Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0659

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Mejju 2004 dwar l-avveniment tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2008

    ĠU L 301, 28.9.2004, p. 54–54 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 342–342 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/659/oj

    30.5.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    342


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-27 ta' Mejju 2004

    dwar l-avveniment tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2008

    (2004/659/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Waqt li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra id-Deċiżjoni Nru. 1419/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja tal-avveniment għall-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin 2005 sa 2019 (1), u b'mod partikolari l-artikoli 2(3) u 4 tagħha,

    Wara li kkunsidra r-rapport tal-Panel ta' l-Għażla ta' Frar 2004 sottomess lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 2 paragrafu 2 tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE,

    B'konsiderazzjoni għall-fatt li l-kriterji stabbiliti fl-artikolu 3 u l-anness II tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE huma mwettqa bis-sħiħ,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni tas-27 ta' April 2004,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Liverpool nħatret bħala “l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2008” skond l-Artikolu 2 paragrafu 1 tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE.

    Artikolu 2

    Stavanger inħatret bħala “l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2008” skond l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE.

    Artikolu 3

    Iż-żewġ bliet maħtura għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta' l-Artikoli 1 u 5 tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE.

    Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta' Mejju 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. O'DONOGHUE


    (1)  ĠU L 166, ta' l-1.7.1999, p. 1.


    Top