Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0696

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 14 ta' Ottubru 2004 dwar il-lista ta' programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' ċerti TSEs li jikkwalifikaw għall-kontribut finanzjarju mill-Komunità fl-2005 (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4011)

    ĠU L 316, 15.10.2004, p. 91–95 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 267M, 12.10.2005, p. 203–207 (MT)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/12/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/696/oj

    12.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    203


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta' l-14 ta' Ottubru 2004

    dwar il-lista ta' programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' ċerti TSEs li jikkwalifikaw għall-kontribut finanzjarju mill-Komunità fl-2005

    (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4011)

    (2004/696/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Xi Stati Membri ppreżentaw xi programmi lill-Kummissjoni għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' xi enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (TSEs) li għalihom jixtiequ jirċievu kontribut finanzjarju mill-Komunità.

    (2)

    Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (2), il-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali għandhom ikunu ffinanzjati skond it-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija. Għal għanijiet ta' kontroll finanzjarju, l-Artikoli 8 u 9 ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju li jippreskrivi regoli għall-prevenżjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' xi enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (3), jippreskrivi regoli għall-monitoraġġ u l-eradikazzjoni tat-TSEs fl-annimali bovini, ovini u kaprini.

    (4)

    Fit-tħejjija tal-listi ta' programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tat-TSEs li jikkwalifikaw għall-kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-2005 u tar-rata proposta u l-ammont massimu ta' kontribut għal kull programm, iridu jiġu kkunsidrati kemm l-interess ta' kull programm għall-Komunità kif ukoll il-volum ta' approprjazzjonijiet disponibbli.

    (5)

    L-Istati Membri pprovdew lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li permezz tagħha tista' tevalwa l-interess għall-Komunità li tipprovdi kontribut finanzjarju għall-programmi għall-2005.

    (6)

    Il-Kummissjoni qieset kull wieħed mill-programmi sew min-naħa veterinarja kif ukoll min-naħa finanzjarja u hija sodisfatta li dawn il-programmi għandhom jiġu nklużi fil-listi ta' programmi li jikkwalifikaw għall-kontribut finanzjarju mill-Komunità fl-2005. Il-kontribut għall-monitoraġġ tat-TSEs jirrigwarda l-implimentazzjoni ta' testijiet rapidi u, għall-eradikazzjoni tat-TSEs, id-distruzzjoni ta' annimali li jinstabu pożittivi u l-genotyping ta' l-annimali.

    (7)

    Minħabba l-importanza ta' dawn il-miżuri għall-ħarsien tas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali, kif ukoll l-introduzzjoni relattivament reċenti ta' dawn il-programmi ta' monitoraġġ imqabbla mal-programmi tradizzjonali ta' eradikazzjoni tal-mard u l-applikazzjoni obbligatorja ta' dawn il-programmi fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jkun żgurat livell għoli ta' għajnuna finanzjarja mill-Komunità.

    (8)

    Huwa għalhekk xieraq li tiġi adottata l-lista ta' programmi li jikkwalifikaw għall-kontribut finanzjarju mill-Komunità fl-2005 u ssettjata r-rata u l-ammont massimu ta' dawn il-kontributi.

    (9)

    Il-miżuri li għalihom hemm dispożizzjonijiet f'din id-deċiżjoni huma konformi ma'l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIZJONI:

    Artikolu 1

    1.   Il-programmi għall-monitoraġġ tat-TSE (BSE u sċrapie) elenkati fl-Anness I għandhom jikkwalifikaw għall-kontribut finanzjarju mill-Komunità fl-2005.

    2.   Għal kull programm kif imsemmi f'paragrafu 1, ir-rata proposta u l-ammont massimu ta' kontribut finanzjarju mill-Komunità għandu jkun kif hemm imniżżel fl-Anness I.

    Artikolu 2

    1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-BSE elenkati fl-Anness II għandhom jikkwalifikaw għall-kontribut finanzjarju mill-Komunità fl-2005.

    2.   Għal kull programm kif hemm imsemmi fil-paragrafu 1, ir-rata proposta u l-ammont massimu ta' kontribut finanzjarju mill-Komunità għandu jkun kif hemm imniżżel fl-Anness II.

    Artikolu 3

    1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni ta' l-sċrapie elenkati fl-Anness III għandhom jikkwalifikaw għall-kontribut finanzjarju mill-Komunità fl-2005.

    2.   Għal kull programm kif imsemmi f'paragrafu 1, ir-rata proposta u l-ammont massimu tal-kontribut finanzjarju mill-Komunità għandu jitniżżel fl-Anness III.

    Artikolu 4

    Din id-deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, fl-14 ta' Ottubru 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David BYRNE

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 244, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tat-16.5.2004, p. 1).

    (2)  ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.

    (3)  ĠU L 147, tal-31.5.2001,p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1492/2004 (ĠU L 274, tal-24.8.2004, p. 3).


    ANNESS I

    Lista ta' programmi għall-monitoraġġ tat-TSEs

    Ir-Rata u l-ammont massimu tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità

    (f' EUR)

    Marda

    Stat Membru

    Rata ta' testijiet rapidi mwettqa

    Ammont massimu

    TSEs

    L-Awstrija

    100 %

    1 920 000

    Il-Belġju

    100 %

    3 550 000

    Ċipru

    100 %

    85 000

    Ir-Repubblika Ċeka

    100 %

    1 700 000

    Id-Danimarka

    100 %

    2 375 000

    L-Estonja

    100 %

    290 000

    Il-Finlandja

    100 %

    1 160 000

    Franza

    100 %

    24 045 000

    Il-Ġermanja

    100 %

    15 020 000

    Il-Ġreċja

    100 %

    585 000

    L-Ungerija

    100 %

    1 085 000

    L-Irlanda

    100 %

    6 170 000

    L-Italja

    100 %

    6 660 000

    Il-Litwanja

    100 %

    835 000

    Il-Lussemburgu

    100 %

    145 000

    Malta

    100 %

    35 000

    L-Olanda

    100 %

    4 270 000

    Il-Portugall

    100 %

    1 135 000

    Is-Slovenja

    100 %

    435 000

    Spanja

    100 %

    4 780 000

    L-Iżvezja

    100 %

    305 000

    Ir-Renju Unit

    100 %

    5 570 000

    Total

    82 155 000


    ANNESS II

    Lista ta' programmi għall-eradikazzjoni tal-BSE

    Ammont massimu tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità

    (f' EUR)

    Marda

    Stat Membru

    Rata

    Ammont massimu

    BSE

    L-Awstrija

    50 % culling

    10 000

    Il-Belġju

    50 % culling

    250 000

    Ċipru

    50 % culling

    25 000

    Ir-Repubblika Ċeka

    50 % culling

    2 500 000

    Id-Danimarka

    50 % culling

    200 000

    L-Estonja

    50 % culling

    25 000

    Il-Finlandja

    50 % culling

    25 000

    Franza

    50 % culling

    500 000

    Il-Ġermanja

    50 % culling

    875 000

    Il-Ġreċja

    50 % culling

    150 000

    L-Irlanda

    50 % culling

    4 000 000

    L-Italja

    50 % culling

    205 000

    Il-Lussemburgu

    50 % culling

    150 000

    L-Olanda

    50 % culling

    450 000

    Il-Portugall

    50 % culling

    975 000

    Ir-Repubblika Slovakka

    50 % culling

    25 000

    Is-Slovenja

    50 % culling

    25 000

    Spanja

    50 % culling

    1 320 000

    Ir-Renju Unit

    50 % culling

    4 235 000

    Total

    15 945 000


    ANNESS III

    Lista ta' programmi għall-eradikazzjoni ta' l-iscrapie

    Ammont massimu tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità

    (f' EUR)

    Marda

    Stat Membru

    Rata

    Ammont massimu

    Scrapie

    L-Awstrija

    50 % culling; 100 % genotyping

    10 000

    Il-Belġju

    50 % culling; 100 % genotyping

    105 000

    Ċipru

    50 % culling; 100 % genotyping

    5 565 000

    Ir-Repubblika Ċeka

    50 % culling; 100 % genotyping

    20 000

    Id-Danimarka

    50 % culling; 100 % genotyping

    5 000

    L-Estonja

    50 % culling; 100 % genotyping

    10 000

    Il-Finlandja

    50 % culling; 100 % genotyping

    5 000

    Franza

    50 % culling; 100 % genotyping

    1 300 000

    Il-Ġermanja

    50 % culling; 100 % genotyping

    2 275 000

    Il-Greċja

    50 % culling; 100 % genotyping

    1 555 000

    L-Ungerija

    50 % culling; 100 % genotyping

    5 000

    L-Irlanda

    50 % culling; 100 % genotyping

    800 000

    L-Italja

    50 % culling; 100 % genotyping

    2 485 000

    Il-Latvja

    50 % culling; 100 % genotyping

    5 000

    Il-Litwanja

    50 % culling; 100 % genotyping

    5 000

    Il-Lussemburgu

    50 % culling; 100 % genotyping

    35 000

    L-Olanda

    50 % culling; 100 % genotyping

    575 000

    Il-Portugall

    50 % culling; 100 % genotyping

    695 000

    Ir-Repubblika Slovakka

    50 % culling; 100 % genotyping

    340 000

    Is-Slovenja

    50 % culling; 100 % genotyping

    65 000

    Spanja

    50 % culling; 100 % genotyping

    9 525 000

    L-Iżvezja

    50 % culling; 100 % genotyping

    10 000

    Ir-Renju Unit

    50 % culling; 100 % genotyping

    7 380 000

    Total

    32 775 000


    Top