EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0628

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' Settembru 2004 fuq il-lista ta' stabbilimenti fi New Ċaledonia li minnha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk fil-Komunità (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3296) Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 284, 3.9.2004, p. 4–5 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 267M, 12.10.2005, p. 115–116 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/03/2014; Imħassar b' 32014D0160

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/628/oj

12.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

115


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta' Settembru 2004

fuq il-lista ta' stabbilimenti fi New Ċaledonia li minnha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk fil-Komunità

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3296)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/628/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar il-problemi ta' spezzjonijiet ta' saħħa u veterinarji fuq l-importazzjoni ta' annimali bovini, nagħaġ, mogħoż u majjali, ta' laħam frisk u ta' prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi (1), u l-aktar l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 18(1) (a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 72/462/KEE tisħaq li stabbilimenti f'pajjiżi terzi jistgħu jkunu awtorizzati biex jesportaw laħam frisk lejn il-Komunità jekk dawn ikunu jilħqu l-kundizzjonijiet ġenerali u speċjali stabbiliti f'dik id-Direttiva.

(2)

Is-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali fi New Ċaledonia taqbel ma' dik li teżisti fl-Istati Membri, l-aktar fejn għandu x'jaqsam it-tixrid ta' mard minħabba l-laħam, waqt li l-operazzjoni ta' kontroll fuq il-produzzjoni ta' laħam frisk hija waħda tajba.

(3)

Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462/KEE, in-New Ċaledonia għaddiet id-dettalji dwar l-istabbilimenti li għandhom jiġu awtorizzati biex jesportaw il-laħam frisk lejn il-Komunità.

(4)

L-istabbilimenti mgħoddija min-New Ċaledonia jilħqu l-kriterji kollha stabbiliti bid-Direttiva 72/462/KE biex dawn ikunu jistgħu joperaw bħala biċċeriji, mħażen tal-ħażna fil-friża (ċold stores), u impjanti tat-tqattigħ approvati u li minnhom tista' tkun awtorizzata l-importazzjoni lejn il-Komunità skond l-Artikolu 18 ta' dik id-Direttiva.

(5)

Il-livelli ta' iġjene ta' dawk l-istabbilimenti huma tajbin, u għalhekk dawk l-istabbilimenti jistgħu jitniżżlu fil-lista ta' stabbilimenti li għandha titfassal skond id-Direttiva 72/462/KEE, u li minnhom tista' tkun awtorizzata l-importazzjoni ta' laħam frisk lejn il-Komunità.

(6)

Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-istabbilimenti fi New Ċaledonia li huma mniżżla fl-Anness qed ikunu hawnhekk approvati bħala stabbilimenti li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk fil-Komunità skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 72/462/KEE, inklużi l-punti (a) u (b) ta' l-Artikolu 18 (1) miġjuba fiha.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd minn [niżżel 3 ijiem wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.]

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-2 ta' Settembru 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).


ANNESS

Lista ta' l-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 1

Pajjiż: NEW CALEDONIA

Numru ta' l-Approvazzjoni

Stabbiliment

Belt/Reġjun

Kategorija (*)

RS

B

PQ

MF

Ċ

N/M

M

SP

 

EA-3-1

OCEF - Barandeu

Bourail Province Sud

x

x

x

x

 

 

 

 

EA-18-1

OCEF

Nouméa Province Sud

 

 

x

x

 

 

 

 


(*)  B: Biċċerija

N/M: Laħam tan-nagħaġ/tal-mogħoż

PQ: Postijiet tat-tqattigħ

M: Laħam tal-majjal

MF: Maħżen tal-Ħażna fil-Friża

SP: Laħam minn annimali solipedi

Ċ: Laħam taċ-ċanga

RS: Rimarki speċjali


Top