Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0739

    Deċiżjoni tal-Kumitat ta' politika u ta' sigurtà BiH/3/2004 tad- 29 ta' Settembru 2004 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u l-Ħerżegovina

    ĠU L 325, 28.10.2004, p. 64–66 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 44–46 (MT)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 29/07/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/739/oj

    7.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    44


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT TA' POLITIKA U TA' SIGURTÀ BiH/3/2004

    tad-29 ta' Settembru 2004

    dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u l-Ħerżegovina

    (2004/739/PESK)

    IL-KUMITAT TA' POLITIKA U TA' SIGURTÀ

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 25, it-tielet paragrafu tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat- 12 ta' Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u l-Ħerżegovina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Taħt l-Artikolu 11 ta' l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat ta' Politika u ta' Sigurtà (PSC) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-istabbiliment ta' Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u l-Ħerżegovina.

    (2)

    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Nizza tas-7, 8 u 9 ta' Diċembru 2000 u ta' Brussel ta' l-25 u l-25 ta' Ottubru 2002 stabbilixxew l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta' Stati terzi f'operazzjonijiet għall-immaniġġar ta' kriżi u l-istabbiliment ta' Kumitat ta' Kontributuri.

    (3)

    Il-Kumitat ta' Kontributuri ser ikollu rwol prinċipali fl-immanniġġjar ta' kuljum ta' l-operazzjoni; il-Kumitat ser ikun il-forum prinċipali fejn Stati kontribwenti kollettivament jeżaminaw kollettivament il-kwistjonijied dwar l-impjieg tal-forzi tagħhom fl-operazzjoni; il-Kumitat ta' Politika u ta' Sigurtà, li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' l-operazzjoni, ser jieħu kont ta' l-opinjonijiet espressi mill-Kumitat ta' Kontributuri.

    (4)

    Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, d-Danimarka ma tieħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Għalhekk id-Danimarka ma tieħux sehem fl-iffinanzjar ta' l-operazzjoni.

    (5)

    Il-Kunsill Ewropew ta' Kopenhagen adotta fit-12 u t-13 ta' Diċembru 2002 Dikjarazzjoni li tiddikjara li l-arranġamenti “Berlin plus” u l-implimentazzjoni tagħhom japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta' l-UE li huma wkoll jew membri tan-NATO jew partijiet fis-“Sħubija għall-Paċi”, u li konsegwentement ikkonkludew ftehim ta' sigurtà bilaterali man-NATO,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Stabbiliment

    Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u l-Ħerżegovina (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-CoC”) huwa b'dan stabbilit.

    Artikolu 2

    Funzjonijiet

    It-termini ta' referenza tal-CoC huma stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Nizza (7, 8 u 9 ta' Diċembru 2000) u ta' Brussel (24 u 25 ta' Ottubru 2002).

    Artikolu 3

    Komposizzjoni

    1.   Il-membri tal-CoC għandhom ikunu kif ġej:

    dawk l-Istati Membri ta' l-UE li jieħdu sehem f'operazzjonijiet ta' l-UE mwettqa bl-użu ta' assi u l-kapaċitajiet komuni tan-NATO;

    rappreżentanti ta' l-Istati terzi li jipparteċipaw fl-operazzjoni u li jipprovdu kontribuzzjonijiet militari sinifikattivi, kif ukoll rappreżentanti ta' Stati terzi oħra, imsemmija fl-Anness.

    2.   Id-DGEUMS u l-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE huma wkoll intitolati li jattendu jew li jkunu rappreżentati fil-laqgħat tal-CoC.

    Artikolu 4

    Presidenza

    Skond il-konklużjonijiet ta' Nizza u mingħajr preġudizzju għall-prerogativi tal-Presidenza, il-CoC għal din l-operazzjoni ser ikun presedut mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli jew ir-rappreżentant tiegħu b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Presidenza, megħjun mill-President tal-Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea (CEUMC) jew ir-rappreżentant tiegħu.

    Artikolu 5

    Laqgħat

    1.   Il-CoC għandu jitlaqqa' mill-President fuq bażi regolari. Fejn iċ-ċirkostanzi jitolbu hekk, laqgħat ta' emerġenza jistgħu jitlaqqgħu fuq l-inizjattiva tal-President, jew fuq it-talba ta' membru.

    2.   Il-President għandu jiċċirkola minn qabel aġenda proviżorja u dokumenti relatati mal-laqgħa. Il-proċedimenti għandhom jiġu ċirkulati wara kull laqgħa.

    3.   Rappreżentanti tal-Kummissjoni u persuni oħra jistgħu jiġu mistiedna għal partijiet rilevanti tad-diskussjoni, kif xieraq.

    Artikolu 6

    Proċedura

    1.   Ħlief kif provdut fil-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Kumitat ta' politika u ta' Sigurtà u r-responsabbiltajiet tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE,

    l-unanimità tar-rappreżentanti ta' Stati li jikkontribwixxu għall-operazzjoni għandha tapplika meta l-CoC jieħu deċiżjonijiet dwar l-immaniġġjar ta' kuljum ta' l-operazzjoni;

    l-unanimità tal-membri tal-CoC għandha tapplika meta l-CoC jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar aġġustamenti possibbli għall-ippjanar operazzjonali, inklużi aġġustamenti possibbli għall-għanijiet.

    L-astensjoni ta' membru ma għandhiex tipprekludi l-unanimità.

    2.   Il-President għandu jistabbilixxi li l-maġġoranza tar-rappreżentanti ta' l-Istati intitolati li jieħdu sehem fil-deliberazzjonijiet tkun preżenti.

    3.   Il-kwistjonijiet kollha ta' proċedura għandhom ikunu solvuti b'maġġoranza sempliċi tal-membri preżenti fil-laqgħa.

    4.   Id-Danimarka ma għandhiex tieħu sehem fi kwalunkwe deċiżjoni tal-Kumitat.

    Artikolu 7

    Kunfidenzjalità

    1.   Ir-Regolamenti tal-Kunsill tas-Sigurtà għandhom japplikaw għal-laqgħat u l-proċedimenti tal-CoC. B'mod partikolari, ir-rappreżentanti fil-CoC għandhom ikunu fil-pussess ta' clearances ta' sigurtà adegwati.

    2.   Id-deliberazzjonijiet tal-CoC għandhom ikunu koperti mill-obbligu ta' segretezza professjonali, ħlief meta l-CoC b'mod unanimu jiddeċiedi mod ieħor.

    Artikolu 8

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Magħmula fi Brussel, nhar id-29 ta' Settembru 2004.

    Għall-Kumitat ta' Politika u ta' Sigurtà

    Il-President

    A. HAMER


    (1)  ĠU L 252, 28.07.2004, p. 10.


    ANNESS

    LISTA TA' STATI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)

    L-Arġentina

    Il-Bulgarija

    Il-Kanada

    Iċ-Ċile

    Il-Marokk

    In-New Zealand

    In-Norveġja

    Ir-Rumanija

    L-Iżvizzera

    It-Turkija


    Top