Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0586

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta' Lulju 2004 li tfassal l-approċċ ġenerali għar-riallokazzjoni ta' riżorsi skond ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 dwar appoġġ Komunitarju għal miżuri ta' qabel l-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, fil-perijodu ta' qabel l-adeżjoni

ĠU L 257, 4.8.2004, p. 6–6 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 183–183 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/586/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

183


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Lulju 2004

li tfassal l-approċċ ġenerali għar-riallokazzjoni ta' riżorsi skond ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 dwar appoġġ Komunitarju għal miżuri ta' qabel l-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, fil-perijodu ta' qabel l-adeżjoni

(2004/586/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar appoġġ Komunitarju għal miżuri ta' qabel l-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni (1), u b'mod partikolari t-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew ta' Kopenhagen tat-12 u t-13 ta' Diċembru 2002 approva r-riżultati tan-negozjati, li irriżultaw fl-adeżjoni fil-Komunitá fl-2004 ta' tmien pajjiżi li kienu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999. B'riżultat ta' l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004, dawn il-pajjiżi tilfu l-benefiċċju ta' l-għajnuna prevista f'dan ir-Regolament. B'konsegwenza ta' dan, fil-perjodu bejn l-2004 u l-2006 il-Bulgarija u r-Rumanija biss ser jibqgħu jibbenefikaw minn impenji skond dak ir-Regolament.

(2)

Bl-approvazzjoni tar-roadmaps għall-Bulgarija u r-Rumanija, kif proposti mill-Kummissjoni, il-Kunsill Ewropew ta' Kopenhagen qabel li jiffissa l-proporzjon għad-diviżjoni ta' l-allokazzjoni (30 % u 70 % rispettivament) skond il-programm PHARE stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 tat-18 ta' Diċembru 1989 dwar għajnuna ekonomika lir-Repubblika Ungeriża u lir-Repubblika Popolari Pollakka (2), il-programm speċjali ta' l-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali (SAPARD) stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 u l-Istrument għall-Politiki Strutturali għal Qabel l-Adeżjoni (ISPA), stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1267/1999 (3).

(3)

Dak il-proporzjon iqis il-ħtieġa u l-kapaċitá li tiġi assorbita l-għajnuna msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 15 kif ukoll il-kriterji għall-allokazzjoni finanzjarja lil kull pajjiż applikant kif stipulat fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999.

(4)

Il-Kunsill, skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999, għandu jadotta l-approċ ġenerali għar-riallokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-istrument SAPARD bejn il-pajjiżi benefiċjarji li jkun baqa', jiġifieri r-Rumanija u l-Bulgarija,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

Għall-perjodu 2004 — 2006, id-diviżjoni tar-riżorsi disponibbli bejn ir-Rumanija u l-Bulgarija skond l-impenji fir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 qed tiġi stabbilita b'rata ta' 70 % għar-Rumanija u 30 % għall-Bulgarija.

Magħmula fi Brussell, fid-19 ta' Lulju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

C. VEERMAN


(1)  ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 87. Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 769/2004 (ĠU L 123, tas-27.4.2004, p. 1).

(2)  ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11. Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 769/2004.

(3)  ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 73. Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 769/2004.


Top