This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0641
2004/641/EC: Commission Decision of 14 September 2004 amending Decision 2002/627/EC establishing the European Regulators Group for Electronic Communications Networks and Services(Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 14 ta' Settembru 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2002/627/KE li tistabbilixxi l-Grupp Ewropew ta' Regolaturi għal Netwerks u Servizzi ta' Komunikazzjoni Elettronika Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 14 ta' Settembru 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2002/627/KE li tistabbilixxi l-Grupp Ewropew ta' Regolaturi għal Netwerks u Servizzi ta' Komunikazzjoni Elettronika Test b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 293, 16.9.2004, pp. 30–32
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 267M, 12.10.2005, pp. 131–133
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0229
|
12.10.2005 |
MT XM |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
131 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-14 ta' Settembru 2004
li temenda d-Deċiżjoni 2002/627/KE li tistabbilixxi l-Grupp Ewropew ta' Regolaturi għal Netwerks u Servizzi ta' Komunikazzjoni Elettronika
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2004/641/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li qieset it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/627/KE (1) stabbilit il-Grupp Ewropew ta' Regolaturi għal Netwerks u Servizzi ta' Komunikazzjoni Elettronika |
|
(2) |
L-esperjenza operattiva ma' dan il-grupp uriet biċ-ċar il-ħtieġa li jiġu kkjarifikati l-kwistjonijiet li jikkonċernaw is-sħubija tal-Grupp u li x-xogħol tal-Grupp jiġi ffukat fuq il-kompiti li huma assoċjati mas-superviżjoni minn jum għall-ieħor tal-qafas regolatorju ġdid għal netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika . |
|
(3) |
L-Istati Membri kollha stabilew awtoritajiet regolatorji b'responsabilitajiet ta' superviżjoni minn jum għall-ieħor tas-suq tal-komunikazzjoni elettronika, |
IDDEĊIEDIET DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2002/627/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa mħassar; |
|
(2) |
Fl-Artikolu 3 il-paragrafu li ġej huwa miżjud; “Il-Grupp ser jagħti konsulenza u jassisti lill-Kummissjoni dwar kull kwistjoni li għandha x’taqsam man-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-kompetenzi tiegħu, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni.”; |
|
(3) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'li ġej: “Artikolu 4 Sħubija 1. Il-Grupp ser ikun magħmull mill-kapijiet ta' l-awtoritajiet regolaturi nazzjonali indipendenti stabiliti f'kull Stat Membru bir-responsabbilità primarja li jikkontrolla minn jum għall-ieħor l-operat fuq is-suq tan-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, jew ir-rappreżentanti tagħhom. Ser ikun hemm membru wieħed għal kull Stat Membru. Il-Kummissjoni ser tkun rappreżentata fuq livell xieraq u ser tipprovdi s-segretarjat għall-Grupp. 2. L-awtoritajiet nazzjonali relevanti msemmija f paragrafu 1 huma mniżżla fl-Anness. Il-Kummissjoni ser iżżomm din il-lista taħt reviżjoni fid-dawl ta' kull bidla introdotta minn Stati Membri lill-ismijiet jew responsabilitajiet ta' dawn l-awtoritajiet.” |
|
(4) |
Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
It-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni huwa miżjud bħala Anness. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni ser tidħol fis-seħħ fil-jum li fih tiġi ppubllikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussel, fl-14 ta' Settembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Olli REHN
Membru tal-Kummissjoni
ANEXO — PŘÍLOHA — BILAG — ANHANG — ANNEKS — ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ — ANNEX — ANNEXE — ALLEGATO — PIELIKUMS — PRIEDAS — MELLÉKLET — ANNESS — BIJLAGE — ZAŁĄCZNIK — ANEXO — PRÍLOHA — PRILOGA — LIITE — BILAGA
Lista tal-membri ta' l-ERG
|
Pajjiż |
Awtorità Nazzjonali Regolatorja |
|
Belgique/België |
Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT) Belgisch Instituut voor postdiensten en telecommunicatie (BIPT) |
|
Česká Republika |
Český telekomunikační úřad (CTU) |
|
Danmark |
IT- og Telestyrelsen - National IT and Telecom Agency (NITA) |
|
Deutschland |
Regulierungsbehörde für Telekommunikation und Post (Reg TP) |
|
Eesti |
Sideamet (SIDEAMET) |
|
Elláda |
National Telecommunications and Post Commission (EETT) |
|
España |
Comisión del Mercado de las Telecomunicaciones (CMT) |
|
France |
Autorité de Régulation des Télécommunications (ART) |
|
Ireland |
Commission for Communications Regulation (ComReg) |
|
Italia |
Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni (AGCOM) |
|
Kypros |
Office of the Commissioner of Telecommunications and Postal Regulation (OCTPR) |
|
Latvija |
Sabiedrisko pakalpojumu regulēšanas komisija (SPRK) |
|
Lietuva |
Rysiu reguliavimo tarnyba (RRT) |
|
Luxembourg |
Institut Luxembourgeois de Régulation (ILR) |
|
Magyarország |
Nemzeti Hirkozlesi Hatosag (NHH) |
|
Malta |
Malta Communications Authority (MCA) |
|
Nederland |
Onafhankelijke Post en Telecommunicatie Autoriteit (OPTA) |
|
Österreich |
Rundfunk und Telekom Regulierungs-GmbH (RTR) |
|
Polska |
Urząd Regulacji Telekomunikacji i Poczty (URTIP) |
|
Portugal |
ICP - Autoridade Nacional de Comunicações (ICP-ANACOM) |
|
Slovenija |
Agencija za telekomunikacije, radiodifuzijo in pošto Republike Slovenije (ATRP) |
|
Slovensko |
Telekomunikačný úrad Slovenskej republiky (TU SR) |
|
Suomi Finland |
Viestintävirasto Kommunikationsverket (FICORA) |
|
Sverige |
Post- och telestyrelsen (PTS) |
|
United Kingdom |
Office of Communications (Ofcom) |