Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0753

    Deċiżjoni tal-Kunsill, meħuda b'akkordju komuni mal-President tal-Kummissjoni nominat, tal- 5 ta' Novembru 2004 li tadotta l-lista ta' persuni oħra li l-Kunsill mistenni jaħtar bħala Membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2004/642/KE, Euratom

    ĠU L 333, 9.11.2004, p. 12–13 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 89–90 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/753/oj

    7.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    89


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL,

    meħuda b'akkordju komuni mal-President tal-Kummissjoni nominat,

    tal-5 ta' Novembru 2004

    li tadotta l-lista ta' persuni oħra li l-Kunsill mistenni jaħtar bħala Membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2004/642/KE, Euratom

    (2004/753/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 213 (1), it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 214(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 126 (1) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 127(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Kummissjoni ġdida, li tikkonsisti minn ċittadin wieħed ta' kull Stat Membru, għandha tiġi maħtura għall-perijodu mid-data tal-ħatra tagħha sal-31 ta' Ottubru 2009.

    (2)

    Fid-29 ta' Ġunju 2004 il-Kunsill, imlaqqa' fil-komposizzjoni ta' Kapijiet ta' Stat jew Gvern, innomina lis-Sinjur José Manuel DURÃO BARROSO bħala l-persuna li għandu l-intenzjoni li jaħtar bħala President tal-Kummissjoni (1).

    (3)

    Il-Parlament Ewropew approva dik in-nomina bir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Lulju 2004.

    (4)

    Bid-Deċiżjoni 2004/642/KE, Euratom (2), il-Kunsill adotta b'akkordju komuni mal-President tal-Kummissjoni nominat il-lista ta’ persuni oħra li bi ħsiebha taħtar bħala Membri tal-Kummissjoni.

    (5)

    B’akkordju komuni mal-President tal-Kummissjoni nominat, id-Deċiżjoni 2004/642/KE, Euratom għandha tiġi mħassra qabel ma l-lista li fiha tiġi sottomessa għal vot ta’ approvazzjoni mill-Parlament Ewropew u sostitwita bid-Deċiżjoni preżenti.

    (6)

    Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jistabbilixxi l-Kostituzzjoni għall-Ewropa ser jinkludi t-tmiem tal-mandat tal-Membru tal-Kummissjoni li għandu l-istess nazzjonalitá bħal dik tal-futur Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni Ewropea, li ser ikun Viċi-President tal-Kummissjoni,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dawn li ġejjin huma b'dan innominati b'akkordju komuni mas-Sinjur José Manuel DURÃO BARROSO, President tal-Kummissjoni nominat, bħala l-persuni li l-Kunsill mistenni jaħtar bħala Membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mid-data tal-ħatra tal-Kummissjoni l-ġdida sal-31 ta' Ottubru 2009:

    Is-Sur Joaquín ALMUNIA AMANN

    Is-Sur Jacques BARROT

    Is-Sur Joe BORG

    Is-Sur Stavros DIMAS

    Is-Sinjura Benita FERRERO-WALDNER

    Is-Sur Ján FIGEĽ

    Is-Sinjura Mariann FISCHER BOEL

    Is-Sur Franco FRATTINI

    Is-Sinjura Dalia GRYBAUSKAITĖ

    Is-Sinjura Danuta HÜBNER

    Is-Sur Siim KALLAS

    Is-Sur László KOVÁCS

    Is-Sinjura Neelie KROES

    Is-Sur Marcos KYPRIANOU

    Is-Sur Peter MANDELSON

    Is-Sur Charlie McCREEVY

    Is-Sur Louis MICHEL

    Is-Sur Andris PIEBALGS

    Is-Sur Janez POTOČNIK

    Is-Sinjura Viviane REDING

    Is-Sur Olli REHN

    Is-Sur Vladimír ŠPIDLA

    Is-Sur Günter VERHEUGEN

    Is-Sinjura Margot WALLSTRÖM.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 2004/642/KE, Euratom hi b’dan imħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, nhar il-5 ta' Novembru 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. R. BOT


    (1)  ĠU L 236, 7.7.2004, p. 15.

    (2)  ĠU L 294, 17.9.2004, p. 30.


    Top