Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0667

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta' Settembru 2004 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/145/KE dwar l-għajnuna finanzjarja għal laboratorju wieħed ta' referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa veterinarja pubblika (riskji bijoloġiċi) fir-Renju Unit għas-sena 2004. (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3547)

    ĠU L 305, 1.10.2004, p. 65–66 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 267M, 12.10.2005, p. 173–174 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/667/oj

    12.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    173


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-27 ta' Settembru 2004

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/145/KE dwar l-għajnuna finanzjarja għal laboratorju wieħed ta' referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa veterinarja pubblika (riskji bijoloġiċi) fir-Renju Unit għas-sena 2004.

    (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3547)

    (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

    (2004/667/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 fuq in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u l-aktar l-Artikolu 28(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/145/KE dwar l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għat-tħaddim ta' ċerti laboratorji ta' referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa veterinarja pubblika (riskji bijoloġiċi) għas-sena 2004 (2), tagħtihom għajnuna finanzjajra tal-Komunità biex dawn iwettqu ċerti funzjonijiet u obbligi.

    (2)

    Bħala parti mill-programm ta' ħidma annwali għas-sena 2003, il-laboratorju ta' referenza tal-Komunità għat-TSE (enċifalopatiji sponġiformi li jittieħdu), il-Weybridge, Renju Unit (LRK) żviluppa, fuq il-bażi ta' l-analiżi tar-riżultati tal-programm ta' monitoraġġ tal-Komunità fuq il-BSE, metodu integrat għall-valutazzjoni tal-bidu u ta' l-issuktar dwar l-istat tal-pajjiż fejn għandu x'jaqsam il-BSE. Dan jinkludi mudell epidemjoloġiku għall-valutazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tal-BSE ta' pajjiżi individiwali.

    (3)

    Għandha tiġi organizzata laqgħa ta' diskussjoni ma' l-esperti ta' l-Istati Membri biex dawn jitgħallmu kif jużaw il-mudell. Minħabba l-kumplessità tal-mudell u l-ħtieġa għall-esperjenza kemm fl-istatistika u fl-epidemjoloġija veterinarja, għandhom ikunu mistiedna żewġ esperti minn kull Stat Membru. Fi stat bikri l-għajnuna ta' l-esperti mil-LRK tista' tkun ukoll meħtieġa meta l-Istati Membri jkunu qed jużaw il-mudell fil-valutazzjoni tal-programmi ta' sorveljanza tagħhom stess. Għalhekk, l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għall-pjan ta' ħidma annwali tal-LRF għandha tiżdied biex ikunu koperti l-ispejjeż żejda għal din il-laqgħa ta' diskussjoni u għall-għajnuna li tingħata mill-esperti.

    (4)

    Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 156/2004 tad-29 ta' Jannar 2004 fuq l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità lil-laboratorji ta' referenza tal-Komunità skond l-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE (3) għandhom ikunu jgħoddu.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2004/145/KE għandha, għalhekk, tiġi emendata kif jixraq,

    (6)

    Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2004/145/KE, qed tiġi emendata kif ġej:

    1.

    L-Artikolu 6, il-paragrafu 2 qed jinbidel b'dan:

    “2.   L-għajnuna finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tilħaq mhux aktar minn 417 000 Ewro għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2004 sal-31 ta' Diċembru 2004.”

    2.

    L-Artikolu 6, il-paragrafu 3 qed jinbidel b'dan:

    “3.   L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għall-organizzazzjoni ta' laqgħat tekniċi ta' diskussjoni għandha tilħaq mhux aktar minn 105 000 Ewro. Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 156/2004 u b'deroga, il-laboratorju li ssemma fil-paragrafu 1 fuq huwa intitolat li jagħmel talba għall-għajnuna finanzjarja b'rabta ma' l-attendenza għal-laqgħat ta' diskussjoni organizzati minnu, liema għajnuna tkun tkopri 50 parteċipant.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit ta' l-Ingilterra u l-Irlanda ta' Fuq.

    Magħmula fi Brussell, fis-27 ta' Settembru 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David BYRNE

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19, kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2001/572/KE (ĠU L 203, tat-28.7.2001, p. 16).

    (2)  ĠU L 47, tat-18.2.2004, p. 35.

    (3)  ĠU L 27, tat-30.1.2004, p. 5.


    Top