Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0733

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurta' BiĦ/2/2004 tal- 21 ta' Settembru 2004 dwar il-ħatra ta’ Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE għall-Operazzjoni Militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

    ĠU L 324, 27.10.2004, p. 22–22 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 22–22 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/733/oj

    7.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    22


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTA' BiĦ/2/2004

    tal-21 ta' Settembru 2004

    dwar il-ħatra ta’ Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE għall-Operazzjoni Militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

    (2004/733/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTA',

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 25, it-tielet paragrafu, tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-Operazzjoni Militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Taħt l-Artikolu 2 ta’ l-Azzjoni Konġunta, id-Deputat Kmandant Alleat Suprem għall-Ewropa (DSACEUR), l-Ammiral Rainer FEIST, ġie maħtur Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

    (2)

    In-NATO iddeċidiet li taħtar lill-Ġeneral Sir John REITH bħala Deputat Kmandant Alleat Suprem għall-Ewropa (DSACEUR) biex jieħu post l-Ammiral Rainer FEIST. L-inkarigu tal-Ġeneral Sir John REITH ser jibda fit-30 ta’ Settembru 2004.

    (3)

    Taħt l-Artikolu 6 ta’ l-Azzjoni Konġunta, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PSC) biex jieħu deċiżjonijiet ulterjuri dwar il-ħatra tal-Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE.

    (4)

    Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża.

    (5)

    Il-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen fit-12 u t-13 ta’ Diċembru 2002 adotta Dikjarazzjoni li tistqarr li l-arranġamenti “Berlin plus” u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta’ l-UE li huma wkoll jew membri tan-NATO jew sħab fil-“Partnership for Peace”, u li b’konsegwenza ta' dan ikkonkludew ftehim għas-sigurtà bilaterali man-NATO,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ġeneral Sir John REITH qiegħed hawn jiġi maħtur Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' Settembru 2004.

    Magħmula fi Brussel, nhar l-21 ta' Settembru 2004.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    A. HAMER


    (1)  ĠU L 252, 28.07.2004, p. 10.


    Top