EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0779

Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta' Novembru 2004 li taħtar żewġ membri Ċeki u tliet membri supplenti Ċeki tal-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 344, 20.11.2004, p. 31–32 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 122–123 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/779/oj

7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

122


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Novembru 2004

li taħtar żewġ membri Ċeki u tliet membri supplenti Ċeki tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2004/779/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsida t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ċek,

Billi:

(1)

fit-22 ta' Jannar 2002 (1) il-Kunsill adotta Deċiżjoni li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni,

(2)

żewġ postijiet bħala membri tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara r-riżenji tas-Sur Jan BŘEZINA, notifikata lill-Kunsill fit-22 ta' Lulju 2004, u tas-Sur Oldřich VLASÁK, notifikata lill-Kunsill fit-30 ta' Awissu 2004; post wieħed bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Petr DUCHOŇ, notifikata lill-Kunsill fit-30 ta' Awissu 2004. Żewġ postijiet bħala membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara n-nomina tas-Sur František SLAVÍK u tas-Sur Tomáš ÚLEHLA biex isiru membri sħaħ.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Dawn li ġejjin huma maħtura għall-Kumitat tar-Reġjuni

(a)

bħala membri

1.

Is-Sur František SLAVÍK,

President tal-Kunsill Reġjonali ta' Zlínský kraj

biex jissostitwixxi s-Sur Jan BŘEZINA

2.

Is-Sur Tomáš ÚLEHLA,

Sindku tal-Belt ta' Zlín, Zlínský kraj

biex jissostitwixxi s-Sur Oldřich VLASÁK

(b)

bħala membri supplenti:

1.

Is-Sinjura Ivana ČERVINKOVÁ

Sindku tal-Muniċipalità ta' Kostelec nad Orlicí, Královehradecký kraj

biex tissostitwixxi s-Sur Petr DUCHOŇ

2.

Is-Sur Ivan KOSATÍK,

It-tieni Deputat tal-President tal-Kunsill Reġjonali ta' Olomoucký kraj

biex jissostitwixxi s-Sur František SLAVÍK

3.

Is-Sur Petr OSVALD

Membru ta' l-awtorità lokali tal-Belt ta' Plzeň, Plzeňský kraj

biex jissostitwixxi s-Sur Tomáš ÚLEHLA

għall-bqija tal-mandat tagħhom, li jibqa' jgħodd sal-25 ta' Jannar 2006.

Magħmula fi Brussel, nhar il-15 ta' Novembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VAN DER HOEVEN


(1)  ĠU L 24, 26.1.2002, p. 38.


Top