Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0580

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li tipprovdi assistenza makro-finanzjarja lill-Albanija u li tirrevoka id-Deċiżjoni 1999/282/KE

ĠU L 261, 6.8.2004, pp. 116–118 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/580/oj

32004D0580



Official Journal L 261 , 06/08/2004 P. 0116 - 0118


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tad-29 ta' April 2004

li tipprovdi assistenza makro-finanzjarja lill-Albanija u li tirrevoka id-Deċiżjoni 1999/282/KE

(2004/580/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Il-Kummissjoni ikkonsultat mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju qabel ma preżentat il-proposta.

(2) Il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni 1999/282/KE [2], approva, wara l-kriżi tal-Kosovo, assistenza makro-finanzjarja għall-Albanija sa EUR 20 miljun f'forma ta' faċilità ta' self fuq perjodu ta' żmien twil. Fid-dawl ta' sitwazzjoni ta' bilanċ ta' ħlas aħjar milli mistenni, l-awtoritajiet Albaniżi ma talbux għar-rilaxx ta' din l-assistenza; għalhekk il-Kummissjoni neħħietha mill-programm fl-2001.

(3) Fi ħdan il-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-qafas tar-relazzjonijiet ta' l-UE mar-reġjun, huwa xieraq illi jiġu appoġġjati sforzi sabiex isostnu l-istabbilizzazzjoni politika u ekonomika fl-Albanija, bil-ħsieb illi tiġi żviluppata relazzjoni ta' koperazzjoni sħiħa mal-Komunità; dan huwa wkoll l-għan tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li bħalissa qiegħed jiġi nnegozjat bejn l-Albanija u l-UE.

(4) Il-Fond Monetarju Inernazzjonali (IMF) approva, nhar il-21ta' Ġunju 2002, programm ta' tlett snin, favur l-Albanija, appoġġjat mill-Faċilità għat-Tnaqqis tal-Faqar u għat-Tkabbir (PRGF) għal ammont ta' madwar USD 36 miljun, sabiex jappoġġja l-programm ekonomiku ta' l-awtoritajiet fuq il-perjodu minn Ġunju 2002 sa Ġunju 2005; minn dan l-ammont, USD 11 miljun huma proġettati illi jingħataw fl-2004.

(5) Fil-qafas ta' l-Istrateġija ġdid ta' tlett snin għall-Assistenza għall-Pajjiżi(CAS) adottata mill-Bord tal-Bank Dinji nhar l-20 ta' Ġunju, USD 8 miljun huwa proġettati sabiex jinagħtaw fl-2004 taħt il-Kreditu għall-Appoġġ għat-Tnaqqis tal-Faqar.

(6) Barra minn din l-istima ta' appoġġ finanzjarju li għandu jiġi pprovdut mill-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji, jibqa' vojt residwu sinnifiacanti għall-iffinanzjar fl-2004, li għandu jiġi kopert sabiex jiġu appoġġjati l-għanijiet tal-politika mehmuża ma' l-isforzi ta' riforma ta' l-awtoritajiet.

(7) Il-Komunità diġà pprovdiet assistenza makro-finanzjarja lill-Albanija; l-awtoritajiet ta' l-Albanija talbu aktar assistenza finanzjarja minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, il-Komunità u donaturi bilaterali oħrajn.

(8) Assistenza makro-finanzjarja tal-Komunità lill-Albanija hija miżura xierqa sabiex tgħin lill-pajjiż ħalli jissodisfa l-ħtiġijiet esterni ta' finanzjament, inklużi permezz ta' rinfurzar tar-riżervi tagħha u ta' l-appoġġ għall-baġit.

(9) Assistenza finanzjarja mill-Komunità f'forma ta' kombinazzjoni ta' self fuq perjodu ta' żmien twil u għotja diretta hija miżura xierqa għall-appoġġ tas-sostenibbilità tal-pożizzjoni finanzjarja esterna, minħabba l-livell ta' żvilupp relattivament baxx tal-pajjiż.

(10) Dan l-appoġġ finanzjarju, b'mod partikolari il-komponent ta' l-għotja, għandu jkun mogħti wara li jiġi vverifikat li l-kondizzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi stabbiliti jistgħu jiġu milħuqa.

(11) Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effettiva ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità konnessi ma' l-assistenza makro-finanzjarja preżenti, huwa meħtieġ illi jkun hemm provdut għal miżuri xierqa mill-Albanija relatati mal-prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet oħra konnessi ma' l-assistenza, kif ukoll għal kontrolli mill-Kummissjoni u verifiki mill-Qorti ta' l-Awdituri.

(12) Iż-żieda ta' komponent ta' għotja f'din l-assistenza hija mingħajr preġudizzju għall-poteri ta' l-awtorità baġitarja.

(13) Din l-assistenza għandha tiġi amministata mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju.

(14) It-Trattat, għall-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, ma jipprovdix għal poteri għajr dawk fl-Artikolu 308,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Il-Komunità għandha tagħmel disponibbli għall-Albanija assistenza makro-finanzjarja f'forma ta' self fuq perjodu ta' żmien twil u għotja diretta bil-ħsieb illi tgħin lill-pajjiż jissodisfa l-ħtiġijiet finanzjarji esterni tiegħu, inkluż permezz ta' rinfurzar tar-riżervi tiegħu u ta' appoġġ għall-baġit.

2. Il-komponent ta' self ta' din l-assistenza għandu jammonta għal massimu ta' kapital ta' EUR 9 miljun b'maturità massima ta' 15-il sena. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha l-poter illi tissellef, f'isem il-Komunità, ir-riżorsi meħtieġa li se jitpoġġew għad-dispożizzjoni ta' l-Albanija f'forma ta' self.

3. Il-komponent ta' għotja ta' din l-assistenza għandu jammonta għal massimu ta' EUR 16 miljun.

4. Din l-assistenza finanzjarja tal-Komunità għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u f'mod konsistenti mal-ftehim milħuq bejn l-IMF u l-Albanija.

5. L-assistenza finanzjarja tal-Komunità għandha tkun magħmula disponibbli għal sentejn li jibdew mill-ewwel ġurnata wara d-daħla fis-seħħ ta' din id-deċiżjoni. Madankollu, jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu dan, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, tista' tiddeċiedi illi testendi l-perjodu ta' disponibbilità b'massimu ta' sena.

Artikolu 2

1. Il-Kummissjoni għandha l-poter illi tiftiehem ma' l-Awtoritajiet ta' l-Albanija, wara konsulatazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-politika ekonomika u l-kondizzjonijiet finanzjarji mehmuża ma' din l-assistenza li għandha tiġi stabbilita f'Memorandum ta' Ftehim. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-ftehim li hemm referenza għalih fl-Artikolu 1(4).

2. Qabel ma tipproċedi bl-implimentazzjoni vera ta' l-assistenza tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tikkontrolla l-affidabilità taċ-ċirkuwiti finanzjarji, tal-proċeduri amministrattivi, mekkaniżmi interni u esterni ta' kontroll li huma relevanti għall-assistenza makro-finanzjarja tal-Komunità.

3. Il-Kummissjoni għandha tivverifika f'intervalli regolari, b'kollaborazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanazjarju u b'kordinazzjoni ma' l-IMF, li l-politika ekonomika ta' l-Albanija hija skond l-għanijiet ta' din l-assistenza u li l-politika ekonomika u l-kondizzjonijiet finanzjarji qegħdin jiġu sodisfatti.

Artikolu 3

1. Il-komponenti tas-self u ta' l-għotja ta' din l-assistenza għandhom jiġu maghmula disponibbli għall-Albanija f'għallinqas żewġ ħlasijiet bin-nifs. Soġġett għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2 u l-istima sodisfaċenti bi qbil ma' l-Artikolu 2(2), l-ewwel ħlas għandu jinħeles fuq il-bażi ta' storja sodisfaċenti tal-programm makro-ekonomiku ta' l-Albanija taħt il-Faċilità preżenti għat-Tnaqqis tal-Faqar u għat-Tkabbir ma' l-IMF.

2. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2, it-tieni ħlas u kwalunkwe ħlas ieħor għandu jiġi meħlus fuq il-bażi ta' implimentazzjoni sodisfaċenti tal-programm imsemmi hawn fuq, u mhux qabel tlett xhur wara r-rilaxx tal-ħlas preċedenti.

3. Il-fondi għandhom jitħallsu lill-Bank Ċentrali ta' l-Albanija. Ir-reċipjent finali tal-fondi sejjer ikun il-Bank Ċentrali ta' l-Albanija, sakemm l-assistenza hija maħsuba sabiex tirrinforza r-riservi tal-pajjiż, jew il-Ministeru tal-Finanzi jekk inhi maħsuba għal għanijiet ta' appoġġ baġitarju.

Artikolu 4

L-implimentazzjoni ta' din l-assistenza għandha sseħħ skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Estimi Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu. B'mod partikolari, il-memorandum ta' fehim li għandu jsir qbil fuqu ma' l-awtoritajiet ta' l-Albanija għandu jipprovdi għal miżuri addattati mill-Albanija relatati mal-prevenzjoni tal-frodi u irregolaritajiet oħra marbutin ma' din l-assistenza. Għandu jipprovdi wkoll għal kontrolli mill-Kummissjonim inkluż mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), bid-drittt li jsiru spezzjonijiet fuq il-post u spezzjonijiet u għal verifiki mill-Qorti ta' l-Awdituri, fejn addattat, sabiex jitwettqu fuq il-post.

Artikolu 5

1. L-operazzjonijiet ta' self u tislif li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2) għandhom isiru bl-istess data tal-valur u ma għandhomx jinvolvu l-Komunità fit-trasformazzjoni tal-maturitajiet, fi kwalunkwe riskju fil-kambju jew fir-rata ta' imgħax, jew fi kwalunkwe riskju kummerċjali ieħor.

2. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa, jekk l-Albanija titlob dan, sabiex jiġi żgurat li tkun inkluża klawsola ta' pagament bikri fit-termini u l-kondizzjonijiet tas-self u li din tista' tiġi implimentata.

3. Fuq it-talba ta' l-Albanija, u fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu titjib fir-rata ta' imgħax tas-self, il-Kummissjoni tista' tiffinanza mill-ġdid is-self inizjali kollu jew parti minnu jew tistruttura mill-ġdid il-kondizzjonijiet ta' finanzjament li jikkorrespondu. Operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġid jew ta' ristrutturar għandhom isiru skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u ma għandhomx ikollhom l-effett li jestendu l-maturità medja tas-self konċernat jew li jżidu l-ammont, imfisser fir-rata ta' kambju kurrenti, tal-kapital pendenti fil-data tal-finanzjament mill-ġdid jew tar-ristrutturar mill-ġdid.

4. L-ispejjeż kollha imparrba mill-Komunità li huma relatati direttament ma' l-operazzjonijiet ta' self u tislif taħt din id-Deċiżjoni għandhom jiġu mġarrba mill-Albanija.

5. Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għandu jinżamm informat bl-iżviluppi fl-operazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 6

Għallinqas darba fis-sena, u qabel Settembru, il-Kummissjoni għandha tindirizza rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li għandu jinkludi evalwazzjoni fuq l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fis-sena preċedenti.

Artikolu 7

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/282/KE hija b'dan revokata.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara li tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

Magħmula fil-Lussemburgu, nhar it-29 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] Opinjoni mogħtija nhar il-31 ta' Marzu 2004 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 110, tat-28.4.1999, p. 13.

--------------------------------------------------

Top