This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0618
2004/618/EC: Council Decision of 11 August 2004 on the conclusion of an Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Community and Pakistan pursuant to Article XXVIII of the GATT 1994 relating to the modification of concessions with respect to rice provided for in EC Schedule CXL annexed to the GATT 1994
2004/618/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta’ Awwissu 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Pakistan skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 relatat mal-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar- ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994
2004/618/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta’ Awwissu 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Pakistan skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 relatat mal-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar- ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994
ĠU L 279, 28.8.2004, pp. 23–24
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 352M, 31.12.2008, pp. 33–34
(MT)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
21/06/2005
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/618/oj
|
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Awwissu 2004
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Pakistan skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 relatat mal-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar- ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994
(2004/618/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 bil-ħsieb li jiġu mmodifikati ċerti konċessjonijiet għar-ross. Għaldaqstant, il-Kommunità nnotifikat lid-WTO fit-2 ta' Lulju 2003 bl-intenzjoni tagħha li timmodifika ċerti konċessjonijiet fl-Iskeda CXL tal-KE. |
|
(2) |
In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi ta' negozjar maħruġa mill-Kunsill. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni nnegozjat ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, li għandha interess prinċipali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 20 (ross bla ħliefa) u interess sostanzjali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 30 (ross mitħun), it-Tajlandja, li għandha interess prinċipali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 30 (ross mitħun) u interess sostanzjali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 20 (ross bla ħliefa) u l-Indja u l-Pakistan, li t-tnejn għandhom interess sostanzjali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 20 (ross bla ħliefa). |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Ftehim ikun jista' jiġi applikat bis-sħiħ sa l-1 ta' Settembru 2004 u sakemm jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1), il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata tadotta derogi temporanji minn dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (2). |
|
(6) |
Il-Kummissjoni nnegozjat b'suċċess Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Pakistan. Għalhekk, il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDECIEDA KIF GEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Pakistan skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 relatat mal-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar-ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994 huwa b'dan approvata f'isem il-Komunità.
It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Sa fejn ikun meħtieġ biex tippermetti l-applikazzjoni sħiħa ta' dan il-Ftehim sa l-1 ta' Settembru 2004, il-Kummissjoni tista' tidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1785/2003, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(2) ta' din id-Deċiżjoni, sakemm dak ir-Regolament jiġi emendat iżda mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2005.
Artikolu 3
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta' Tmexxija għaċ-Ċereali stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (3).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perijodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li t(j)iffirma(w) il-Ftehim sabiex tintrabat il-Komunità (4).
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Awwissu 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. BOT
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96.
(2) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(3) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.