This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0624
2004/624/EC: Commission Decision of 19 August 2004 amending Decision 1999/815/EC concerning measures prohibiting the placing on the market of toys and childcare articles intended to be placed in the mouth by children under three years of age made of soft PVC containing certain phthalates (notified under document number C(2004) 3071)(Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta' Awwissu 2004 li temenda d-Deċiżjoni 1999/815/KE dwar miżuri li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' ġugarelli u affarijiet għat-tfal li huma maħsubin biex jiddaħħlu f'ħalq tfal taħt it-tliet snin u li jkunu magħmula minn PVĊ artab li jkun fih ċerti phtalates (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3071) Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta' Awwissu 2004 li temenda d-Deċiżjoni 1999/815/KE dwar miżuri li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' ġugarelli u affarijiet għat-tfal li huma maħsubin biex jiddaħħlu f'ħalq tfal taħt it-tliet snin u li jkunu magħmula minn PVĊ artab li jkun fih ċerti phtalates (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3071) Test b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 280, 31.8.2004, p. 34–35
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 267M, 12.10.2005, p. 109–110
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 20/11/2004
12.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
109 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta' Awwissu 2004
li temenda d-Deċiżjoni 1999/815/KE dwar miżuri li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' ġugarelli u affarijiet għat-tfal li huma maħsubin biex jiddaħħlu f'ħalq tfal taħt it-tliet snin u li jkunu magħmula minn PVĊ artab li jkun fih ċerti phtalates
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3071)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2004/624/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/95/KE tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti (1) u partikolarment l-Artikolu 13(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni adottat, fis-7 ta' Diċembru 1999, id-Deċiżjoni 1999/815/KE (2) ibbażata fuq l-Artikolu 9 tad-Direttiva 92/59/KEE (3), li teħtieġ lill-Istati Membri li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' ġugarelli u affarijiet għat-tfal li huma maħsuba biex jiddaħħlu f'ħalq tfal taħt it-tliet snin u li jkunu magħmula minn PVĊ artab li jkun fih waħda jew aktar mis-sustanzi di-iso-nonyl phthalate (DINP), di(2-ethylhexyl) phthalate (DEHP), dibutyl phthalate (DBP), di-iso-deċyl phthalate (DIDP), di-n-oċtyl phthalate (DNOP), u butylbenzyl phthalate (BBP). |
(2) |
Il-validità tad-Deċiżjoni 1999/815/KE kienet limitata għal tliet xhur, fi qbil mad-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 92/59/KEE. Għalhekk, il-validità tad-Deċiżjoni kellha tiskadi fit-8 ta' Marzu 2000. |
(3) |
Meta ġiet adottata d-Deċiżjoni 1999/815/KE, kien tbassar li, jekk meħtieġ, tittawwal il-validità tagħha. Il-validità tal-miżuri adottati skond id-Deċiżjoni 1999/815/KE ittawlet taħt bosta Deċiżjonijiet għal perjodu addizzjonali ta' tliet xhur kull darba, u għall-aħħar darba għal perjodu addizzjonali ta' sitt xhur, u issa għandha tiskadi fl-20 ta' Awwissu 2004. |
(4) |
Seħħew xi żviluppi importanti dwar il-validazzjoni tal-metodi għall-verifika taċ-ċaqliq tal-phthalates, il-valutazzjoni tas-sigurtà tas-sustanzi sostituti, u l-valutazzjoni komprensiva tar-riskju ta' dawn il-phthalates taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar l-evalwazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti (4). Il-Parlament u l-Kunsill qegħdin jikkunsidraw miżuri permanenti sabiex jiġu affrontati r-riskju ta' dawn il-prodotti, iżda aktar ħin huwa meħtieġ sabiex jitlestew id-deliberazzjonijiet dwar is-suġġett, l-aktar sabiex jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi ġodda kollha. |
(5) |
Sakemm jiġu adottati miżuri permanenti mill-Parlament u l-Kunsill, u sabiex jiġu garantiti l-għanijiet tad-Deċiżjoni 1999/815/KE u t-titwil tagħha, huwa meħtieġ li tinżamm il-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq tal-prodotti msemmija. |
(6) |
Xi Stati Membri implimentaw id-Deċiżjoni 1999/815/KE b'miżuri applikabbli sa l-20 ta' Frar 2004. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi żgurata li tittawwal il-validità ta' dawn il-miżuri. |
(7) |
Huwa għalhekk meħtieġ li tittawwal il-validità tad-Deċiżjoni 1999/815/KE sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri iżommu l-projbizzjoni prevista f'dik id-Deċiżjoni. |
(8) |
L-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, li rrevoka u ssostitwixxa d-Direttiva 92/59/KE mill-15 ta' Jannar 2004, jistqarr li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jeħtieġu li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jipprevjenu riskji serji minn ċerti prodotti se jkunu validi għal perjodi li ma jaqbżux sena u li jistgħu jiġu kkonfermati b'perjodi addizzjonali li l-ebda wieħed minnhom ma jaqbeż sena. Huwa xieraq li tittawwal il-validità tad-Deċiżjoni 1999/815/KE għal perjodu ta' tlett xhur, sabiex ikun hemm ħin biżżejjed għall-progress bil-miżuri permanenti msemmija taħt ir-reċitazzjoni (4), filwaqt li tiġi żgurata l-possibbilità ta' eżami mill-ġdid, fi żmien xieraq, tat-tul tal-validità tad-Deċiżjoni. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15 tad-Direttiva 2001/95/KE., |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIZJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/815/KE il-kliem “l-20 ta' Awwissu 2004” huma mibdula mill-kliem “l-20 ta' Novembru 2004”.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-deċiżjoni u jippubblikaw dawn il-miżuri. Għandhom minnufih jgħarfu lill-Kummissjoni b'dan.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Mmebri.
Magħmula fi Brussell, fid-19 ta' Awwissu 2004.
Ghall-Kummissjoni
David BYRNE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 011, tal-15.01.2002, p. 4.
(2) ĠU L 315, tad-09.12.1999, p. 46. Deċiżjoni kif emendat l-aħħar mid-Deċiżjoni 2003/819/KE (ĠU L 308, tal-25.11.2003, p. 23)
(3) ĠU L 228, tal-11.08.1992, p. 24. Direttiva emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284 tal-31.10.2003, p. 1).
(4) ĠU L 84, tal-05.04.1993, p. 1. Regolament emandat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.