. Għall-għanijiet tal-programm Daphne II, "tfal" għandha tinkludi adoloxxenti sa l-età ta’ 18-il sena, skond l-istrumenti internazzjonali konnessi mad-drittijiet tat-tifel/tifla (wild?). Madankollu, proġetti b’azzjonijiet ddisinjati b’mod partikolari għal gruppi benefiċjarji bħal, per eżempju, "teenagers" (età minn 13 sa 19-il sena) jew nies ta’ età minn 12 sa 25 sena, għandhom jitqiesu li jimmiraw għall-kategorija hekk imsejħa "żgħażagħ". Artikolu 2 Għanijiet tal-programm 1. Il-programm Daphne II għandu jikkontribwixxi għall-għan ġenerali li jipprovdi liċ-ċittadini livell għoli ta’ protezzjoni minn vjolenza, inkluża protezzjoni tas-saħħa fiżika u mentali. Il-mira ta’ dan il-programm għandu jkun li jimpedixxi u jikkombatti l-għamliet kollha ta’ vjolenza, li tiġri fid-dominju pubbliku jew privat, kontra t-tfal, żgħażagħ billi jieħu miżuri preventivi u billi jipprovdi sostenn lill-vittmi u gruppi f’riskju, inkluża b’mod partikolari l-prevenzjoni ta’ esposizzjoni futura għall-vjolenza. Barraminhekk huwa għandu jimmira li jassisti u jinkoraġġixxi organizzazzjonijiet non-governattivi u organizzazzjonijiet oħra attivi f’dan il-qasam. 2. L-azzjonijiet li għandhom ikunu implimentati taħt il-programm Daphne II, kif miġjuba fl-Anness, huma maħsuba: (a) biex jippromwovu azzjonijiet trasnazzjonali: (i) biex jistabbilixxu xbieki ta’ xogħol multidixxiplinarji, b’mod partikolari ta’ sostenn għall-vittmi ta’ vjolenza u gruppi f’riskju; (ii) biex jiżguraw l-espansjoni tal-bażi ta’ għarfien, l-iskambju ta’ informazzjoni u l-identifikazzjoni u tixrid ta’ prassi tajba, inklużi permezz ta’ taħriġ, żjarat ta’ studju u skambju ta’ staff; (iii) biex jgħollu l-għarfien tal-vjolenza fost udjenzi mmirati bħal professjonijiet speċifiċi, awtoritajiet kompetenti u setturi tal-pubbliku ġenerali identifikati bil-ħsieb kemm li jitjieb il-fehim ta’, u li tkun promossa l-adozzjoni ta’ tolleranza żero lejn il-vjolenza kif ukoll li jkun inkoraġġit is-sostenn għall-vittmi u r-rapportar ta’ inċidenzi ta’ vjolenza lill-awtoritajiet kompetenti; (iv) biex jistudjaw fenomeni konnessi mal-vjolenza u metodi possibbli ta’ kif jimpedixxuha u jesploraw u jindirizzaw il-kawżi li jkunu l-għeruq tal-vjolenza fil-livelli kollha tas-soċjeta; (b) biex jimplimentaw azzjonijiet komplimentari, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, bħalma huma studji, il-formulazzjoni ta’ indikaturi, ġbir ta’ data, statistiċi mqassma f’ġeneru u età, seminari, u laqgħat ta’ esperti jew attivitajiet oħra biex isaħħu l-bażi ta’ għarfien tal-programm u biex ixerrdu l-informazzjoni miksuba taħt dan il-programm. Artikolu 3 Aċċess għall-programm 1. Il-programm Daphne II għandu jkun miftuħ għall-partiċipazzjoni minn organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet pubbliċi jew privati (awtoritajiet lokali fil-livell kompetenti, dipartimenti ta’ l-universita u ċentri ta’ riċerka) li jaħdmu biex jimpedixxu u jikkombattu l-vjolenza kontra t-tfal, żgħażagħ jew biex jipproteġu kontra vjolenza tali jew biex jipprovdu sostenn għall-vittmi jew jimplimentaw azzjonijiet speċifiċi li jippromwovu t-twarrib ta’ vjolenza tali jew jinkoraġġixxu bidla fl-attitudini u mġieba lejn gruppi u vittmi tal-vjolenza vulnerabbli. 2. Il-programm għandu wkoll ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’: (a) Stati ta’ Adeżjoni li ffirmaw it-Trattat ta’ Adeżjoni fis-16 ta’ April 2003; (b) il-pajjiżi ta’ EFTA/ŻEE, skond il-kondizzjonijiet preskritti fil-Ftehim dwar iż-ŻEE; (ċ) Ir-Rumanija u l-Bulgarija, li għalihom il-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni għandhom ikunu preskritti skond il-Ftehim Ewropew rispettiv, il-protokolli addizjonali magħhom u d-deċiżjonijiet tal-Kunsilli dwar Assoċjazzjoni rispettivi; (d) It-Turkija, li għaliha l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni għandhom ikunu preskritti skond il-Ftehim Qafas bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-programmi tal-Komunità [11]. 3. Biex ikunu eliġibbli għall-iffinanzjar taħt dan il-programm, proġetti għandhom jinvolvu għall-inqas żewġ Stati Membri, ikollhom tul ta’ żmien massimu ta’ sentejn u jkunu ngranati ma’ l-għanijiet miġjuba fl-Artikolu 2. Artikolu 4 Azzjonijiet taħt il-programm Il-programm Daphne II għandu jikkomprendi t-tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin: (a) identifikazzjoni u skambji ta’ prassi tajba u esperjenza ta’ xogħol bil-ħsieb b’mod partikolari li jkunu implimentati miżuri preventivi u assistenza lill-vittmi; (b) ippjanar ta’ stħarriġ, studji u riċerka; (ċ) xogħol fuq il-post b’involviment tal-benefiċjarji, b’mod partikolari tfal u żgħażagħ, fil-fażijiet kollha tad-disinn, implimentazzjoni u valutazzjoni tal-proġett; (d) ħolqien ta’ xbieki ta’ xogħol multidixxiplinarji u sostenibbli; (e) taħriġ u disinn ta’ pakketti edukattivi; (f) żvilupp u implimentazzjoni ta’ programmi ta’ trattament u sostenn għall-vittmi u nies f’riskju min-naħa l-waħda, u ta’ min jagħmel ir-reat min-naħa l-oħra, filwaqt li tkun żgurata s-sigurezza tal-vittmi; (g) żvilupp u implimentazzjoni ta’ azzjonijiet li jgħollu l-għarfien li jimmiraw għal udjenzi speċifiċi, disinn ta’ materjali biex jissuplimentaw dawk li diġa huma diponibbli, jew adattament u użu ta’ materjali eżistenti f’żoni ġeografiċi oħra jew għal gruppi fil-mira oħra; (h) tixrid tar-riżultati miksuba taħt iż-żewġ programmi Daphne inklużi l-adattament tagħhom, it-trasferiment u użu minn benefiċjarji oħra jew f’żoni ġeografiċi oħra; (i) identifikazzjoni u titjib ta’ azzjonijiet li jikkontribwixxu għal trattament pożittiv ta’ nies f’riskju ta’ vjolenza, jiġifieri għal avviċinament li jinkoraġġixxi rispett lejhom u jippromwovi l-benesseri u s-self-fulfilment tagħhom. Artikolu 5 Finanzjament 1. The qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm Daphne II għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2008 huwa b’dan stabbilit għal EUR 50 miljun, li minnhom EUR 29 miljun ikunu għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2006. Għall-perjodu ta’ wara l-31 ta’ Diċembru 2006, l-ammont għandu jitqies ikkonfermat jekk huwa konsistenti għal din il-fażi mal-perspettivi finanzjarji fis-seħħ għall-perjodu li jibda fl-2007. 2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorita tal-budget fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja. 3. Id-Deċiżjonijiet ta’ ffinanzjar għandhom ikunu segwiti bi ftehim ta’ għotja bejn il-Kummissjoni u l-benefiċjarji ta’ l-għotja. 4. Il-proporzjoni ta’ l-appoġġ finanzjarju mill-budget tal-Komunità m’għandux jeċċedi t-80 % tas-siwi totali tal-proġett. Madankollu, l-azzjonijiet komplimentari li jirreferi għalihom l-Artikolu 2(2)(b) jistgħu jkunu ffinanzjati sa 100 %, suġġetti għal limitu ta’ 15 % ta’ l-allokazzjoni finanzjarja annwali ta’ dan il-programm. Artikolu 6 Implimentazzjoni tal-programm 1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-immaniġġar u implimentazzjoni tal-programm Daphne II u għandha tiżgura li kull riżultat jew prodott iffinanzjat minn dan il-programm ikun disponibbli bla ħlas u f’għamla elettronika:. 2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura avviċinament ibbilanċjat, fir-rigward tat-tliet gruppi fil-mira, jiġifieri tfal, żgħażagħ fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm. 3. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni konnessi mal-pjan tax-xogħol annwali għandhom ikunu adottati skond il-proċedura tal-maniġment li jirreferi għaliha l-Artikolu 7(2). 4. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni konnessi mal-kwistjonijiet l-oħra kollha għandhom ikunu adottati skond il-proċedura ta’ konsultazzjoni li jirreferi għaliha l-Artikolu 7(3). Artikolu 7 Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita (megħjuna) minn Kumitat. 2. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/EC għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahrejn. 3. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/EC għandhom japplikaw, wara li jjitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. 4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli interni tiegħu. Artikolu 8 Monitoraġġ (Immonitorjar)u valutazzjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-immonitorjar u l-valutazzjoni kontinwa tal-programm Daphne II filwaqt li jitqiesu l-għanijiet ġenerali u speċifiċi miġjuba fl-Artikolu 2 u tal-għanijiet speċifiċi miġjuba fl-Anness. 2. L-aktar tard sa l-1 ta’ Ġunju 2006, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta’ valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jagħmel stima tar-relevanza, utilita, sostenibilita, effikaċita u effiċjenza tal-programm Daphne II sa dak il-mument. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni ex ante biex jappoġġa azzjoni futura possibbli. Barramindan, b’mod parallelu mal-preżentazzjoni ta’ l-Abbozz Preliminari tal-Budget għall-2007, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-awtorita tal-budget ir-riżultat tal-valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva ta’ l-aġir imqabbel mal-pjan ta’ implimentazzjoni annwali. Fil-kuntest tal-proċedura tal-budget għall-2007, il-Kummissjoni għandha, l-aktar tard sa l-1 ta’ Ġunju 2006, tirrapporta dwar il-konsistenza ta’ l-ammont għall-2007/2008 mal-perspettivi finanzjarji ġodda. Jekk applikabbli, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa ġewwa l-proċeduri tal-budget għall-2007/2008 biex tiżgura l-konsistenza ta’ l-approprjazzjonijiet annwali mal-perspettivi finanzjarji ġodda. 3. Fi tmiem il-programm Daphne II, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport finali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Inter alia, dan ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni dwar ix-xogħol imwettaq fil-kuntest ta’ l-azzjonijiet miġjuba fil-Punt II(c) ta’ l-Anness, bħala bażi għall-istima tal-ħtieġa għal iktar azzjoni politika. 4. Il-Kummissjoni għandha wkoll tibgħat ir-rapporti li jirreferu għalihom il-paragrafi 2 u 3 lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat dwar r-Reġjuni. Artikolu 9 Dħul fis-seħħ Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Strasburgu, fil-21 ta’ April 2004. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President D. Roche [1] ĠU C 208, 03.09.2003, p. 52. [2] ĠU C 256, 24.10.2003, p. 85. [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Settembru 2003 (għandha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta’ l-1 ta’ Diċembru 2003 (ĠU C 54 E, tat-2.3.2004, p. 1), Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2004. [4] ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1. [5] ĠU C 59, 23.02.2001, p. 307. [6] ĠU C 77 E, tat-28.3.2002, p. 126. [7] ĠU L 34, 09.02.2000, p. 1. [8] ĠU C 272 E, tat-13.11.2003, p. 390. [9] ĠU L 184, 17.07.1999, p. 23. [10] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1. Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 2003/429/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 147, ta’ l-14.6.2003, p. 25). [11] ĠU L 61, 02.03.2002, p. 29. -------------------------------------------------- L-ANNESS GĦANIJIET SPEĊIFIĊI U AZZJONIJIET I. AZZJONIJIET TRANSIZZJONALI 1. Identifikazzjoni u skambju ta’ prassi tajba u esperjenza ta’ xogħol Għan: biex isostnu u jinkoraġġixxu l-iskambju, l-adattament u l-użu ta’ prassi tajba għal applikazzjoni f’kuntesti u żoni ġeografiċi oħra Biex jistimulaw u jippromwovu l-iskambju ta’ prassi tajba f’livell Komunitarju dwar il-protezzjoni ta’ u sostenni għal tfal, żgħażagħ - vittmi jew gruppi f’riskju - b’enfasi speċjali fuq iż-żoni li ġejjin: (a) il-prevenzjoni (ġenerali jew jimmiraw għal gruppi spċifiċi); (b) protezzjoni u sostenn lil vittmi (assistenza psikoloġika, medika, soċjali, edukattiva u legali, il-provvediment ta’ akkomodazzjoni (djar), ċaqliq u protezzjoni tal-vittmi, taħriġ u reintegrazzjoni fil-ħajja soċjali u tax-xogħol); (ċ) proċeduri li jipproteġu l-aħjar interessi tat-tfal, b’mod partikolari dawk li huma vittmi tal-prostituzzjoni, żgħażagħ u nisa li huma vittmi tal-vjolenza; (d) kejl ta’ l-impatt reali tat-tipi differenti ta’ vjolenza fuq il-vittmi u s-soċjeta ġewwa l-Ewropa, biex ikun stabbilit ir-rispons (ir-reazzjoni) xieraq. 2. Ippjanar ta’ stħarriġ, studji u riċerka Għan: biex jistudjaw fenomeni konnessi mal-vjolenza Biex jappoġġaw attivitajiet ta’ riċerka, studji bbażati fuq ġeneru u età u ppjanar ta’ stħarriġ fil-qasam tal-vjolenza biex, inter alia: (a) jesploraw u jagħmlu stima tal-kawżi, ċirkostanzi u mekkaniżmi varji ta’ l-iffaċċjar u ż-żieda tal-vjolenza, inkluż ġegħil biex jitwettqu attivitajiet bħal ta’ tallaba jew serq; (b) janalizzaw u jippargunaw mudelli eżistenti ta’ prevenzjoni u protezzjoni; (ċ) jiżviluppaw prassi ta’ prevenzjoni u protezzjoni; (d) jagħmlu stima ta’ l-impatt tal-vjolenza, ukoll f’termini tas-saħħa, kemm fuq il-vittmi kif ukoll fuq is-soċjeta fit-totalita tagħha, inkluż is-siwi ekonomiku; (e) jistudjaw l-ambitu biex jiżviluppaw filtri li jimpedixxu t-trasmissjoni ta’ materjal pedofilu via l-Internet. (f) jidħlu għal studji dwar tfal li huma vittmi tal-prostituzzjoni biex jgħinu jimpedixxu dan il-fenomenu permezz ta’ għarfien aħjar tal-fatturi ta’ riskju. 3. Xogħol fil-qasam (prattiku) bl-involviment tal-benfiċjarji Għan: biex ikunu implimentati metodi pprovati fil-prevenzjoni ta’ u protezzjoni minn il-vjolenza biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ metodi, moduli ta’ taħriġ u assistenza (psikoloġika, medika, soċjali, edukattiva, legali, u għal reintegrazzjoni) li direttament jinvolvu l-benefiċjarji. 4. Ħolqien ta’ xbieki ta’ xogħol multidixxiplinarji li jkunu sostenibbli Għan: biex jappoġġaw u jinkoraġġixxu kemm organizzazzjonijiet non-governattivi (ONGi) kif ukoll organizzazzjonijiet oħra, inklużi awtoritajiet lokali (fil-livell kompetenti), attivi fil-ġlieda kontra l-vjolenza ħalli jaħdmu flimkien. Biex jappoġġaw l-istabbiliment u t-tisħiħ ta’ xbieki tax-xogħol multidixxiplinarji u jinkoraġġixxu u jappoġġaw il-koperazzjoni bejn ONGi u l-organizzazzjonijiet u l-korpi pubbliċi varji, biex itejbu l-livell ta’ għarfien u fehim tar-rwoli ta’ xulxin u jipprovdu appoġġ multidixxiplinarju komprensiv lill-vittmi tal-vjolenza u lil dawk f’riskju. Ix-xbieki tax-xogħol għandhom b’mod partikolari jwettqu attivitajiet biex jindirizzaw il-problemi tal-vjolenza, ingranati ma’: (a) produzzjoni ta’ qafas tax-xogħol komuni għall-analiżi tal-vjolenza, inklużi d-definizzjoni ta’ tipi differenti ta’ vjolenza, il-kawżi tal-vjolenza u l-konsegwenzi kollha tagħha, u għall-implimentazzjoni ta’ risponsi (reazzjonijiet) multi-settorjali xierqa; (b) l-istimar tat-tipi u effikaċita tal-miżuri u prattiċi għall-prevenzjoni u skoperta tal-vjolenza, u għall-provvediment ta’ appoġġ lill-vittmi tal-vjolenza, b’mod partikolari biex ikun żgurat li qatt iktar ma jkunu esposti għall-vjolenza; (ċ) promozzjoni ta’ attivitajiet biex tingħeleb din il-problema kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll nazzjonali. 5. Taħriġ u disinn ta’ pakketti edukattivi Għan: biex ikunu żviluppati pakketti dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza u dwar trattament pożittiv Biex ikunu ddisinjati u ttestjati pakketti u azzjonijiet edukattivi dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza kontra t-tfal, żgħażagħ u dwar trattament pożittiv, kif ukoll dwar immaniġġar ta’ tilwim, għal użu fl-iskejjel u istituzzjonijiet, assoċjazzjonijiet, impriżi, istituzzjonijiet pubbliċi edukattivi għall-adulti u ONGi. 6. Żvilupp u implimentazzjoni ta’ programmi ta’ trattament Għanijiet: biex jiżviluppaw u jimplimentaw programmi ta’ trattament għall-vittmi u nies f’riskju, bħal tfal u żgħażagħ li jaraw vjolenza domestika, min-naħa l-waħda, u dawk li jikkommettu reat min-naħa l-oħra, bil-għan li tkun impeduta l-vjolenza. Biex jiskopru l-kawżi, ċirkostanzi u makkaniżmi possibbli ta’ l-iffaċċjar u ż-żieda tal-vjolenza inklużi n-natura u l-motivazzjoni ta’ min jikkometti l-vjolenza u sfruttaturi tal-vjolenza kummerċjali bħal sfruttament sesswali jew non-sesswali. Biex jiżviluppaw, jittestjaw u jimplimentaw programmi ta’ trattament ibbażati fuq ir-riżultati ta’ hawn iktar ’il fuq. 7. Azzjonijiet biex jgħollu l-għarfien immirati għal udjenzi speċifiċi Għanijiet: biex jgħollu l-għarfien u l-livell tal-fehim tal-vjolenza u l-prevenzjoni tal-vjolenza kontra t-tfal, żgħażagħ bil-għan li jippromwovu tolleranza żero tal-vjolenza, il-provvediment ta’ appoġġ lill-vittmi u lill-gruppi f’riskju, u r-rapportar ta’ inċidenzi ta’ vjolenza It-tipi ta’ l-azzjonijiet li ġejjin, fost oħrajn, huma eliġibbli għal appoġġ: (a) żvilupp u implimentazzjoni ta’ informazzjoni u azzjonijiet ta’ tkabbir ta’ għarfien immirati lejn tfal, żgħażagħ, b’mod partikolari dwar riskji potenzali ta’ vjolenza u manjieri kif ikunu evitati; publics oħra li għandhom ikunu fil-mira jinkludu professjonijiet bħal għalliema, edukaturi, tobba, ħaddiema maż-żgħażagħ u soċjali, avukati, awtoritajiet tal-pulizija u l-media; (b) żvilupp ta’ sorsi (għejun) ta’ informazzjoni mal-Komunità kollha biex jassistu u jinformaw lill-ONGi u korpi pubbliċi dwar informazzjoni pubblika disponibbli relevanti għall-qasam tal-vjolenza, il-mezzi li jimpedixxuha u r-rijabilazzjoni tal-vittmi, miġbura minn sorsi governattivi, non-governattivi, akkademiċi u oħrajn; dan għandu jagħmel possibbli li l-informazzjoni tkun integrata fis-sistemi kollha ta’ informazzjoni relevanti; (ċ) inkoraġġiment għall-introduzzjoni ta’ miżuri u servizzi speċifiċi biex jiżdied l-irrapportar lill-awtoritajiet ta’ vjolenza u għamliet differenti ta’ kummerċ fit-tfal, żgħażagħ għal sfruttament sesswali u non-sesswali; (d) promozzjoni ta’ kampanji pubbliċitarji, bl-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni tal-massa, li jiffokaw fuq il-kundanna tal-vjolenza u l-provvediment ta’ appoġġ lill-vittmi fil-għamla ta’ assistenza psikoloġika, morali u prattika. Għandu jkun inkoraġġit id-disinn ta’ materjali biex jissuplimentaw dawk diġa disponibbli, jew ikunu adattati għal użu f’żoni ġeografiċi oħra jew għal gruppi fil-mira oħra. II. AZZJONIJIET KOMPLIMENTARI Biex ikun żgurat li ż-żoni kollha tal-programm ikunu koperti b’mod komplet, ukoll fl-assenza ta’ proposti - jew proposti adatti - għal żona speċifika, il-Kummissjoni għandha twettaq attivitajiet iktar proattivi biex timla l-vojt. Konsegwentement, il-programm għandu jiffinanzja azzjonijiet komplimentari, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, fiż-żoni li ġejjin, inter alia: (a) biex jagħmel possibbli l-iżvilupp ta’ indikaturi dwar il-vjolenza, biex ikun jista’ jitkejjel l-impatt kwantifikat ta’ politiki u proġetti. Dan għandu jkun ibbażat fuq esperjenza eżistenti ta’ l-għamliet kollha ta’ vjolenza kontra t-tfal, żgħażagħ; (b) biex titwaqqaf proċedura għal ġbir regolari u sostenibbli ta’ data, preferibilment bl-assistenza ta’ Eurostat, biex ikun possibbli li l-vjolenza tkun ikkwatifikata fl-Unjoni b’akkuratezza ikbar; (ċ) biex ikunu identifikati kwistjonijiet politiċi, fejn possibbli, fid-dawl tax-xogħol miksub minn proġetti ffinanzjati, bil-għan li jkunu proposti politiki komuni dwar il-vjolenza f’livell Komunitarju u tkun irrijinfurzata l-prassi ġudizzjali; (d) biex janalizza u jivvaluta il-proġetti ffinanzjati biex issir preparazzjoni għas-Sena Ewropea kontra l-vjolenza; (e) biex ixerred ma’ l-Ewropa kollha prassijiet tajba li joħorġu minn proġetti ffinanzjati; dan għandu jinkiseb b’mezzi diversi: (i) produzzjoni u distribuzzjoni ta’ materjal miktub, CD-ROMs, video films, twaqqif ta’ siti ta’ l-Internet u kampanji ta’ promozzjoni u spots pubbliċitarji; (ii) jittrasferixxi temporanjament jew jorganizza skambji ta’ staff b’esperjenza minn organizzazzjoni għal oħra biex jassisti fl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet jew prassijiet ġodda li kienu pprovati likienu effettivi band’oħra; (iii) jagħmel possibbli ONG unika li tuża riżultati miksuba miż-żewġ programmi Daphne, tadatthom jew tittrasferihom għal żona oħra ta’ l-Unjoni jew għal kategorija oħra ta’ benefiċjarji; (iv) jistabbilixxi skrivanija ta’ għajnuna biex tassisti ONGi, speċjalment dawk li jkunu qegħdin jipparteċipaw għal-ewwel darba, jelaboraw il-proġetti tagħhom, iżommu kuntatt ma’ sħab (partners) oħra u jużaw u jibbenefikaw mill-acquis Daphne; (v) jikkopera kemm jista’ jkun mill-qrib mal-media tal-massa. (f) jorganizza seminari li dawk kollha li għandhom interess involuti fi proġetti ffinanzjati biex itejbu l-kapaċita ta’ maniġment u xbieki ta’ xogħol u jappoġġaw l-iskambju ta’ informazzjoni; (g) imexxi studji u jorganizza laqgħat ta’ esperti u seminari konnessi direttament mat-twettiq ta’ l-azzjoni li tagħha jifformaw parti integrali. Minbarra dan, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri, fit-twettiq tal-programm, lejn organizzazzjonijiet ta’ assistenza teknika, li l-iffinanzjar tagħhom għandu jkun ipprovdut ġewwa l-qafas finanzjarju ġenerali, taħt l-istess kondizzjonijiet, lil esperti. --------------------------------------------------