This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0574
2004/574/CE: Council Decision of 29 April 2004 amending the Common Manual
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' april 2004 li temenda l-manwal komuni
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' april 2004 li temenda l-manwal komuni
ĠU L 261, 6.8.2004, p. 36–39
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 12/10/2006; Imħassar b' 32006R0562
Official Journal L 261 , 06/08/2004 P. 0036 - 0039
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' april 2004 li temenda l-manwal komuni (2004/574/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 790/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li rriserva lill-Kunsill is-setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet speċifiċi u proċeduri prattiċi fit-twettiq ta' kontrolli u sorveljanza fuq il-fruntieri [1], Wara li kkonsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Taljana, Billi: (1) Meta wieħed iqis il-livell ta' armonizzazzjoni li ntlaħaq dwar il-kriterji għar-rifjut tad-dħul fil-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri, ta' min issa ikun jista' jkun jista jidentifika r-raġunijiet li li mħabba fihom ġiet rifjutata t-talba preċedenti għad-dħul ta' barrani. Hemm il-ħtieġa għalhekk tintuża formola standard li tinkludika klassifikazzjoni tar-raġunijiet possibbli għar-rifjut, u r-reġistrazzjoni fil-passaport tal-barrani partikolari, ir-raġunijiet għar-rifjut. Il-Manwal Komuni [2] għandu għalhekk jiġi emendat għal dan l-iskop. Il-possibbiltajiet ta' appell kontra deċiżjoni ta' rifjut ta'dħul huma previsti fil-liġi nazzjonali. (2) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, li huwa anness mat-Trattat ta' l-Unjoni u mat-Trattat li stabilixxa l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma hix parti minn din id-Deċiżjoni, ma hix marbuta minnha u ma hix soġġetta għaliha. Billi din id-Deċiżjoni hi mibnija fuq l- ta' Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titlu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll, fi żmien sitt xhur, minn meta l-Kunsill jadotta din id-Deċiżjoni, tiddiċiedi hijiex ser timplimentaha fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħha. (3) Fir-rigward ta' l-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l- ta' Schengen, fis-sens tal-Ftehim li ntlaħaq bejn il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta'l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- ta' Schengen [3], kif jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta'Mejju 199 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta; dak il-Ftehim [4]. (4) Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l- ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jieħux parti, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda tan-Nord biex jieħu parti f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta' l- ta' Schengen [5]; għalhekk ir-Renju Unit mhux qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u la hu marbut biha u lanqas soġġett għaliha. (5) Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen, li fih l-Irlanda ma tiħux parti, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba ta' l-Irlanda li tieħu parti f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta' l- ta' Schengen [6]; għalhekk l-Irlanda ma hix qiegħda tieħu parti fl-adozzjoni tagħha u la hi marbuta biha u lanqas soġġetta għaliha. (6) Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l- ta' Schengen jew li jirrelata miegħu fis-sens ta' l-Artikolu 3(1) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Parti II tal-Manwal Komuni qed tiġi emendata kif ġej: 1. Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fi tmiem is-Sezzjoni 1.4.1: "Għal dan l-iskop il-formola standard għar-rifjut tad-dħul fil-fruntiera kif tinstab fl-Anness 16 għandha timtela u tingħata lill-barrani interessat." 2. Sezzjoni 1.4.1 għandha tiġi sostitwita kif ġej: "1.4.1a Waqt li qed jirrifjuta d-dħul, l-uffiċjal li jikkontrolla għandu jwaħħal bolla tad-dħul fuq il-passaport, maqtugħa b'salib b'linka sewda li ma titħassarx u jirreġistra fuq in-naħa tal-lemin b' linka li ma titħassarx ir-raġuni(jiet) għar-rifjut tad-dħul kif indikat fil-formola standard għar-rifjut tad-dħul fil-fruntiera bħal ma jidher fl-Anness 16." Artikolu 2 Il-formola standard għar-rifjut tad-dħul fil-fruntiera kif murija fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni għandha tiġi miżjuda bħala l-Anness 16 mal-Manwal Komuni. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Ġunju 2004. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea. Magħmula fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 2004. Għall-Kunsill Il-President M. McDowell [1] ĠU L 116, tas-26.4.2001, p. 5. [2] ĠU C 313, tas-16.12.2002, p. 97. Manwal kif l-aħhar emendat bid-Deċiżjoni 2004/466/EC (ĠU L 157, tat-30.4.2004, p. 136). [3] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 36. [4] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 31. [5] ĠU L 131, ta' l-1.6.2000, p. 43. [6] ĠU L 64, tas-7.3.2002, p. 20. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-Anness (16) Formola standard għar-rifjut tad-dħul fil-fruntiera +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------